Minħabba ir-rispons qawwi li jidher li hawn sabiex jiġu rreġistrati spieri/boreholes skond Avviż Legali 255/08, jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jestendi t-terminu ta’ reġistrazzjoni wara is-6 ta’ Novembru 2008?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spieri/boreholes irreġistrati (eskluż dawk li ġew reġistrati mis-7 t’Ottubru 2008 'il quddiem)? Jista jagħti rendikont ta’ dawn il-boreholes lokalità b’lokalità kif ukoll jgħid kemm minn dawn kienu rreġistrati qabel 1997?
Jista' l-Ministru jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ, b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma mblukkati, jitnaddaf u ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-venda tal-karozzi tal-linja f'Haż-Żebbuġ tiċċaqlaq minn fejn hi? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li r-rotta tal-istess karozza fl-istess lokalita' tinbidel bl-iskop ewlieni li jintlaħqu aktar partijiet mil-lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed isr studju għal rotot aħjar tat-trasport pubbliku. Il-kunsiderazzjoni li qed isemmi l-Onor. Interpellant qed tkun wkoll ikkunsidrata.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1420, jista' l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni neċessarja għaddietx lil MEPA? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jassigura li din l-informazzjoni tgħaddi immedjatament u mingħajr aktar dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni neċessarja li tirrigwarda informazzjoni fuq il-linja tat-triq ngħaddiet lill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għaqda tal-bdiewa hawn f'pajjiżna? Jista' jgħid liema huwa dawn l-għaqdiet u liema minn dawn l-għaqdiet huma rikonoxxuti mill-Ministeru kkonċernat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru li f’pajjiżna hawn 14-il Għaqda tal-bdiewa (Producer Organisation & Producer Group). Dawn huma kollha rikonoxxuti mid-Direttur tal-Agrikoltura u mill-Unjoni Ewropea. L-Għaqdiet huma :
· Għaqda tal-Produtturi/Koperattiva Agrikola Għawdxija - Gozitano Ltd
· Koperattiva/Għaqda tal-Produtturi Gomriza Maltese Agri Products Ltd
· Ta' Qali Producer Group
· Għaqda Għawdxija tal-Produtturi tat-Tadam
· Għaqda Produtturi tat-Tadam Maltin
· Għaqda Bdiewa Produtturi tat-Tadam
· Produtturi tat-Tadam ta’ Malta
· FCCS –
Farmers Central Cooperatives Society
· ATB – Assoċjazzjoni tal-Bdiewa
·
Agriculture Cooperative
· Soċjetà Vitikultura Maltija
· Għaqda Bdiewa Progressivi
·
Farmers Wine Cooperative
Imgarr — Triq l-Iskorba, Triq is-Sawqi u parti minn Triq l-Imqades
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Iskorba, Triq is-Sawqi u parti minn Triq l-Imqades fl-Imġarr ser jingħataw wiċċ ġdid ta' tarmak?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratti neċessarji biex it-toroq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant jitlestew bit-tarmac inħarġu f’Awissu. Huwa mistenni li x-xogħol jibda la darba jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kaxxi ħodor (minn dawk li jintużaw fil-pitkalija) kbar u żgħar, fiċ-ċirkulazzjoni bħalissa? Jista' jghid jekk il-Ministeru kkonċernat hux konxju mill-ħafna ilmenti li qed jagħmlu l-bdiewa bħalissa fis-sens li mhux qed isibu kaxxi disponibbli biżżejjed sabiex jimlew il-prodott tagħhom u dan b'detrement li xi prodotti li ma jkunux jistgħu jistennew jintremew? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' kaxxi jiżdied? Jekk fl-affermattiv meta u b’kemm?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kaxxi ħodor, kemm kbar u kemm żgħar, li jintużaw fil-pitkalija, huma proprjetà ta’ kumpanija privata li titmexxa mill-bdiewa, mix-xerrejja u mill-pitkala. Il-gvern hu konxju tal-problema, u għalhekk qiegħed jiddiskuti mal-kumpanija biex itejjeb l-operat.
Jista' l-Ministru jassigura li informazzjoni li l-MEPA qed tistenna mingħand l-ADT rigward linja ta' parti minn Mdina Road (eżattament minn fejn ir-roundabout ta' Srina se fejn jiżbokka Sqaq il-Qenċ, Ħaż Żebbuġ) tingħata kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dalwaqt isiru taħditiet apposta fuq dan is-suġġett mall- MEPA biex din il-problema tkun megħluba fl-iqsar żmien possibli.
Universita' ta' Malta — Science Communication Diploma/Degree
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Universita' ta' Malta toffrix korsijiet ta' Diploma jew Degree fis-suġġett Science Communication? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx l-intenzjoni li tali korsijiet jibdew jiġu offruti mill-Universita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita’ ma tipprovdix la Diploma u lanqas Degree fis-suġġett tas-Science Communication. Dawn huma meqjusa bħala korsijiet speċjalizzati.
Preżentement l-Universita' m’għandiex ippjanat biex tali korsijiet speċjaliżżati jibdew jiġu offruti.
Jista' l-Ministru jgħid b'mod dettaljat x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk l-applikanti għall-shared ownership scheme, ma' l-Awtorita' tad-Djar li kienu ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom qabel l-14 ta' Mejju, 2008 iżda wara l-24 ta' April, 2008 u li kienu diġa' rċevew ittra mingħand l-Awtorita' tad-Djar li infurmahom li din(jiġifieri l-Awtorita') lesta tiffinanzja parti mill-prezz u b'hekk issir ko-proprjetarja fix-xiri (kopja ta' ittra simili flimkien ma' korrispondenza oħra relatata qed tintbagħat b'mod separat)? Fid-dawl li f'każi simili l-applikanti jkollhom data definita fil-konvenju sa meta jistgħu jagħmlu l-kuntratt, jista' l-Ministru jagħti terminu sa meta dawn l-applikanti ser jingħataw risposta definittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal applikazzjonijiet taħt l-iskema ta’ l-equity sharing u mhux dik tax-shared ownership.
Jekk dan hu l-każ, f’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid ma’ dak li diġa għidt fi stqarrija għall-istampa maħruġa fl-20 ta’ Mejju 2008.
Jista' l-Ministru jassigura li l-pelican lights li ġew installati numru ta' ġimgħat ilu biswit zebra crossing fi Triq Temi Zammit, Mġarr, u li sal-lum għadhom qatt ma nxtegħlu, jinxtegħlu mingħajr aktar dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li l-ADT għamlet ix-xogħol neċessarju, bħal issa qed jiġi nstallat is-supply tad-dawl għall-pelican lights imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant u b’hekk dawn il-lights ikuu jistgħu jinxtegħlu fil-ġranet li ġejjin.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi diskussjonijiet bejn il-Gvern u t-tliet kunsilli lokali li ma jipprovdux is-servizz ta' bring-in-sites sabiex dawn jibdew jipprovduh? Jista' jgħid jekk dan is-servizz hux prerogattiva assoluta tal-kunsill lokali konċernat jew jekk il-gvern ċentrali jistax jintervjeni sabiex joffri s-servizz hu jekk il-kunsill lokali jibqa' ma jipprovdihx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-materja qed tiġi evalwata fid-dawl tal-kuntratti l-ġodda li għandhom jinħarġu għas-servizz tal-ġbir ta’ skart kemm domestiku u dak separat. Il-Kunsilli msemmija ser ikunu involuti direttament fl-iskema globali dwar is-separazzjoni ta’ skart.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, lokalita' b'lokalita', għal għajnuna mill-MEPA sabiex jiġu rranġati gallariji ta' l-injam fi skema li kienet ħarġet ftit tax-xhur ilu? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u kemm minn dawk ipproċessati ġew aċċettati. Jista' jgħid jekk dawk li ġew aċċettati għandhomx terminu sabiex ilestu x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, skond il-kundizzjonijiet li kien hemm fuq il-fuljett ta’ l-applikazzjoni, x-xogħlijiet fuq il-gallariji kellhom jibdew mhux aktar tard minn sitt xhur mit-tħabbir tar-riżultat tal-kompetizzjoni u kellhom jitlestew sa mhux aktar tard minn sena wara l-istess data.
Billi kien hemm hafna applikazzjonijiet, ser jiġi estiż iż-żmien u dan minħabba li jidher li l-mastrudaxxi ma jistgħux ilaħħqu ma’ l-ordnijiet kollha tal-gallariji fi żmien sena.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet/kunsilli lokali qed jużaw il-faċilitajiet ta' bring in sites u liema lokalitajiet/kunsilli lokali m'humiex qed jagħmlu użu minn din il-faċilita'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-lokalitajiet/kunsilli lokali ta’ Malta u Għawdex kollha qed jużaw il-faċilitajiet ta’ bring in sites minbarra, Ħamrun, Mdina u Ħaż-Żebbuġ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien, Haż-Żebbuġ, Malta? Jista' jgħid jekk id-disinn ta' din it-triq hux ser ikun identiku għal dak preżenti jew jekk hux ser ikun hemm disinji ġodda? Jekk ser ikun hemm disinji ġodda, jista' jagħti d-dettalji ta' tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum tlesta ‘survey’ bil-livelli eżistenti u saru pjanti ġodda li jinkludu l-livelli proposti biex titranġa l-‘cross slope’ tat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Saru wkoll laqgħat ta’ koordinazzjoni ma’ l-entitajiet, partikolarment mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma li ngħataw kopja tal-proposti biex ix-xogħol li jrid isir min-naħa tagħhom ikun koordinat.
Id-disinn se jibqa bażikament l-istess bil-bankini wesgħin, parking fuq iż-żewġ naħat u l-kareġġjati fin-nofs u mingħajr central strip.