Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu appelli pendenti quddiemu l-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Diċembru 2010? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu pproċessati u
b) appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-31 ta' Dicembru 2010 kien hemm 1401 appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn kien hemm:
a) 1195 appelli pendenti li kien għadhom qed jiġu pproċessati u
b) 206 appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu appelli pendenti quddiemu il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Diċembru 2005? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu pproċessati u
b) appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-31 ta' Dicembru 2005 kien hemm 984 appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn kien hemm:
a) 794 appelli pendenti li kien għadhom qed jiġu pproċessati u
b) 190 appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu appelli pendenti quddiemu il-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Diċembru 2006? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu pproċessati u
b) appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fil-31 ta' Dicembru 2006 kien hemm 1076 appell pendenti quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn kien hemm:
a) 944 appell pendenti li kien għadhom qed jiġu pproċessati u
b) 132 appell proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23413 u jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2005? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
b) Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
ċ) Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
d) Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u
e) Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2005, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
b) Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23412 u jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2006? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
b) Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
ċ) Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
d) Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u
e) Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2006, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
b) Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘B’ fil-ġimgħa ta' bejn is-7 u 11 ta’ Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Minn dawk deċiżi, kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet kull seduta u l-ħin li fih spiċċat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is- 7 ta' Frar u l-11 ta' Frar 2011, il-Bord EPC B iltaqa' darbtejn.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-applikazzjonijiet li kellu quddiemu l-Bord kull ġurnata, d-deċiżjonijiet ta' dawn l-applikazzjonijiet u il-ħin li fih bdiet u spiċċat is-seduta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘A’ fil-ġimgħa ta' bejn is-7 u 11 ta’ Frar 2011? Jista jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Minn dawk deċiżi, kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet kull seduta u l-ħin li fih spiċċat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn is- 7 ta' Frar u l-11 ta' Frar 2011, il-Bord EPC A iltaqa’ darbtejn.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tindika l-applikazzjonijiet li kellu quddiemu l-bord kull ġurnata, id-deċiżjonijiet ta' dawn l-applikazzjonijiet u l-ħin li fih bdiet u spiċċat is-seduta.
Jista l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 23415 u jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘B’ fil-ġimgħa ta' bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Jista' jgħid minn dawk deċiżi kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet u spiċċat kull seduta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011, il-Bord EPC B iltaqa’ 3 darbiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-applikazzjonijiet li kellu quddiemu il-Bord kull ġurnata, d-deċiżjonijiet ta' dawn l-applikazzjonijiet u il-ħin li fih bdiet u spiċċat is-seduta.
(Ara dokument numru 6602 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta 319 nhar it-Tnejn 28 ta' Frar 2011)
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23411 u jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2007? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
b) Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
ċ) Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
d) Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u e) Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2007, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
b) Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23410 u jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2008? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
b) Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
ċ) Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
d) Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u e) Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2008, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
b) Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23409 u jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2000? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
b) Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
ċ) Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
d) Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u e) Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2009, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
b) Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qedd inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23408 u jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2010? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
b) Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
ċ) Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
d) Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u e) Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2010, il-Board ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
a) Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
b) Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23414 u jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘A’ fil-ġimgħa ta' bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Jista' jgħid minn dawk deċiżi, kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet u spiċċat kull seduta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011, il-Bord EPC A iltaqa’ 3 darbiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-applikazzjonijiet li kellu quddiemu il-Bord kull ġurnata, d-deċiżjonijiet ta’ dawn l-applikazzjonijiet u l-ħin li fih bdiet u spiċċat is-seduta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2006? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u
Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata, jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2006, il-Board tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
· Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
· Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-case load totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Dicembru 2005? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
Applikazzjonijiet sottomessi iżda mhux validati;
Applikazzjonijiet validati iżda mhux deċiżi;
Applikazzjonijiet deċiżi iżda mhux ikkomunikati;
Applikazzjonijiet deċiżi, iżda li għalihom tkun daħlet talba ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun għadha pendenti; u
Applikazzjonijiet li jkunu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, liema rikonsiderazzjoni tkun deċiża iżda li tkun għadha mhix komunikata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-istess ġurnata jiġifieri fil-31 ta’ Dicembru 2005, il-Bord ta l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm kellu appelli pendenti quddiemu? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej:
· Appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu proċessati u
· Appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘A’ fil-ġimgħa ta' bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Jista' jgħid minn dawk deċiżi, kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet u spiċċat kull seduta?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-EPC ‘B’ fil-ġimgħa ta' bejn il-31 ta' Jannar u l-4 ta' Frar 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kellu quddiemu dan l-EPC kull darba li ltaqa'? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu deċiżi u kemm kienu diferiti? Jista' jgħid minn dawk deċiżi kemm kien hemm approvati u kemm kien hemm rifjutati? Jista' jgħid ukoll il-ħin li fih bdiet u spiċċat kull seduta?
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data eżatta ta' meta daħal fis-seħħ kull pjan lokali li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar addottat tul is-snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-data tal-approvazzjoni tal-pjanijijet lokali huma kif indikati:
Pjan Lokali għall-Bajja ta’ Marsaxlokk – għoxrin ta’ Jannar, elf disa’ mija u ħamsa u disgħin.
Pjan Lokali għall-Port il-Kbir – disgħa u għoxrin t’April elfejn u tnejn.
Pjan Lokali tal-Majjistral – tlieta t’Awissu elfejn u sitta.
Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet – tlieta t’Awissu elfejn u sitta.
Pjan Lokali għaċ-ċentru ta’ Malta – tlieta t’Awissu elfejn u sitta.
Pjan Lokali għal Għawdex u Kemmuna – tlieta t’Awissu elfejn u sitta.
Pjan Lokali għan-Nofs in-Nhar – tlieta t’Awissu elfejn u sitta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kaxxa s-safra mmarkata bħala reserved li saret riċentement fi Triq iż-Żagħfran, Attard li r-ritratt tagħha qed jintbgħat separatament, għandhiex l-approvazzjonijiet kollha neċessarji? Jekk iva, jista' jgħid x'kienet il-ġustifikazzjoni għal din il-kaxxa reserved? Jekk le, jista' jara li s-sitwazzjoni terġa' lura għal li kienet qabel bla dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li reserved parking bay li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha l-approvazzjoni meħtieġa. Din saret għall-persuna li għandha problemi ta’ mobilità u li joqgħod fil-viċinanzi ta’ Triq iż-Żagħfran.