Jista' l-Ministru jassigura li l-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li ilu ma jintbagħat mis-26 ta’ Frar, 2010 jintbagħat kemm jista' jkun b’mod immedjat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Mikiel Ang Sapiano - sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk żewġ sleeping policeman kbar li saru riċentement fi Triq Mikiel Ang Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ sarux minn Transport Malta? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk Transport Malta approvatx dawn iż-żewġ sleeping policeman?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-żewġ road humps imsemmija ma sarux minn Transport Malta u skont r-rekords tat-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku m’hemmx approvazzjoni għalihom. Fil-fatt, Transport Malta ħarġet avviż ta’ infurzar lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid xi standards hemm (inkluż parametri ta' tul u għoli) sabiex jigu stallati sleeping policeman f’toroq Maltin? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx distanza minima stabbilita bejn sleeping policeman u oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12237. Rigward distanza minima bejn sleeping policeman u oħra, ninsab infurmat li din tiġi stabbilita skont iċ-ċirikustanzi partikulari, sabiex jiġu ndirizzati l-bżonnijiet differenti skont kull każ.
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji tuża Transport Malta sabiex tapprova jew tirrifjuta talba għal sleeping policeman? Jista' jgħid jekk Transport Malta tagħmilx studju dwar it-talba speċifika u jekk uffiċjali ta' Trasport Malta jżurux il-post qabel ma tingħata deċiżjoni fuq tali talbiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nirreferi għat-tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18714, ninsab infurmat li talbiet għal road humps jiġu analizzati każ b'każ, billi ssir spezzjoni fuq il-post minn uffiċċjal fi ħdan it-Taqsima tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Awtorità u jsir rapport tekniku. A bażi tal-istess rapport, tittieħed deċiżjoni dwar it-talba partikolari.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Mikiel Ang Sapiano - ilmenti dwar sleeping policeman
Question
Wara diversi ilmenti min-nies li jużaw Triq Mikiel Ang Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ dwar problemi li qed jesperjenzaw minħabba żewġ sleeping policeman li ġew stallati fl-istess triq, jista' l-Minsitru jgħid jekk dawn iż-żewġ sleeping policeman għandhomx il-qisien konformi mal-istandards stabbiliti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 27393 fejn għidt li Transport Malta ħarġet avviż ta’ infurzar lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għax l-imsemmija road humps mhumiex konformi mal-istandards stabbiliti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasprot Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tar-Rabat Malta? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ninsab infurmat li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.18990, it-talbiet sottomessi mill-Kunsilli Lokali qegħdin ikunu aċċettati u analizzati kollha iżda f’każ ta’ lokalitajiet li għandhom enforcement jiġu pproċessati biss it-talbiet relatati ma’ sigurta` fit-toroq. B’aġġornament rigward il-lokalità taż-Żurrieq, sal-lum ġew deċiżi 22 każ, filwaqt li baqa’ 6 talbiet pendenti u f’kaz ta’ 2 minnhom ġiet mitluba aktar informazzjoni mill-Kunsill Lokali. Lista aġġornata tal-lokalitajiet li għandhom enforcement tinsab annessa f’dokument separat.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi f’Ħaż-Żebbuġ humiex fil-programm ta' toroq li huma skedati li jsiru mill-Gvern Ċentrali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu intenzjonat li x-xogħol f’dawn it-toroq isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif diġa' għedt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24717, sabiex triq residenzjali tikkwalifika għall-kostruzzjoni mill-gvern, iridu jkunu tlestew 70% tad-djar f'dik it-triq. Fil-każ taż-żewġ toroq in kwistjoni, għalkemm jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, minħabba li l-persentaġġ ta' żvilupp f'dawn it-toroq huwa anqas minn 70%, it-triq ma tistax issir għalissa.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25657, jista' l-Ministru jassigura li jsir awditjar tar-reserved parking bays fil-lokalitajiet ta' Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat, l-Imġarr u l-Imtarfa u jassigura li dawk ir-reserved parkings li m'għadx hemm bżonnhom jitneħħew immedjatament? Jista' jirraporta lill-Kamra meta dan l-eżerċizzju jkun ġie finallizzat u jagħti l-ammont ta' reserved parkings approvati fil-lokalitajiet imsemmija, lokalità b’lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurat li l-parkeġġi riservati li huma approvati minn Transport Malta fil-lokalitajiet imsemmija se jiġu riveduti u sussegwentament jiġu identifikati dawk il-parkeġġi riservati li jkunu approvati u validi f’kull lokalità imsemmija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi limitu għall-ħlas li kunsill lokali jista' jitlob sabiex tinġabar kopja ta’ dokument ta’ xi offerta li l-istess kunsill ikun ippubblika? Jista' jgħid jekk l-ammont mitlub sabiex tinġabar offerta hux arbitrarju, u allura għad-deskrizzjoni tal-kunsill lokali konċernat, jew jekk jeżistux linji gwida li jorbtu t-talba għall-ħlas għal kopja ta' dokument ta' offerta ma' kemm ikun stmat il-valur tal-istess offerta (jew ma' xi linji gwida oħra)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi għalkemm fl-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) m’hemmx indikat dwar kemm għandu jkun il-ħlas li wieħed jagħmel meta jiġbor dokument ta’ offerta, id-Dipartiment Għall-Gvern Lokali dejjem ta’ struzzjonijiet biex ‘il-ħlas mitlub għal-tali dokumenti għandu dejjem ikun wieħed li jkopri l-ispejjeż li l-Kunsill ikun għamel fil-preparamenti ta’ l-istess dokument. Jekk l-Onorevoli jaf b’ xi każ fejn jaħseb li l-ħlas mitlub m’huwhiex ġustifikat , nitolbu jgħaddili d-dettalji u nitlob lid-dipartiment jinvestiga.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi f’Ħaż-Żebbuġ humiex fil-programm ta' toroq li huma skedati li jsiru mill-Gvern Ċentrali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu intenzjonat li x-xogħol f’dawn it-toroq isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris u Trejqet il-Paċi f’Ħaż-Żebbuġ humiex fil-programm ta' toroq li huma skedati li jsiru mill-Gvern Ċentrali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta hu intenzjonat li x-xogħol f’dawn it-toroq isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25657, jista' l-Ministru jassigura li jsir awditjar tar-reserved parking bays fil-lokalitajiet ta' Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat, l-Imġarr u l-Imtarfa u jassigura li dawk ir-reserved parkings li m'għadx hemm bżonnhom jitneħħew immedjatament? Jista' jirraporta lill-Kamra meta dan l-eżerċizzju jkun ġie finallizzat u jagħti l-ammont ta' reserved parkings approvati fil-lokalitajiet imsemmija, lokalità b’lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 25657, jista' l-Ministru jassigura li jsir awditjar tar-reserved parking bays fil-lokalitajiet ta' Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, Ir-Rabat, l-Imġarr u l-Imtarfa u jassigura li dawk ir-reserved parkings li m'għadx hemm bżonnhom jitneħħew immedjatament? Jista' jirraporta lill-Kamra meta dan l-eżerċizzju jkun ġie finallizzat u jagħti l-ammont ta' reserved parkings approvati fil-lokalitajiet imsemmija, lokalità b’lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26284 u jagħti d-data speċifika ta’ meta ħarġet kull sejħa għal offerti għax-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija paralmentari 25889?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26284 u jagħti d-data speċifika ta’ meta ħarġet kull sejħa għal offerti għax-xogħlijiet imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija paralmentari 25889?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25620, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni mill-kumpanija konċernata fuq il-garaxxijiet konċernati u jekk fl-affermattiv jippubblika l-informazzjoni li għandu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-garaxxijiet għall-manutenzjoni tal-karozzi tal-linja mhumiex se jiġu pprovduti minn Transport Malta iżda se jiġu pprovduti mill-operatur il-ġdid, jiġifieri l-kumpanija Arriva Malta Ltd.
Għaldaqstant, Transport Malta ma tistax tipprovdi tali nformazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25889, jista' l-Ministru jagħti d-data speċifika ta' meta ħarġet kull sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li :
- Triq Għarram, Geraldu Farrugia, Dawret in-Niżla ta' San Pawl - Euro 148,216.75 – Sejħa ħarġet: 26/12/2006 - LA ħarġet: 28/12/2006 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 09/01/2008.
- Triq Indri Borg - Euro 63,578.90 - Sejħa ħarġet: 17/02/2004 - LA ħarġet: 12/05/2005 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 07/07/2009.
- Triq l-Għeneb - Euro 31,106.78 - Sejħa ħarġet: 10/11/2006 - LA ħarġet: 12/01/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 08/05/2009.
- Triq M.A. Sapiano (Phase 3) - Euro 136,409.92 - Sejħa ħarġet: 26/12/2007 - LA ħarġet: 31/12/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 01/12/2008.
- Toroq F. Mattei, Profs. D. Callus, X. Attard and kostruzzjoni ta’ of Triq M.A. Sapiano (Phase 1) - Euro 163,916.77 - Sejħa ħarġet: 02/08/2007 - LA ħarġet: 02/08/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 27/02/2008.
- Triq MA Sapiano (Phase 2) u kostruzzjoni Toroq San Martin and Mitħna - Euro 215,922.72 - Sejħa ħarġet: 26/12/2007 - LA ħarġet: 31/12/2007 – Xogħlijiet tlestew u ġew ċertifikati: 21/03/2008.
Nota Addizzjonali – Is-sejħiet għal dawn ix-xogħlijiet ħarġu kollha qabel is-sena 2008, madanakollu x-xogħlijiet tlestew matul is-snin 2008 u 2009.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25889, jista' l-Ministru jagħti d-data speċifika ta' meta ħarġet kull sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25592, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk fl-inħawi tar-roundabout ta' Triq Santa Katerina Ħ'Attard, kif qed jidher fis-site plan li qed tintbagħat separatament, hemmx xi inċidenza partikolari ta' inċidenti tat-traffiku bejn vetturi li jkunu deħlin/ħerġin mill-garaxx tagħhom u oħrajn li jkunu qed jivvjaġġaw fl-istess triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li skont l-informazzjoni li l-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard għadda lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali il-Kunsill ma jirriżultalux li qatt kien hemm inċidenti tat-traffiku bejn vetturi deħlin jew ħerġin mill-garaxx tagħhom ħlief xi inċident rari ta’ overspeeding. Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xi każ partikolari nitolbu jgħaddili d-dettalji separatament.