Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spieri reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3500 u jgħid kemm hemm spieri/boreholes irreġistrati (eskluż dawk li ġew reġistrati mis-7 t’Ottubru 2008 'il quddiem)? Jista jagħti rendikont ta’ dawn il-boreholes lokalità b’lokalità kif ukoll jgħid kemm minn dawn kienu rreġistrati qabel 1997? Jista' jgħid kemm ġew reġistrati boreholes/spieri mis-7 ta' Ottubru 2008 'l quddiem u jagħti rendikont kif ġew reġistrati lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Zebbuġ- Triq l-Imdina — Culvert ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3501 u jassigura li l-culvert tal-ilma tax-xita li hemm fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ, b’mod partikolari l-bokok tiegħu li ħafna minnhom huma mblukkati, jitnaddaf u ssirlu l-manutenzjoni meħtieġa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-bokok tal-‘closed culvert’ tal-ilma fi Triq l-Imdina fuq in-naħa tat-triq arterjali, li allura hija responsabbiltà tal-Gvern ċentrali, jiġu mnaddfa regolarment darba fil-ġimgħa. Il-bokok li jagħtu min-naħa tal-layby, liema parti taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, xorta jingħataw l-attenzjoni mid-Dipartiment tal-Cleansing, partikolarment meta jiġu mnaddfa il-pits. Rigward il-manutenzjoni tal- culverts per se , peress li din taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-ADT nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #4945 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Ħajt madwar sit vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tinforza li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jigifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jiddawwar b'ħajt hekk kif stipulat f'regolamenti li daħlu fis-seħħ numru ta' xhur ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Tindif ta' sit vakanti

Question

Jista' l-Ministru jassigura li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jiġifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jitnaddaf b'mod immedjat mill-iskart li hemm mormi ġo fih? Jista' jassigura li jittieħdu l-miżuri kolla possibbli sabiex ma jibqax jintrema skart f'dan is-sit?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għajn Tuffieħa — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fit-Triq ta' Għajn Tuffieħa (l-isfel minn Sqaq Ciantar) issir speed camera jew inkella tittieħed xi miżura oħra li tiskoragixxi lil min isuq b’veloċità qawwija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed ngħaddi s-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Riforma fl-edukazzjoni

Question

Fid-dawl tar-riforma fl-edukazzjoni li għadha kif tħabbret, tista' l-Ministru tgħid kif jinkwadraw f’din ir-riforma studenti li qegħdin fir-raba’ sena tal-primarja, jew huma iżgħar fl-età u li jattendu skola privata li ma toffrix servizz ta' edukazzjoni f’livell sekonadarju, bħalma huma l-Garendon School, it-Thi Lakin School u l-Little Angels School? Tista' tgħid x’metodu ser jiġi adattat sabiex dawn jgħaddu għas-sekondarja u x’ser ikunu l-opportunitajiet għalihom kemm fi skejjel tal-Istat u/jew tal-Knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni, entitajiet bħal dawn it-tlett skejjel imsemmija sejrin ikollhom l-opportunita’ li jiddiskutu mad-Direttorati l-possibilitajiet differenti li din ir-riforma ħa ġġib għall-istudenti li jattendu fihom.

Piż tal-basktijiet tal-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix limitu ta' piż li l-istudenti jistgħu jġorru fil-basktijiet tal-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, tista' tagħti lista tal-piż massimu li l-istudenti jistgħu jġorru fil-basket tal-iskola tagħhom skond l-età?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li jeżistu limiti kif rakkomandat minn esperti fil-kamp, senjatament Pediatric Orthopedic Society of America, li jirrakkomandaw li l-piż m’għandux jaqbeż persentaġġ ta’ 20% tal-BMI (Body Mass Index) li jiġi kkalkolat billi tiddividi l-piż f’kilogrammi mit-tul f’metri multiplikat bl-istess. Din ir-rakkomandazzjoni hija inkluża fil-policy tad-Dipartiment u tinħadem fuq il-piż u t-tul tal-istudent individwali u mhux l-eta’.

Ħaż-Żabbuġ — Triq Mikiel Ang. Sapiano - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-biċċa triq li fadal li m'hix asflatata fi Triq Mikiel Ang Sapiano f'Ħaż-Żebbuġ (minn Triq il-Kbira sa Triq il-Kandlora) tinfetaħ u tiġi asfaltata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għalissa m'hemmx dan il-ħsieb li din it-triq tinfetaħ.

Għajn Tuffieħa — Speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fit-Triq ta' Għajn Tuffieħa (l-isfel minn Sqaq Ciantar) issir speed camera jew inkella tittieħed xi miżura oħra li tiskoragixxi lil min isuq b’veloċità qawwija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Victoria Lines — restawrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea li jistgħu jintużaw sabiex il-Victoria Lines ikunu restawrati? Jista' jgħid jekk inbediex xi xogħol s'issa u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol li sar ibbenefikax minn xi fondi u kemm kienu dawn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat m’hemmx pjanijiet li jintużaw fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea għar-restawr tal-Victoria Lines. Huwa ppjanat li fil-bidu tas-sena d-dieħla jitkompla x-xogħol ta’ r-restawr li ser ikun iffinanzjat b'fondi lokali.

Enemalta — Trasferiment ta' linja taħt l-art

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3572, nippreċiża li l-mistoqsija ma kenitx waħda ġenerika iżda li tagħmel referenza partikolari għal-linja 33KV li prattikament tissuplixxi l-elettriku lit-Tramunata ta' Malta u Għawdex kollu. Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Enemalta mistennija titrasferixxi din il-linja partikolari għal taħt l-art? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li diġà tħaffret mina taħt l-art għal dan il-għan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Trasferiment ta' linji taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Enemalta titrasferixxi l-linji tat-33KV għal taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol bediex u s'issa kemm sar progress? Jista' jagħti terminu sa meta dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Enemalta, fejn hu possibli, f'każijiet ta' linji ġodda u linji overhead li jridu jiġu mibdula, dawn tgħaddihom minn taħt l-art.

Importazzjoni ta' pestiċidi u bexx

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi regolamentazzjoni li tirregola l-importazzjoni ta’ pestiċidi u bexx ieħor għal skop agrikolu minn pajjizi fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Liġi Maltija dwar l-importazzjoni u l-użu ta’ pestiċidi u bexx hija regolata permezz tal-Kap 430. Ir-regolamenti speċifiċi dwar l-importazzjoni ta’ bexx u pestiċidi għall-użu agrikoli huma r-Regolamenti dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (avviż legali nru: 115 ta’ l-2004 u l-emendi tagħhom). Dawn ikopru l-importazzjoni intrakomunitarja u dik minn barra l-Unjoni Ewropeja. Minn Frar ta’ din is-sena, l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards ġiet maħtura bħala l-Awtorita’ Kompetenti għal das-settur.
Leg 11 PQ #3532 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Żoni tal-bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk iż-żoni miżjuda fiż-żoni tal-bini fi Frar 2007 li sal-lum beda fuqhom il-proċess għal pjan dettaljat (li jinkludi toroq proġettati, għoli tal-bini, eċċ)? Jista' jgħid każ b'każ, fejn wasal il-proċess kif ukoll jekk il-proċess bdietux il-MEPA stess jew inkella s-sidien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li huwa aġġornat sad-data tat-30 ta’ Ottubru 2008 u li jindika b'mod dettaljat l-istat ta’ kull sit approvat mill-Parlament biex jidħol fiż-żona ta’ l-iżvilupp.
Leg 11 PQ #3533 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Qagħda finanzjarja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-qagħda finanzjarja tal-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex (lokalità b'lokalità) f'għeluq is-sena finanzjarja li għaddiet jiġifieri sal-31 ta' Marzu 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-bilanċi fil-working capital ta’ kull Kunsill Lokali fil-31 ta’ Marzu 2008.

Sussidju fuq qmuħ u xgħir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju dovut lill-bdiewa fuq qmuħ, xgħir u magħlef ieħor għas-sena 2007 tħallasx kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi s-sussidju dovut lill-bdiewa fuq qmuħ, xgħir u magħlef ieħor għas-sena 2007 tħallas kollu skond ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea.

Sussidju lir-raħħala — Titjib fl-irziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju dovut lir-raħħala fuq titjib fl-irziezet tal-bhejjem tagħhom tħallasx kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi s-sussidju tħallas kollu ħlief f’dawk il-każi fejn it- titjib fl-irziezet għadu ma tlestiex.

Enemalta — Trasferiment ta' linji taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Enemalta titrasferixxi l-linji tat-33KV għal taħt l-art? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan ix-xogħol bediex u s'issa kemm sar progress? Jista' jagħti terminu sa meta dan ix-xogħol hu maħsub li jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' pestiċidi u bexx

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi regolamentazzjoni li tirregola l-importazzjoni ta’ pestiċidi u bexx ieħor għal skop agrikolu minn pajjizi fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.