Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar vis-à-vis farms f'żoni barra miż-żoni tal-Iżvilupp (ODZ)? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandiex policy stabbilità fuq dan is-suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li proposti ta' żvilupp għall-"farms" barra miż-żona ta' l-iżvilupp huma regolati b'diversi policies fosthom il-Pjan ta' Struttura għall-Gżejjer Maltin, il-Pjanijiet lokali approvati, il-policy "Guidance on Agriculture, Farm Diversification and Stables", partijiet tad-"Development Control Guidance: Development Outside Built-up Areas (PLP 20)". L-ipproċessar u d-deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet bħal dawn jieħdu wkoll in konsiderazzjoni skedar u direttivi Ewropej li jistgħu jkunu applikabbli għall-każ in kwestjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk s'issa kienx hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jiġu stallati solar farms fiż-żoni ODZ? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kien hemm u x'kien l-eżidu ta' dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Informat li, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorita' irċeviet tliet applikazzjonijet li jistgħu jiġu kkunsidrati taħt il-kategorija ta' solar farms fiż-żoni ODZ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ambjentali qed jittieħdu fil-proċess tal-proġett tal-bini tal-Parlament il-Ġdid waqt il-fażijiet differenti tal-kostruzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Parlament il-Ġdid — kunsiderazzjonijiet ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kunsiderazzjonijiet ambjentali qed jittieħdu fil-bini tal-Parlament il-Ġdid li jaffetwaw l-operat tal-bini meta dan jibda jiffunzjona f'termini ta' energy performance? Jista' jgħid x'rating ambjentali mistenni li jkollu l-bini tal-Parlament il-Ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27742, jista' l-Ministru jikkonferma li l-informazzjoni mogħtija fis-sens li fi Triq M.A. Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ hemm bus stop wieħed, hi korretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni fiżika fuq il-post li għamlu uffiċċjali ta' Transport Malta, jirriżulta li fil-fatt, fi Triq M.A. Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ hemm żewġ bus stops fuq naħa waħda bl-isem ta' 'Srina' u 'Batu'.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi b'mod ċar ir-rotta 109 fid-direzzjoni għal Ħ'Attard u pjanta oħra li turi l-istess rotta fid-direzzjoni opposta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-rotta 109 fid-direzzjoni għal Ħ’Attard hija l-istess rotta li topera fid-direzzjoni opposta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija rotta 109.
Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Ħad-Dingli hemmx rotta diretta għall-Isptar Mater Dei u għall-Università? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'numru għandha din ir-rotta u kull x'ħin topera?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li preżentament, ir-residenti ta’ Ħad-Dingli huma moqdija bir-rotta 52 li teħodhom minn Ħad-Dingli lejn ir-Rabat (interchange) fejn hemm ibiddlu r-rotta għal dik bin-numru 202 li teħodhom Mater Dei u l-Università. Jistgħu ukoll permezz tar-rotta 52 jinżlu Ta’ Qali (interchange) u minn hemm ibiddlu r-rotta għal dik bin-numru 106 li teħodhom Mater Dei u l-Università.
Infurmat ukoll li mis-6 ta’ Novembru 2011 ir-residenti ta’ Ħad-Dingli ser ikunu moqdija bir-rotta 203 li se tkun qed topera direttament minn Ħad-Dingli lejn Mater Dei u l-Universita’ kull siegħa.
Rabat — Triq San Vinċenz Ferreri - kantini tad-djar - ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex jiġi identifikat is-sors tal-ilma li qed jitfaċċa fil-kantini tad-djar li hemm fi Triq San Vinċenz Ferreri, r-Rabat? Jista' jgħid jekk dan l-ilma hux ġej mis-sistema tad-drenaġġ jew minn xi sors ieħor? Jista' jieħu azzjoni immedjata sabiex dan l-inkonvenjent, li jista' jkun ukoll riskju għal saħħet in-nies, jispiċċa kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet l-investigazzjonijiet neċessarji fuq dan il-każ u fil-fatt irriżulta li l-ilma msemmi kien drenaġġ. Wara li ntużat CCTV camera, ġie identifikat blockage fil-main tad-drenaġġ li kien qed jikkawża d-drenaġġ jiskula. Il-blockage ġie mnaddaf minnufih. L-ilma li kien qed ifeġġ fil-kantini issa waqaf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bus stop hemm fi Triq Mikiel Ang Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ (fuq ir-rotta 109)? Jista' jgħid x'jisimhom dawn l-istops u jgħid kemm minnhom huma fid-direzzjoni ta' Ħ'Attard u kemm minnhom huma fid-direzzjoni l-opposta? Jista' jikkonferma li dawn il-bus stops kollha għandhom it-tabella fuq arblu li turi eżatt fejn hu l-istop u dettalji oħra tal-ħinijiet eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq Mikiel Anġ Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ fid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ (rotta ċirkolari 109) hemm bus stop wieħed bl-isem ta’ Srina (nru 2474) u nfurmat ukoll li fih it-tabella fuq l-arblu u d-dettalji tal-ħinijiet.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din ir-rotta hija ċirkolari, għaldaqstant il-
bus stop
qiegħed f’direzzjoni waħda biss peress li r-rotta ma' terġax tgħaddi mill-istess toroq.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar ta' talba li kienet saret lill-Uffiċċju Konġunt li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex jinfeda ċens fuq garaxx fir-Rabat? Jista' jara li dawn il-proċeduri jiġu mħaffa kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament għadha qed tiġi kkunsidrata.
talba sabiex jinxtara jew jinkera garaxx proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-ipproċessar tat-talba li kienet saret lil Government Property Division fil-bidu tas-sena 2010 sabiex jinxtara jew jinkera garaxx proprjetà tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li bħalissa għandu pussess battal, fl-Imtarfa? Jista' jara li dawn il-proċeduri jiġu mħaffa kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li t-talba tal-applikant li dettalji dwarha ntbagħtu separatament qiegħda fil-proċess li tittellà bħala proposta għall-approvazzjoni quddiem it-Tenders Committee tad-Dipartiment sabiex jiġi deċiz tinħariġx sejħa għall-offerti għat-trasferiment tal-proprjetà mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-playing field li tinsab fiż-żona tal-Grazzja f'Ħaż-Żebbuġ (fi Triq Patri Pelagju u Triq Pietru Buttigieg) hijiex tajba sabiex tintuża? Jista' jgħid jekk sarx awditjar ta' din il-playing field u jekk iva, jippubblika r-rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) dwar il-bandli li jinsab fiż-żona tal-Grazzja f’Ħaż Żebbuġ.
Ninsab infurmat li wara dan ir-rapport il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ iddeċieda li jagħlaq dan il-bandli għall-pubbliku sakemm isiru x-xogħlijiet meħtieġa elenkati fir-rapport. Intant il-Kunsill Lokali għaddej bil-proċess li japplika għal fondi taħt l-
Urban Improvement Fund
sabiex dan il-bandli jkun
refurbished
.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasprot Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tar-Rabat Malta? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini tar-Rabat:
Kostruzzjoni ta’
footpath
f’parti minn Triq Borg Olivier Rabat - €1,290.81
Surfacing works
- Chadwick Lakes l/o Rabat - €31,895.50
Surfacing
tat-triq - Bieb ir-Ruwa l/o Rabat - €5,673.38
Surfacing
- Buskett Area - €55,460.00
Surfacing
fi Triq Tabija, Rabat - €27,730.00
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini ta’ Ħad-Dingli? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini ta’ Ħad Dingli:
Footpath
- Triq il-Knisja c/w Triq San Pawl, Dingli - €5,607.78
Triq Sta Marija, Sta Duminka, Abela Dingli, Dingli - €47,388.35
Triq Dun Karm Azzopardi & p/o Triq l-Irdum Dingli - €48,713.88
N/S in Dun Karm Frendo Street, Dingli - €85,731.12
Triq l-Imqades, Saqwi, Skorba, Mġarr and p/o Triq Emanuel Vitale, Misrah Suffara Part A ,Dingli - €151,890.71
Dawn it-toroq għad hemm xogħol għaddej fuqhom:
Panoramic Rd / Turretta (p/o), Dingli - € 70,038.93
Turretta (p/o), Dingli - € 64,602.21
S. Pawl tal-Pitkali Road / Panoramic Road, Dingli - € 66,373.89
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Transport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tal-Imtarfa? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini tal-Imtarfa:
Asfaltar ta’ Triq Ta' Slampa l/o Mtarfa - €34,674.72
Kostruzzjoni ta’ p/o Toroq Mtarfa, il-Palma, G. Galea and triq off Triq l-Imtarfa, Mtarfa - €166,516.84
Resurfacing
ta’p/o Wied il-Qlejja, l/o Mtarfa - €48,502.97
Jista' l-Ministru jara li l-Kumitat tal-Isplużżivi jwieġeb korrispondenza, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mibgħuta lilu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, datata 19 ta' Awwissu 2010 bla aktar dewmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tweġiba għal din id-domanda ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Trasport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini ta’ Ħad-Dingli? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Transport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tal-Imgarr Malta? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum tlestew dawn it-toroq fil-konfini tal-Imġarr u dan wara l-ħruġ tat-tenders relattivi:-
Construction of Triq l-Għelejjel Mġarr Mġarr 15,194.57
Construction of Triq Ġorg Żammit Mġarr Mġarr 41,072.98
Construction of p/o Triq San Pawl Mġarr Mġarr 19,871.35
Construction of Triq St Marija, Mġarr Mġarr 19,586.26
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ tenders li ħarġet Transport Malta minn Marzu 2008 sal-lum għal xogħol ta’ toroq li jaqgħu fil-konfini tal-Imtarfa? Jista' jgħid kull tender kemm kienet tiswa, jew kemm hu stmat li tiswa, skont kif ikun il-każ u jgħid kull tender f’liema fażi waslet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.