Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #23408 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2010? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2010, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23409 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2009? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2009, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23410 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta Dicembru 2008? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2008, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23411 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — informazzjoni dwar case load

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2007? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati; Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi; Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati; Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata? Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2007, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: · Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u · Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Twġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #22872 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħaż-Żebbuġ — serqiet minn ħwienet u stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati serqiet minn ħwienet u stabbilimenti kummerċjali li jaqgħu fil-konfini ta’ Ħaż-Żebbuġ? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar għas-snin 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inerpellant.
Leg 11 PQ #22873 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħaż Żebbuġ — serqiet minn residenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati serqiet minn residenzi li jaqgħu fil-konfini ta' Ħaż-Żebbuġ? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar għas-snin 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħaż-Żebbuġ — Spiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jassigura li s-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jibda jitħaddem kemm jista' jkun malajr fil-lokalità ta' Ħaż-Żebbug ukoll?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Kif tħabbar uffiċjalment f’Marzu li għadda, l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek se tkompli tiġi estiża fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex kollha. Il-pjan hu li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun infirxet ma’ kullimkien sal-aħħar tal-2012.

Piż tal-baskijiet tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru telabora ftit fuq it-tweġiba li kienet tat għal mistoqsija parlamentari 4099? Tista' tgħid skont l-istess formola, student li hu twil 1.25 metru u jiżen 27 kg kemm hu l-limitu ta' piż li jista' jgorr? Tista' tgħid jekk id-Dipartiment tal-Edukazzjoni għandux xi sistema li bis-saħħa tagħha jsir moniteraġġ tat-toqol tal-basktijiet tal-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Student li jiżen 27 kg, il-piż massimu li jġorr m’għandux jaqbeż l-20% (għoxrin fil-mija) tal-piż totali tal-ġisem, jiġifieri 5.4 kg. L-iskejjel għandhom ċirkulari li ħarġet fil-25 t’Awwissu 2009 li tagħti direzzjoni dwar dan. Il-moniteraġġ isir fl-iskejjel fuq l-linji gwida imsemmija fiċ-ċirkulari.
Leg 11 PQ #22882 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — sejħa għal offerti għal resurfacing fi Vjal il-Ħelsien

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21065, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali ħariġx is-sejħa għall-offerti sabiex isir xogħol ta' resurfacing fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk l-istess kunsill għandux data ffissata (target date) sa meta din is-sejħa għall-offerti se toħroġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ mistenni joħroġ it-tender għal Vjal il-Ħelsien sa tmiem Jannar 2011.

kont tad-dawl u tal-ilma rivedut

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-kont tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħat b’mod separat jiġi rivedut kemm jista' jkun malajr għaliex jidher li hu żbaljat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontijiet ġew irreveduti u l-konsumatur ġie mgħarraf fuq dawn ir-reviżjonijiet il-ġodda.
Leg 11 PQ #22266 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Żoni tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna Tabella Nru 1 li kienet annessa mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3532?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21623 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Kunsill Lokali - toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlmaentari 21066, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema toroq il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ħass il-bżonn li jingħata gwida mid-Dipartiment? Jista' jgħid meta ntalbet din il-gwida u meta d-Dipartiment wieġeb lura? Jista' jgħid x'direzzjoni ta d-Dipartiment fuq dawn it-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ ikkomunika mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali fid-9 ta’ Novembru 2010 dwar toroq Anthony Aquilina, Patri Pelaġju Mifsud, Ħal Dwin, Pietru Buttigieg, Ħal Sajd, il-Qamħ, ix-Xgħir, il-Kosbor, l-Insiġ u l-iskalora. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali min-naħa tiegħu, fit-12 ta’ Novembru, informa lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ li mhux possibli li jdaħħlu t-toroq imsemmija, inkella kien ikollu jerġa’ joħroġ sejħa għall-offerti mill-ġdid. Għaldaqstant il-kunsill lokali ntalab biex jipproċedi mal-kuntrattur bil-kuntratt li kellu qabel u li mhux relatat mal-iskema tal-PPP.

fond imħabbar fil-budget — prezzijiet tal-qmugħ u ċ-ċereali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jitħaddem il-fond ta €400,000 mħabbar fil-budget 2011 iddedikat sabiex jittaffa' l-impatt tal-prezzijiet tal-qmugħ u ċ-ċereali fuq ir-raħħala?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-riżorsi u affarijiet rurali.
Leg 11 PQ #21065 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — sejħa għal offerti għal resurfacing fi Vjal il-Ħelsien

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sal-lum l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ippubblikax sejħa għal offerti sabiex isir xogħol ta' resurfacing fi Vjal il-Ħelsien Ħaż-Żebbuġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ irċieva l-approvazzjoni ufiċċjali tad-Dipartiment nhar it-Tnejn l-1 ta’ Novembru u fil-laqgħa tal-kunsill ta’ nhar il-Ħamis l-4 ta’ Novembru b’ mod unanimu qabel li jinħareġ it-tender għal resurfacing ta’ Vjal il-Ħelsien. Bħalissa l-kunsill qiegħed jipprepara d-dokumenti tat-tender qabel ma jippublika l-avviż.
Leg 11 PQ #21066 Sitting 278 2010-11-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — resurfacing ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proposti għamel il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għall-iskema tal-Public Private Partnership sabiex isir resurfacing ta' toroq f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid kemm-il triq kien hemm f'din il-proposta? Jista' jgħid x’ordni ta' prijorità ta lill-kunsill lokali? Jista' jgħid kemm mit-toroq proposti mill-kunsill ġew aċċettati s'issa u taħt liema kriterji dawn intgħażlu? Jista' jgħid din il-proposta meta ġiet sottomessa mill-istess kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ issottometta 39 triq sabiex jiġu kkunsidrati taħt l-iskema ta’ Public Private Partnership. Fażi 1; Triq Ħal Mula, Triq Ganni Bonnici, Triq l-Isqof Caruana, Triq Dun Luret Callus, Triq Mifsud Tommasi, Triq Dun Salv Trevisan, Triq it-Taqtigħa, Triq il-Fraxxnu, Triq in-Newl, Triq il-Watar, Triq il-Qoton, Triq il-Poeta Nazzjonali, Triq il-Fuqqanija, Triq Abraham Gatt, Triq Gulliermo Lorenzi, Triq l-Indipendenza, Triq Mamo, Triq Mula, Triq is-Siggiewi. Fażi 2; Triq Anthony Aquilina, Triq Patri Pelagju Mifsud, Triq Ħal Dwin, Triq Pietru Buttigieg, Triq Ħal Sajd, Triq il-Mitħna, Triq Hali, Triq Luigi Fontana, Triq John Zammit, Triq Karlu Gimach, Triq Prinċep Bażiliku, Triq Pawlu Debono, Triq Sidtna tad-Dawl. Fażi 3; Triq il-Qamħ, Triq ix-Xgħir, Triq il-Kosbor, Triq l-Insiġ, Triq l-iskalora, Triq l-Għasir, Triq Santa Marija. Id-Dipartiment s’issa approva t-toroq ta’ Fażi 1. Infurmat li l-Kunsill Lokali iddetermina dawn il-fażijiet skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u l-ordni ta’ prijorita. Il-prijorita ġiet determinata fuq il-fatt ukoll li numru ta’ toroq f’ fażi 2 kienu inklużi f’ sejħa għall-offerti preċedenti li kien ħareġ il-Kunsill qabel it-tħabbir tal-iskema tal-PPP u li laħqet ġiet assenjata, iżda x-xogħol fuqhom ma kienx beda minħabba nuqqas ta’ ftehim bejn il-Kunsill u l-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma. Fuq dawn it-toroq il-Kunsill ħass il-bżonn li jingħata gwida fuqhom mid-Dipartiment peress li kienu diġa jaqgħu taħt tender ieħor u l-Kunsill ried jifhem jistax jagħmilhom xorta permezz tal-PPP u jwaqqa’ l-kuntratt eżistenti. L-ittra ta’ applikazzjoni ghal PPP li bagħat il-kunsill kienet datata 22 ta’ Ġunju 2010, peress li din l-applikazzjoni ġiet emendata għal iktar minn darba ħalli jiġu nklużi toroq ġodda fihom.
Leg 11 PQ #20563 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kawżi ċivili — industrija tal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kawżi ċivili relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni li bdew fis-sena ġudizzjarja li għaddiet? Jista' jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' dawn il-kawżi meta mqabbla mal-każijiet ċivili kollha li bdew fl-istess sena ġudizjarja? Jista' jgħid kemm kien hemm litigazzjonijiet relatati mal-industrija tal-kostruzzjoni fil-perjodu msemmi li għażlu li jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-arbitraġġ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Ġustizzja Malta u Għawdex ma tinżammx tali statistika.
Leg 11 PQ #20589 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Litigazzjoni fl-industrija tal-kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sentenza relatata ma' litigazzjoni fl-industrija tal-kostruzzjoni ingħatat tul dawn l-aħħar ħames snin ġudizzjari? Jista' jagħti it-tweġiba sena b'sena u jgħid każ b'każ kemm kien ilu pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-Qrati tal-Ġustizzja f'Malta kif ukoll f'Għawdex ma tinżamm l-ebda statistika rigward sentenzi li għandhom x'jaqsmu jew relatati mal-Industrija tal-Kostruzzjoni.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - main tad-drenaġġ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19151, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tibdil tal-main tal-ilma fi Triq il-Buskett, Ħaż-Żebbuġ sarx? Jekk le, jista' jassigura li dan ix-xogħol isir kemm jista' jkun malajr u jagħti terminu definittiv ta' meta dan ix-xogħol ikun lest? Minħabba li f’din it-triq hemm numru ta' residenzi li m'għandhomx servizz ta drenaġġ, jista' jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex il-ħsieb li tistalla main tad-drenaġġ qabel ma din it-triq tkun asfaltata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol għadu ma sarx. Dan ix-xogħol se jsir mill-kuntrattur tal-Kunsill li se jagħmel ix-xogħol tal-kisi tat-tarmac ta’ din it-triq. Allura il-main tad-drenaġġ se jsir qabel tiġi asfaltata t-triq.
Leg 11 PQ #17613 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex isir xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta hu intenzjonat li dan ix-xogħol jibda? Jista jgħid x’se jkunu x-xogħlijiet li jikkostitwixxu dan il-proġett u b’mod partikolari jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun qed jinkludi l-bdil ta’ bankini u l-bdil ta’ xi servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar ix-xogħol li jrid isir fuq din it-triq. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ se jingħata għajnuna finanzjarja mill-gvern biex jagħmel numru ta’ toroq permezz tal-iskema ta’ public private partnership . Vjal il-Ħelsien se tkun inkluża f’dan il-ftehim billi l-gvern jipprovdi l-finanzjament kollu neċessarju biex isir ix-xogħol li hemm bżonn f’din it-triq. Ix-xogħol ippjanat mhux se jinkludi l-bdil ta’ bankini però se jinkludi l-bdil ta’ servizzi. Qed jiġi ippjanat li x-xogħol jibda aktar tard din is-sena wara li jinħarġu l-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.

Żurrieq — Transport Malta - talbiet pproċessati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hiex qed tipproċessa talbiet li jaqgħu fil-konfini taż-Żurrieq? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk kienx hemm xi perjodu li fih Transport Malta ma kenitx qed tipproċessa talbiet f’din il-lokalità, jgħid liema kien il-perjodu u jagħti raġuni għaliex l-ipproċessar kien sospiż? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid kemm ilu sospiż l-ipproċessar u jagħti raġuni għaliex l-ipproċessar hu sospiż? Jista' jinforma lill-Kamra kemm-il lokalità kellhom l-ipproċessar ta' talbiet quddiem it-Transport Malta sospiż? Jista' jagħti din l-informazzjoni minn Marzu 2008 u jinforma kemm dam sospiż dan l-ipproċessar każ, b’każ? Jista' jagħti raġuni għal kull sospensjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fir-rigward ta’ lokalitajiet li għandhom enforcement, b’effett minn Settembru 2010, qed jiġu pproċessati biss talbiet relatati ma’ sigurtà fit-toroq. Il-kumplament tat-talbiet jiġu pproċessati meta l-enforcement jiġi risolt kompletament. Dan sabiex ikun hemm kontroll kontra abbużi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ immaniġġjar tat-traffiku. Il-lokalitajiet li kellhom l-ipproċessar ta’ talbiet sospiż minn Marzu 2008 ‘l hawn huma 36 b’kollox. Dan kien minħabba enforcement. Minn dawn, 12-il lokalità għandhom parti mit-talbiet tagħhom sospiżi, minħabba li l- enforcement għadu ma ġiex risolt. Il-lokalità taż-Żurrieq kellha l-ipproċessar tat-talbiet sospiż minn Marzu tal-2009 u għadu pendenti minħabba enforcement. Aktar dettalji dwar kull lokalità tinsab fit-tabella annessa.