B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25657 u 26562, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reviżjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26562 saritx? Jekk fl-affermattiv, jista' jirraporta lill-Kamra r-riżultat ta' dan l-eżerċizzju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28842 u jgħid x'miżuri ambjentali qed jittieħdu fil-proċess tal-proġett tal-bini tal-Parlament il-Ġdid waqt il-fażijiet differenti tal-kostruzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qegħdin jiġu mplementati numru ta' mizuri ambjentali matul il-kostruzzjoni ta’ dan il-progett, kif gej:-
- il-materjal jiġi rriċiklat, bħal per eżempju ċertu materjal li ġie skavat qiegħed jerġa jintuża għall-proġett;
- L-iskart ta’ kostruzzjoni qiegħed jiġi magħżul fuq is-sit qabel ma jiġi mormi fil-
landfills
indikati;
- strateġija biex materjal varju li għandu jintuża fuq il-bini jasal fuq is-sit meħlus minn kull materjal ta’ ppakkeġġar;
- sistema ta’
just in time
delivery biex jitnaqqas ir-riskju li jitkisser xi materjal;
- moniteraġġ fuq il-konsum tal-elettriku, tal-ilma u tad-
diesel
;
- Miżuri oħra li ttieħdu biex jitnaqqas l-impatt tal-progett fuq l-ambjent tal-madwar jinkludu:
·
Wheel wash
fejn il-ħruġ (l-ilma tax-xita qiegħed jigi miġbur ġo
reservoir
biex jerġa jintuża)
· Kontrol fuq it-trab billi jintużaw
dust suppressing equipment
, bħal
vacuums, netting, damping
u kanuni tal-ilma
· Meta jkun possibbli l-kunsinnji jgħaddu mid-Ditch u l-Yellow Garage Tunnel u mhux mit-toroq prinċipali tal-Belt.
Parlament il-Ġdid — kunsiderazzjonijiet ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28843 u jgħid x'kunsiderazzjonijiet ambjentali qed jittieħdu fil-bini tal-Parlament il-ġdid li jaffettwaw l-operat tal-bini meta dan jibda jiffunzjona f'termini ta' energy performance? Jista' jgħid x'rating ambjentali mistenni li jkollu l-bini tal-Parlament il-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Bini tal-Parlament il-Ġdid se jkun qed inaqqas il-carbon emissions minħabba diversi fatturi: l-għamla u l-metodu ta’ kif se jkun mibni; istallazzjoni ta’ sistemi ta’ energija efficjenti u kontroll adegwat ta’ dawn is-sistemi, li jinkludu pannelli fotovoltajċi li se jkunu fuq il-bejt tal-bini li se jipprovdu madwar 20% tal-enerġija wżata għall-bini. Dawn is-sistemi se jkunu superviżjonati u analiżżati fid-dettal biex dejjem jiġu studjati opportunitajiet aħjar ta’ effiċjenza. L-ilma tax-xita se jkun miġbur u maħżun biex jintuża għal non-potable water. Dan kollu jsegwi il-linji gwida internazzjonali. Id-disinn tas-servizzi jimxi mal-kriterji fi proċeduri bħal BREEAM u LEED.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28849 u jagħti struzzjonijiet sabiex ttieħed l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex problema frekwenti ta' żbroff ta' drenaġġ fi Triq Ħali Ħaż-Żebbuġ tiġi rimedjata kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà ħadet ħsieb din problema, li kienet ikkawżata minn blockage fis-sistema tad-drenaġġ f’din l-akkwata. Din l-operazzjoni ħadet numru ta’ siegħat minħabba n-natura tal-blockage fil-kanen tad-drenaġġ. Dan il-blockage kien jikkonsisti fi żjut u xaħmijiet li għaqdu kollha flimkien. Ta’ min jgħid li mhux suppost li jintremew dawn il-materjali fis-sistema tad-drenaġġ. Il-korporazzjoni żammet kuntatt mal-Kunsill Lokali dwar l-inċident u wkoll ħadet ħsieb li tnaddaf it-triq u madwar wara li l-blockage tneħħa.
Binjiet rurali — stallazzjoni ta' panelli fotovoltajiċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istallazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi fuq is-soqfa ta’ bjut ta’ binjiet rurali bħalma huma l-irziezet tat-trobbija tal-bhejjem bħal baqar jew majjal għandhiex bżonn permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jispeċifika x’tip ta' permess hu meħtieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li "l-istallazzjoni ta' panelli fotovoltajċi u t-tagħmir tagħhom f'bini eżistenti hu kkunsidrat bħala żvilupp permess, mingħajr il-ħtiega ta' applikazzjoni għal permess tal-iżvilupp jew notifika ta' żvilupp skont Avviż Legali 115 ta' 2007 imsejjaħ "l-Ordni ta' l-2007 dwar in-Notifikazzjoni dwar l-Iżvilupp", fejn tali żvilupp jidher fi Klassi 1, subparagrafu 1(iv) tal-istess Ordni. It-tqegħid ta' dawn il-panelli għandu jsir skont il-kriterji u regolamenti mniżżla fid-dokument tal-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar msejjaħ "Policy and Design Guidance 2007" f'paragrafi 13.3 u 13.5 li jirregolaw żvilupp ta' panelli fotovoltajċi u strutturi fuq soqfa ta' bini rispettivament.
Għaldaqstant l-istallazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi fuq is-soqfa ta’ bjut ta’ binjiet ta' rziezet tat-trobbija tal-bhejjem huma permessibli mingħajr il-ħtiega ta' applikazzjoni tal-iżvilupp hekk kif elenkat hawn fuq.
Ħad-Dingli — Private Public Partnership - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il triq ġiet inkluża taħt l-iskema Private Public Partnership fil-lokalità ta' Ħad-Dingli? Jista' jgħid il-proċess fejn wasal u meta dan ix-xogħol mistenni jitlesta? Jista' jagħti dawn id-dettalji għal kull triq b’mod separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Imġarr Malta — Private Public Partnership - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il triq ġiet inkluża taħt l-iskema Private Public Partnership fil-lokalità tal-Imġarr Malta? Jista' jgħid il-proċess fejn wasal u meta dan ix-xogħol mistenni jitlesta? Jista' jagħti dawn id-dettalji għal kull triq b’mod separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il triq ġiet inkluża taħt l-iskema Private Public Partnership fil-lokalità tal-Imtarfa? Jista' jgħid il-proċess fejn wasal u meta dan ix-xogħol mistenni jitlesta? Jista' jagħti dawn id-dettalji għal kull triq b’mod separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa ma applikax għall-iskema ta’ PPP tat-toroq.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — tiswijiet u servizzi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif għadna nesperjenzaw tiswijiet jew servizzi ġodda min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'toroq ġodda jew relattivament ġodda li jiġu reinstated b’cold asphalt? Jista' jara li din il-prattika tispiċċa immedjatament u li r-reinstatement isir b’hot asphalt mill-ewwel?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infrumat illi minħabba ċ-ċokon u n-numru kbir ta’ eskavazzjonijiet li jkollha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kuljum, mhux prattiku li dawn jiġu asfaltati b’hot asphalt mill-ewwel. Fil-fatt, il-korporazzjoni tuża materjal cold mix biex tagħmel reinstatement temporanju biex ma jkunx hemm periklu għal minn juża t-triq. Il-korporazzjoni għandha ftehim mal-kunsilli lokali biex tħallas lil dawn biex jagħmlu r-reinstatement permanenti bil-hot asphalt f’salt u mhux eskavazzjoni waħda waħda.
Jista' l-Ministru jara li t-talba li kienet saret numru ta snin ilu taħt l-iskema tal-qbiela, u li d-d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi proċessata kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba ta’ din il-persuna, hija waħda minn diversi applikazzjoniet li hemm fuq l-art imsejħa ta’ Ċafċaf, is-Siġġiewi, li kienu saru taħt l-iskema tal-qbiela.
L-applikazzjonijiet taħt din l-Iskema qegħdin jinħadmu fuq sistema ta’ żoni f’kull lokalità madwar Malta u Għawdex. Għalkemm fis-Siġġiewi inbdew jinħadmu applikazzjonijiet u anke saru kuntratti f’xi żoni ta’ din il-lokalità, l-ipproċċessar tal-applikazzjonijiet li hemm fl-inħawi ta’ Ċafcaf għadhom ma ġewx ipproċessati. Huwa ttamat li l-ipproċessar ta’ dawn l-applikazzjoniet f’din iż-żona jinbeda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jassigura li Transport Malta ma tibqax tippermetti li reinstatement ta' toroq wara li jkunu saru xi xogħlijiet (bħal servizzi ġodda jew tiswijiet ta' servizzi tal-ilma) ma jibqgħux isiru bil-cold asphalt iżda jibdew isiru bil-hot asphalt mill-ewwel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet imsemmija u ċioe servizzi ġodda jew tiswijiet ta’ servizzi tal-ilma, mhuwiex possibli li dawn isiru bil-hot asphalt mill-ewwel għaliex dawn ix-xogħlijiet ikunu limitati għal area żgħira u jidher illi mhux cost effective għall-kuntratturi tal-asphalt li jixegħlu l-magni għall-ammonti żgħar.
Ħaż-Żebbuġ — Kunsilli Lokali - Vjal il-Ħelsien xogħlijiet fuq toroq
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid ix-xogħlijiet ta' toroq fdati f’idejn il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ fuq Vjal il-Ħelsien meta se jibdew? Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu sabiex jibda x-xogħol fuq il-post? Jista' jgħid liema kienet id-data meta x-xogħlijiet suppost bdew u meta kellhom jispiċċaw? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil f’dawn id-dati u allura jgħid meta verament dawn ix-xogħlijet se jibdew u meta se jispiċċaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi dan ix-xogħol ser isir mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ wara li l-Gvern alloka €400,000 lill-Kunsill għal dan il-għan. Ninfurmak illi tlabt lill-Kunsill jagħti spjegazzjoni fejn wasal il-proċess u r-risposta kienet s-segwenti:
It-tender għax-xogħolijiet ta’ Vjal il-Helsien kien aġġudikat lill-kumpanija Ritemix Ltd waqt il-laqgha tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ tal-1 ta’ Awwissu 2011. Il-Kunsill iltaqa’ mal-kuntrattur u ffirma l-kuntratt u nħarġet l-
letter of acceptance
sabiex jinbeda l-proċess tal-applikazzjonijiet fl-4 ta’ Awwissu 2011.
Il-kuntrattur issottometta l-applikazzjoni ma’ Transport Malta fl-20 ta’ Settembru 2011. Intant il-kunsill lokali sejjaħ lill-entitajiet varji sabiex jibgħatu l-feedback tagħhom dwar it-triq sal-4 ta’ Ottubru. Sussegwentement il-kunsill lokali ltaqa’ mal-Korporazzjoni Enemalta fit-13 ta’ Ottubru, mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-14 ta’ Ottubru u mal-kumpanija
GO
fis-17 ta’ Ottubru.
Il-fażi li jmiss hija l-approvazzjoni tal-pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku. Il-Kunsill fil-fatt diġa ltaqa’ ma’ Transport Malta dwar dan fil-5 ta’ Ottubru.
Dan il-pjan ġie preparat mill-periti tal-kunsill lokali u approvat mill-Kunsill fl-20 ta’ Ottubru. Il-kunsill issa se jibgħat dan il-pjan lil Transport Malta.
Sadanittant inbeda x-xogħol ta’ żbir fuq is-siġar qabel ma' dawn ikollhom jinqalgħu biex isiru x-xogħlijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il triq ġiet inkluża taħt l-iskema Private Public Partnership fil-lokalità ta' Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid il-proċess fejn wasal u meta dan ix-xogħol mistenni jitlesta? Jista' jagħti dawn id-dettalji għal kull triq b’mod separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rabat Malta — Private Public Partnership - xogħlijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il triq ġiet inkluża taħt l-iskema Private Public Partnership fil-lokalità tar-Rabat Malta? Jista' l-Prim Ministru jgħid il-proċess fejn wasal u meta dan ix-xogħol mistenni jitlesta? Jista' jagħti dawn id-dettalji għal kull triq b’mod separat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat applika biex jagħmel erba’ (4) toroq fil-lokalità permezz tal-iskema tal-PPP għat-toroq. Dawn huma Triq San Publiju, Triq l-Iskultura, Triq San Bastjan u Triq Inguanez. Jirriżulta iżda li l-kunsill lokali ħareġ it-tenders għal dawn it-toroq iżda ebda kuntrattur ma applika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar vis-à-vis solar farms f'Żoni 'l Barra miż-Żona tal-Iżvilupp (Outside Development Zone)? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandiex policy stabbilità fuq dan is-suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’ xi seduta oħra.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — resurfacing ta' toroq
Question
B’referenza għall-mistoqsijiet paralmentari 21066 u 21623, jista' l-Prim Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ix-xogħol li sar s'issa fuq toroq f’Ħaż-Żebbuġ li huma inklużi f’Fażi 1 tal-iskema tal-Public Private Partnership (PPP)? Jista' jinforma l-Kamra x'kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għal komunika li rċieva mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali datata 12 ta’ Novembru 2010 dwar toroq li kienu inklużi f’sejħa għall-offerti preċedenti għall-iskema tal-PPP u li diġà kienet ġiet assenjata qabel tħabbret l-iskema tal-PPP? Qed nirreferi ghal toroq Anthony Aqulina, Patri Pelaġju Mifsud, Ħal Dwin, Pietru Buttigieg, Ħal Sajd, il-Qamħ ix-Xgħir, il-Kosbor l-Insiġ u l-Iskalora.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ikkomunikax xi gwida lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ liema toroq għandhom jieħdu l-preċedenza, jekk hux dawk ta’ fażi 1 tal-iskema PPP jew inkella hux dawk li kienu jiffurmaw parti mill-offerta msemmija u li laħqet ġiet assenjata ħafna qabel ħarġet l-iskema PPP? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jippubblika din il-gwida? Jekk le jista' d-dipartiment jagħti opinjoni u/jew gwida fuq il-preċedenza ta’ dawn ix-xogħlijiet, jikkomunikaha lill-kunsill lokali u jippubblika l-istess komunikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ ikun jista’ jipproċedi bit-tender ta’ qabel, ġie innotat li dawn it-toroq iddaħħlu mal-lista tax-xogħlijiet.
Intant ninsab infurmat ukoll li x-xogħol fuq it-toroq f’Ħaż Żebbuġ li applika għalihom il-kunsill lokali ta’ din il-lokalità taħt l-iskema tal-PPP jinsab għaddej kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li fuq Fażi I tat-toroq ta’ Ħaż Żebbuġ fl-Iskema PPP, il-kunsill lokali ddeċieda li jaqsam ix-xogħol f’żewġ stadji. L-Ewwel Stadju (1) jikkonsisti fix-xogħlijiet fuq servizzi li hemm bżonn isiru fit-toroq kollha filwaqt li t-Tieni Stadju (2) jinkludi l-i
scarifying
works
u r-
resurfacing
tat-toroq. Ix-xogħlijiet bħalissa jinsabu fi Stadju 1 u kważi tlesta x-xogħol f’Toroq il-Watar, Dun Luret Callus u Ġanni Bonnici. Infurmat li malli jkunu lesti dawn il-kuntrattur jipproċedi għal toroq oħrajn.
Fuq it-toroq l-oħrajn li kienu diġà assenjati qabel tħabbret l-Iskema PPP, infurmat li dawn kienu approvati biex jiddaħħlu fl-iskema PPP nhar it-18 ta’ Lulju.
Intant infurmat ukoll li fid-9 ta’ Awwissu l-kunsill lokali ltaqa’ mal-kuntrattur li għandu x-xogħol u dan irid jerġa’ japplika għall-permessi peress li kienu skadew. Ix-xogħol huwa ppjanat li jibda f’Ottubru.
Fuq it-toroq l-oħrajn li ma kinux diġà assenjati, għaddeja ħidma biex jitlesta t-
tender document
tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel isiru l-linji sofor quddiem garaxx partikolari, jiġix ivverifikat li l-proprjetà hi verament garaxx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta, meta taslilha talba bħal dik imsemmija mill-Onor. Interpellant mingħand il-kunsill lokali, din it-talba tiġi eżaminata mill-lat ta’ immaniġġjar tat-traffiku biss. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex ttieħed l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex problema frekwenti ta' żbroff ta' drenaġġ fi Triq Ħali Ħaż-Żebbuġ tiġi rrimedjata kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'penali hemm għal min jidnika proprjetà bħala garage in use meta fil-verità l-proprjetà ma tkunx qed tintuża għall-ipparkjar tal-vetturi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi meta fond ma jkunx qiegħed jintuża biex tigi garaxxjata xi vettura fih, jista jeħel meta jinstab ħati mill-Qorti, il-pieni hekk kif stabbiliti fl-artikolu 55 et sequitur, l-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap 65).
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27654 u jara li l-Kumitat tal-Isplussivi jwieġeb korrispondenza, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mibgħuta lilu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, datata 19 ta' Awwissu 2010 bla aktar dewmien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat illi l-Kumitat tal-Isplussivi ħa l-azzjonijiet neċessarji aktar kmieni din is-sena.