Jista' l-Ministru jassigura li l-ilment li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li diġà għadda għand l-ARMS Ltd mill-persuna konċernata, jingħata l-attenzjoni meħtiega u mmedjata? Jista' jara li din l-istess persuna tibda tirċievi kontijiet regolari u li l-kont ikun meqjus bħala residenzjali u mhux non-residential? Jista' jara li l-kontijiet tal-passat jiġu kkoreġuti sabiex dawn jirriflettu rata residenzjali (kif fil-fatt hu l-post) u mhux rata non-residential?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jassigura li ż-żewġ ilmenti li qed jintbagħtu separatament u li diġà għaddew għand l-ARMS Ltd mill-istess persuna madwar xahar ilu, jingħataw l-attenzjoni meħtieġa u mmedjata? Jista' jassigura li din l-istess persuna tibda tirċievi konitijiet regolari fuq iż-żewġ proprjetajiet li għandha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
kotba tal-irċevuti tal-VAT — temporary acknowledgement
Question
Jista' l-Ministru jara li l-prassi kurrenti li tintuża meta wieħed jirritorna kotba tal-irċevuti tal-VAT mimlija u dan jingħata biss Temporary Acknowledgement of Returned Receipt Books, tispiċċa peress li din l-hekk imsejħa temporary acknowledgement ma jkunx fiha n-numru tal-kotba ritornati fuqha u għaldaqstant dak li jkun ma jkollux irċevuta li l-ktieb partikolari jkun irritornah? Peress li skont il-prassi kurrenti l-irċevuta formali qed tasal xhur wara, jista' l-Ministru jara li b’mod immedjat tibda tinħareġ irċevuta formali li tkun tinkludi n-numru tal-ktieb jew kotba ritornati u din tiġi skambjata mal-kotba ritornati, minflok ma tinħareġ temporary acknowledgement li ma jkun fiha l-ebda dettalji?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-prassi kurrenti hi li meta persuna reġistrata tirritorna lura fid-Dipartiment minn ktieb tal-irċevuti fiskali sa tnejn tinħareġ l-irċevuta formali mill-ewwel peress li l-verifika meħtieġa ssir dak il-ħin stess. F’każ li jiġu rritornati aktar minn żewġ kotba tinħareġ riċevuta temporanja peress li l-verifika ma tkunx tista’ ssir dak il-ħin stess. L-irċevuta formali tintbagħat bil-posta ftit taż-żmien wara hekk kif jitlestew il-verifiki meħtieġa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30695, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ huwiex konxju mill-ħsara li ġa ġarbet din it-triq ftit xhur biss wara li tlestiet, hekk kif jidher fir-ritratti li qegħdin jintbagħtu separatament? L-istess ritratti jindikaw li hemm aktar postijiet fejn il-ħxuna minima ta' 50mm tarmak ma ntlaħqitx kif ukoll hemm ħsara li tindika li (fejn hemm il-ħsara) materjal tat-tip type 1 hu prattikament ineżistenti? Jista' jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ hux qed jieħu azzjoni dwar dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ hu konxju tal-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Infurmat fil-fatt li l-Kunsill Lokali ddiskuta l-materja matul il-laqgħa tal-5 ta’ Diċembru. F’din il-laqgħa l-Kunsill Lokali kien infurmat li diġa saret laqgħa mal-kuntrattur li għamel ix-xogħlijiet. Hu ntalab li jerġa’ jagħmel ix-xogħol mill-ġdid fejn hemm il-ħsara.
Intant mit-testijiet li saru fuq ix-xogħol jirriżulta li f’partijiet tat-triq il-ħxuna ma’ ġietx rispettata. F’dan id-dawl infurmat ukoll li l-periti tal-Kunsill Lokali ħarġu multi lill-kuntrattur fejn dawn l-ammonti tnaqqsu mill-kont tat-triq.
Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Isqof Caruana - asfaltar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ hux kuntent bix-xogħol ta' asfaltar li sar riċentement fi Triq l-Isqof Caruana fl-istess lokal? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'azzjoni qed jieħu l-istess kunsill lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ mhux kuntent bix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Il-materja kienet diskussa fil-laqgħa tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru li għadda fejn kien deċiż li l-kuntrattur jintalab jerġa’ jagħmel l-iscarifying tal-medda tat-triq mill-Kunsill sa’ salib it-toroq u jerġa’ jingħata t-tarmak. Dan wara li l-periti tal-Kunsill Lokali kkonfermaw li x-xogħol li sar ma kienx ta’ kwalità tajba.
Jista' l-Ministru jassigura li r-rotta tat-trasport pubbliku 202 tagħmel ir-rotta kompleta tagħha f'kull vjaġġ skedat li tinkludi ukoll il-Buskett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta rċeviet xi ilmenti mingħand il-passiġġieri li r-rotta 202 mhux dejjem qed tidħol ġewwa l-Buskett. Infurmat ukoll li Transport Malta diġa nfurmat lill-operatur tat-trasport pubbliku b’ dawn l-ilmenti u ser tieħu ħsieb timmoniterja din ir-rotta sabiex jekk dan l-aġir jerġa jseħħ tittiehed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jassigura li r-rotta tat-trasport pubbliku 109 tagħmel ir-rotta kompleta tagħha f'kull vjaġġ skedat anke jekk din bħalissa hi sub contracted? Minħabba li hemm ċertu bus stops li jintużaw kemm meta l-vettura tkun fid-direzzjoni tar-Rabat kif ukoll meta tkun fid-direzzjoni tas-Siġġiewi, jista' jassigura li l-vettura jkollha indikat b'mod ċar f'liema direzzjoni tkun sejra l-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġranet li ġejjin Transport Malta se tkun qed tosserva l-andament tar- rotta 109 sabiex tassigura li l-imsemmija rotta issegwi t-traġitt tagħha.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30697, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans li juru eżatt ix-xogħlijiet ikkwotati? Jista' jgħid meta nħarġu t-tenders tax-xogħlijiet relattivi u jagħti r-referenza tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm b'kollox allotments fil-Crafts Village f'Ta' Qali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma okkupati u kemm minn dawn huma vakanti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ftehim mal-kunsill lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta’ ftehim għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mal-kunsilli lokali rigward reinstatement b’hot asphalt ta’ trinek li jkunu saru mill-korporazzjoni jew kuntratturi mqabbda minnha għal tiswijiet ta' servizzi jew xi xogħol ieħor relatat? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim hux ma' kunsilli lokali indipendenti jew inkella jekk hux mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali direttament? Jista' jgħid minn meta beda jiffunzjona dan il-ftehim u kemm għaddiet fondi lill-kunsilli lokali l-korporazzjoni permezz ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jagħti l-ammonti ta' fondi sena b’sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 6 talbiet għall-clearance pendenti rigward xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew resurfacing ta’ toroq residenzjali. Dawn huma:
Lokalità Numru ta’ talbiet pendenti
San Gwann 1
Pembroke 1
Kalkara 2
Żabbar 1
Dingli 1
Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet sabiex ttieħed l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex problema frekwenti ta' żbroff ta' drenaġġ fi Triq Ħali Ħaż-Żebbuġ tiġi rrimedjata kemm jista' jkun malajr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29786.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ftehim mal-kunsill lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta’ ftehim għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mal-kunsilli lokali rigward reinstatement b’hot asphalt ta’ trinek li jkunu saru mill-korporazzjoni jew kuntratturi mqabbda minnha għal tiswijiet ta' servizzi jew xi xogħol ieħor relatat? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim hux ma' kunsilli lokali indipendenti jew inkella jekk hux mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali direttament? Jista' jgħid minn meta beda jiffunzjona dan il-ftehim u kemm għaddiet fondi lill-kunsilli lokali l-korporazzjoni permezz ta' dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jagħti l-ammonti ta' fondi sena b’sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29786, ninsab infurmat li l-problema ġiet rizolta temporanjament u għal żmien qasir ħafna tant li dan l-aħħar il-problema ippersistiet u iggravat u r-residenti ta l-istess triq qed jispiċċaw bid-drenaġġ fi djarhom minħabba li s-sistema pubblika hi bblukkata. Jista' l-Ministru jassigura li tinstab soluzzjoni permanenti għal din il-problema anke minħabba l-fatt li sitwazzjoni bħal din toffri riskji tas-saħħa għan-nies li jgħixu fl-istess inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-problema reġgħet inqalet minħabba blockage. Il-blockage ġie imneħħi biex id-drenaġġ ikun jista’ jgħaddi mis-sistema. Irriżulta li l-blockage kien jikkonsisti f’ ramel u konkos. Ta’ min jgħid li mhux suppost li jintremew dawn il-materjali fis-sistema tad-drenaġġ.
Ħaż-Żebbuġ — kunsill lokali - xogħol ikkummissjonat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda x-xogħol li kien ikkummissjonat mil-Kunsill Lokali ta Ħaż-Żebbuġ fi Triq il-Buskett fl-istess lokalità? Jista' jagħti elenku dettaljat ta' dak kollu li kien inkluż fix-xogħol imsemmi? Jista' jagħti d-data ta' meta x-xogħol tlesta? Jista' jgħid jekk it-talba għall-ħlas mill-kuntrattur konċernat gietx ippreżentata lill-kunsill lokali? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess talba għall-ħlas inkluż id-dokumenti li jista' jkun hemm annessi magħha, eżempju Bills of Quantities? Jista' jgħid jekk din it-talba għall-ħlas teżisti, ġietx ċertifikata mil-perit tal-kunsill u jekk fl-affermattiv, meta ġiet iċċertifikata? Jista' jgħid jekk sal-lum laħqux saru ħlasijiet fuq ix-xogħol in kwestjoni u jekk fl-affermattiv jagħti rendikont tal-ħlasijiet li saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ li x-xogħol fuq Triq il-Buskett fl-istess lokalità nbeda f’Novembru 2010 u tlesta f’Mejju 2011. Ix-xogħol kien jikkonsisti fit-tindif mid-debris u l-ħaxix taħt il-ħitan tas-sejjieħ, it-tqegħid ta’ servizz ta’ dranaġġ ġdid, bdil ta’ mains tal-ilma u x-xogħol konnes mal-wiċċ tat-triq li jinkludi l-iscarrifying, livellar bit-type 1 u t-tarmac.
Infurmat ukoll li t-talba għall-ħlas mill-kuntrattur ikkonċernat kienet ippreżentata lill-Kunsill Lokali u lill-Perit tal-Kunsill, li ħadu ħsieb jagħmlu t-testijiet neċessarji u ċ-ċertifikazzjoni tat-talba. Skont il-periti tal-Kunsill it-talba oriġinali tal-kuntrattur ġiet modifikata skont kif iċċertifikaw huma u skont ir-riżultati tat-testijiet. Infurmat li t-talba tal-ħlas ġiet iċċertifikata mill-perit tal-Kunsill. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni relevanti.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum għadhom ma saru l-ebda pagamenti fuq dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rotta differenti kien hemm fis-sistema tat-trasport pubbliku meta ġiet varata r-riforma fit-trasport pubbliku f’Lulju li għadda? Jista' jgħid kemm-il rotta differenti hemm bħalissa? Jista' jgħid kemm kien hemm b’kollox rotot li l-Arriva għaddiet lil xi sub-contractor? Jista' jgħid sal-lum kemm hemm rotot li huma sub-contracted u jgħid liema huma? Jista' jgħid meta hu mistenni li r-rotot ikunu kollha kemm huma mħaddma mill-Arriva?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta ġiet varata r-riforma tat-trasport pubbliku kien hemm 61 rotta ġewwa Malta u 10 rotot ġewwa Għawdex. Dawn jeskludu s-servizzi ta’ bil-lejl li kienu jammontaw għal 13-il rotta.
Mis-6 ta` Novembru n-numru ta’ rotot żdied għal 73 f`Malta u dak t`Ghawdex baqa’ 10. Dawn jeskludu s-servizzi ta’ bil-lejl li jammontaw għal 13-il rotta.
L-Arriva bħalissa għanda 13-il rotta li qed jinħadmu b’
sub contractor
. Dawn r-rotot huma:
- 24,54,55,103,104,109,124,201,204,205,209,213 u 244.
Ninsab infurmat ukoll li l-operatur informa lil Transport Malta li se jkun qed jopera direttament ir-rotot kollha minn Marzu 2012.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26284, jista' l-Ministru jaġġorna l-lista mogħtija sad-data kurrenti, jiġifieri jgħid jekk kienx hemmx xi sejħiet għall-offerti li ħarġu mis-26 ta' Diċembru 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Diċembru 2007 sal-lum inħarġu dawn it-tenders:
- xogħlijiet fi Triq l-Imdina, Żebbuġ (xogħol lest - relatata mar-riforma tat-trasport pubbliku);
- xogħlijiet f’
new street
fi Triq l-Imdina, Żebbuġ (xogħol ma' bediex);
- xogħlijiet fi Triq Attard, Żebbuġ (xogħol ippjanat li jsir dan ix-xahar).
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25657 u 26562, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reviżjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26562 saritx? Jekk fl-affermattiv, jista' jirrapporta lill-Kamra r-riżultat ta' dan l-eżerċizzju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tikkonsulta mall-kunsilli lokali rispettivi sabiex tkun f’pożizzjoni li tirrevedi l-każijiet hekk kif ikunu identifikati mill-istess kunsilli lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar vis-à-vis solar farms f'Żoni 'l Barra miż-Żona tal-Iżvilupp (Outside Development Zone)? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex policy stabbilita fuq dan is-suġġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Informat li b'" Solar Farms" wieħed jifhem impjanti imdaqqsa għal ġenerazzjoni ta' energija fuq skala kbira biex tissuplimenta il-grid nazzjonali. Minħabba il-kobor ta' dawn l-impjanti, l-aspetti tekniċi tagħhom, il-fattibilita ekonomika tagħhom, l-impatti ambjentali (inkluż fuq il-pajsaġġ) u l-politika tal-gvern li kemm jista' jkun żvilupp jiġi indirizzat lejn inħawi diġa kommessi, dawn l-impjanti għandhom jingħataw direzzjoni fil-kuntest tal-politika nazzjonali dwar l-energija li qed titfassal mill-MRA. Meta din id-direzzjoni strateġika tigi konkluża u approvata, il-MEPA tkun f'pożizzjonji li tfassal il-policies rekwiziti fuq dan is-suġġett.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29023 u jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar vis-à-vis solar farms f'Żoni 'l Barra miż-Żona tal-Iżvilupp (Outside Development Zone)? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandiex policy stabbilita fuq dan is-suġġett?