Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riforma fit-Trasport Pubbliku — garaxx għax-Xarabanks

Question

Peress li fuq programm televiżiv li xxandar nhar it-Tnejn, 11 ta' April, 2011 fuq l-istazzjon tal-Istat intqal li bir-riforma fit-Trasport Pubbliku, "F'Malta se jkun hemm garaxx kbir wieħed li jorqdu fih ix-xarabanks kollha ta' Malta", jista' l-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni hijiex korretta jew le? Jekk mhix korretta, jista' jgħid kif inhu maħsub li jkunu ggaraxxjati l-karozzi tal-linja tal-Arriva? Jekk l-informazzjoni hi korretta, jista' jgħid jekk il-post għal dan il-garaxx ġiex identifikat u jagħti d-dettalji tas-sit in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-kuntratt li ffirmat Transport Malta ma’ Arriva (Malta) Ltd hemm stipulat li l-karozzi tal-linja ma jitħallewx ipparkjati fuq it-toroq. Hija responsabbiltà tal-operatur sabiex jara li jimxi mal-kuntratt.
Leg 11 PQ #25485 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ritratti tal-Ajru tal-gżejjer Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu azzjoni sabiex ir-ritratti mill-ajru tal-gżejjer Maltin li ttieħdu fis-sena 2008, jitpoġġew fuq il-map server, jiġifieri fuq is-sit elettronika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif wara kollox huma disponibbli dawk tas-sena 1998 u tas-sena 2004?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-teknoloġija preżenti li qed tuża l-MEPA ma għandhiex kappaċita li tipproċessa l-ammont kbir ta' informazzjoni bi kwalita tajba kif inhu meħtieġ. Fil-futur qarib ser tiġi nstallata sistema ġdida ta' Mapserver li hi aktar robusta u li biha nkunu nistgħu ninkludu wkoll ir-ritratti li ttieħdu mill-ajru fl-2008.

Trasferiment ta' proprjetà — taxxi dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li meta jsir trasferiment ta' proprjetà l-partijiet iħallsu t-taxxi dovuti huma dirett minflok ma jħalluhom man-nutar kif inhi l-prassi kurrenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhijiex il-prassi imma l-Att dwar l-Ammistrazzjoni tat-Taxxa flimkien mar-Regoli dwar Qligħ Kapitali u l-Att dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li jesiġu li t-taxxa tinżamm min-nutar li qed jippublika l-kuntratt u huwa n-nutar li għandu l-obbligu li jibgħat din it-taxxa lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Madankollu l-Gvern bħalissa qed jistudja proposti biex jiġi żgurat li l-ħlas li jkun sar jasal għand il-Kummissarju f’kull każ u fil-ħin. Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġeriment tiegħu se jingħata kunsiderazzjoni xierqa.

Ħ'Attard — Triq Santa Katerina - roundabout

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-inħawi tar-roundabout ta' Triq Santa Katerina Ħ'Attard, kif qed jidher fis-site plan li qed tintbgħat separatament, hemmx xi inċidenza partikolari ta' inċidenti tat-traffiku bejn vetturi li jkunu deħlin/ħerġin mill-garaxx tagħhom u oħrajn li jkunu qed jivvjaġġaw fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25188 Sitting 338 2011-04-12 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Mosta — dikjarazzjoni ta' kunsillier

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li kunsillier Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Mosta ddikjara ruħu indipendenti, is-Sindku tal-Mosta għadux igawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-kunsilliera fl-istess kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Att dwar Kunsilli Lokali jippermetti li numru ta’ kunsilliera (li għandu jkun mill-anqas terz tal-Kunsilieri li jkunu fil-kariga), jistgħu iresqu vot ta’ sfiduċja fis-Sindku. Ma jirriżultalix illi minn kemm ilu li l-kunsillier laburista ddikjara ruħu indipendenti, saret xi mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Leg 11 PQ #25067 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta Dome Festival — sponsors

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-attivitajiet taħt it-titlu Mosta Dome Festival organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Mosta? Jista' jgħid kemm minn dawn il-flus ħareġ il-Kunsill u kemm inġabru minn sponsors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kiseb mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mosta jirriżulta li l-attivitajiet taħt it-titlu ‘Mosta Dome Festival’ swew lil dan il-Kunsill Lokali € 14,528.29. € 11,485 minnhom kienu koperti minn sponsors.
Leg 11 PQ #25068 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Kunsill Lokali tal-Mosta qassam il-fondi allokati lilu għas-sena 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #25069 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Rabat — fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Kunsill Lokali tar-Rabat qassam il-fondi allokati lilu għas-sena 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 11 PQ #25070 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Ħad-Dingli — Fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli qassam il-fondi allokati lilu għas-sena 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 11 PQ #25187 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali tal-Mosta — infiq ta' flus f'patching

Question

Jista' l-Prim Minisrtu jgħid kemm intnefqu flus f’patching fis-sena 2010 mill-Kunsill Lokali tal-Mosta u jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li l-Kunsill Lokali tal-Mosta għadda lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, ninsab infurmat li matul is-sena 2010 il-Kunsill Lokali tal-Mosta nefaq € 25,436.23 fuq xogħol ta’ patching. Dan permezz ta’ żewġ invoices, waħda tal-24 ta’ Frar 2010 li tammonta għal € 18,007.42 u oħra tat-23 ta’ April 2010 li tammonta għal € 7,428.81.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Qolla - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet il-kawża li minħabba fiha riċentement kellu jsir xogħol ta' tħaffir fi Triq il-Qolla, Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid minn min ġie ikkummisjonat dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk għadx hemm bżonn ta' aktar intervent f’din l-istess triq? Jista' jassigura li hekk kif ix-xogħol ikun lest isir ix-xogħol riparatorju neċessarju, taħt is-superviżjoni neċessarja sabiex jiġi assigurat li dan ix-xogħol jilħaq l-istandards neċessarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq il-Qolla, Ħaż-Żebbuġ sar fuq permess tal-emerġenza maħruġ minn Transport Malta għall-Water Services Corporation. Dan il-permess inħareġ biex tissewwa ħsara fuq il-main tad-drenaġġ li għaddej minn din l-istess triq. Il-WSC qabdet lil kuntrattur tagħha biex isewwi din il-ħsara. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħlijiet koperti bill-permess maħruġ huma kompluti pero’ ma’ jistax jiġi eskluż li jinqalgħu ħsarat ġodda fit-triq imsemmija. Il-permess jinkludi fih kundizzjonijiet sabiex il-wiċċ tat-triq jerġa jissewwa skont kriterji stabbiliti u la darba jkun sottomess il-works compliance report dan ikun awdijat sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti ġew osservati.
Leg 11 PQ #24396 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelisien - xogħol ta' resurfacing

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22882, jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra fuq ix-xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li wara li l-Kunsill Lokali ta’Ħaż Żebbuġ iltaqa’ mal-awtoritajiet konċernati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar ix-xogħol meħtieġ u il-perit tal-Kunsill Lokali għaddej bl-aħħar modifiki fit-tħejjija tat-tender document biex ikun ippubblikat.

każ ta' kont tad-dawl u ilma maħruġ ħażin

Question

Jista' l-Ministru jissigura li l-kont tad-dawl u l-ilma li qed jintbagħat separatament jiġi kkoreġut għaliex jidher li fih problema fil-konsum indikat? Jista' jassigura ukoll li l-ħlas tal-kera tal-arloġġi jkun jirrifletti l-użu tal-binja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Leg 11 PQ #24407 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — resurfacing ta' toroq

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet paralmentari 21066 u 21623, jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħol li sar s'issa fuq toroq f’Ħaż-Żebbuġ li huma inklużi f’Fażi 1 tal-iskema tal-Public Private Partnership (PPP)? Jista' jinforma l-Kamra x'kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għal komunika li rċieva mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali datata 12 ta’ Novembru 2010 dwar toroq li kienu inklużi f’sejħa għall-offerti preċedenti għall-iskema tal-PPP u li diġà kienet ġiet assenjata qabel tħabbret l-iskema tal-PPP? Qed nirreferi ghal toroq Anthony Aqulina, Patri Pelaġju Mifsud, Ħal Dwin, Pietru Buttigieg, Ħal Sajd, il-Qamħ ix-Xgħir, il-Kosbor l-Insiġ u l-Iskalora. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ikkomunikax xi gwida lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ liema toroq għandhom jieħdu l-preċedenza, jekk hux dawk ta’ fażi 1 tal-iskema PPP jew inkella hux dawk li kienu jiffurmaw parti mill-offerta msemmija u li laħqet ġiet assenjata ħafna qabel ħarġet l-iskema PPP? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jippubblika din il-gwida? Jekk le jista' d-dipartiment jagħti opinjoni u/jew gwida fuq il-preċedenza ta’ dawn ix-xogħlijiet, jikkomunikaha lill-kunsill lokali u jippubblika l-istess komunikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24011 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Bord tal-Appelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu appelli pendenti quddiemu l-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Diċembru 2007? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: a) appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu pproċessati u b) appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-31 ta' Diċembru 2007 ma nżammitx statistika dwar kemm kien hemm appelli pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.
Leg 11 PQ #24012 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — bord tal-appelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu appelli pendenti quddiemu l-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Diċembru 2008? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: a) appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu pproċessati u b) appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-31 ta' Diċembru 2008 ma n¿ammitx statistika dwar kemm kien hemm appelli pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.

sottomissjoni għal tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-appell li kien ġie sottomess għat-tender CT 2731/2009, ġiex konkluż? Jekk le, jista' jindika terminu ta' meta dan l-appell se jkun konkluż?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-appell dwar it-tender CT 2731/2009 kien konkluż fit-12 ta’ Novembru 2010 (Case No 236).
Leg 11 PQ #23912 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

sigurtà fuq il-playing fields

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk f’Malta hawnx persuni li huma kwalifikati li jiċċertifikaw is-sigurtà tal-playing fields? Jekk iva, xi kwalifiki jrid ikollha persuna sabiex tkun tista' tagħmel dan it-tip ta' xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellent illi preżentament f’pajjiżna ma jeżistux programmi ta’ studju speċifiku li jwasslu għal persuni biex jiċertifikaw is-sigurtà tal-playing fields. Il-persuna irrid ikollha background tekniku preferibbilment f'livell ta’ inġinier Jeżistu korsijiet qosra barra minn Malta dwar iċ-ċertifikazjoni tas-sigurtà tal-playing fields. L-Awtorità Maltija dwar l-Istandards sejra jkolla inġinier u tekniku jattendu dan il-kors.
Leg 11 PQ #24007 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — bord tal-appelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu appelli pendenti quddiemu l-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-31 ta' Diċembru 2009? Jista' jagħti l-informazzjoni kif ġej: a) appelli pendenti li kienu għadhom qed jiġu pproċessati u b) appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-31 ta' Dicembru 2009 kien hemm 1193 appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn kien hemm: a) 976 appelli pendenti li kien għadhom qed jigu pprocessati u b) 217 appelli proċessati li qed jistennew is-sentenza/deċiżjoni.