Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw serer għal skop agrikolu? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha wieħed u ħamsin (51) applikazzjoni li tirrigwarda serer madwar Malta u Għawdex. Ħamsa u erbgħin (45) minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u sitta (6) oħra qegħdin fi stadju ta' rikonsiderazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "serra", "serer" jew "
greenhouse/s
".
Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq Barriera Wharf
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13907 u 12922 u jgħid jekk is-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultance for Repair Works to Barriera Wharf, intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq Barriera Wharf sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal konsulenza għal xogħlijiet relatati ma' Barriera Wharf kienet intrebħet minn Jb & iAS Consulting Engineers. Ix-xogħol ta' riparazzjoni fuq Barriera Wharf għadu ma sarx u s'issa għadu ma tħallas xejn lill-Jb & iAS Consulting Engineers.
Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq il-moll tal-Imsida/Pietà
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12930 u 13906 u jgħid jekk is-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultancy for Repair Works to Msida/Pietà Quays, intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq il-moll ta’ l-Imsida/Pietà sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal konsulenza għal xogħlijiet ta’ tiswija relatati mal-moll tal-Imsida/Pietà kienet intrebħet minn Jb & iAS Consulting Engineers. Ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq dan il-moll għadu ma sarx u s’issa għadu ma tħallas xejn lill-Jb & iAS Consulting Engineers.
ipparkjar ta' vetturi li jġorru materjal perikoluż
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiddentifikax żoni apposta fejn individwu (jew entità) ikun jista' jissottometti applikazzjoni sabiex jipparkja vetturi li normalment jintużaw sabiex iġorru materjal li jista' jkun perikoluż (bħalma hu l-fuel)? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Prim Ministru jgħid dawn iż-żoni liema huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13903.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5710 u 7737, jista' l-Ministru jgħid każ b’każ (mingħajr ma jidħol fid-dettalji tal-individwi) l-24 persuna li qed jistennew sabiex jiksbu liċenzja ta' driving instructor kemm ilhom li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom? Jista' jgħid jekk hux minnu li bħalissa hemm dewmien sabiex dawn l-individwi jpoġġu għall-eżami? Jista' jassigura li jiġi eliminat kull dewmien li jista' jkun hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru. 8497.
Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien - main tal-ilma temporanju
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie stallat il-main temporanju ta' l-ilma fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ u li jidher fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament? Jista' jghid x’inhu l-iskop ta' dan il-main temporanju? Jista' jgħid x’inhu l-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kemm se jdum hemm dan il-main?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan il-main temporanju ġie stallat madwar sentejn ilu. L-iskop ta’ dan il-main huwa biex jibqa’ jingħata servizz tal-ilma tajjeb lil-konsumaturi li kienu qed ibatu minn pressa baxxa u ilma bis-sadid.
Il-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa li jinbidel il-
main
eżistenti tal-ilma. Dan ix-xogħol qed jiġi ko-ordinat mill-Malta Transport ħalli jsir flimkien ma’ xogħlijiet li hemm bżonn isiru d’din it-triq.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies impjegati fi skali maniġerjali fl-amministrazzjoni ta’ l-MCAST? Tista' tiddistingwixxi bejn il-gradi maniġerjali differenti? Tista' tgħid x’inhu is-salarju li qed jirċievi kull manager li timpjega l-MCAST? Liema managers/gradi ta' managers jingħataw xi tip ta' benefiċċju? X’tip u kemm jammontaw dawn il-benefiċċji? Meta bdew jirċievu dawn il-benefiċċji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-M.C.A.S.T. hemm 7 persuni impjegati fis-skali maniġerjali li huma kif gej:
Grad Maniġerjali
Salarju fis-Sena (€)
Travelling Allowance (€)
Telephone Allowance (€)
Communications Manager
23,992.55
Nil
Nil
Human Resources Manager
23,992.55
Nil
Nil
Administration Manager
23,060.80
Nil
Nil
I.T. Manager
22,129.08
Nil
Nil
Estates Manager
22,129.05
Nil
Nil
Precincts Manager
20,824.56
3,500.00 (mill-2008)
838.56 (mill- 2002)
Health & Safety Manager
18,495.24
Nil
Nil
Jista' l-Ministru jassigura li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu pożizzjoni fuq talba għal double yellow lines li saret aktar minn 6 xhur ilu u li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament u tikkomunika l-istess pożizzjoni lill-kunsill lokali kkonċernat kemm jista' jkun malajr u mingħajr aktar dewmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw irziezet għat-trobbija ta' baqar/għoġġiela u/jew tiġieġ /sriedaq u/jew ħnieżer? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-bordijiet tal-appell
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-Bordijiet tal-Appell? Jista' jgħid kemm minn dawn eżawrixxew il-proċess ta' l-appell u qegħdin sempliċiment jistennew id-deċizjoni/sentenza min-naħa tal-Bord tal-Appell? Jista' jagħti rendikont ta’ dawk l-appelli li qed jistennew deċizjoni/sentenza? Kemm-il xahar ilhom jistennew din id-deċizjoni/sentenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'referenza għall-interpellanza tal-Onorevoli Interpellant irid jingħad li bħalissa hemm 1120 appelli pendenti quddiem il-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar. Minn dawn l-1,120 hemm 110 differiti sine die; 167 differiti bla data għas-sentenza; 20 li għad iridu jiġu appuntati; 826 li qed jinstemgħu; u 17 fejn il-Bord qed jistenna s-sottomissjonijiet bil-miktub biex ikun jista' jgħaddi għas-sentenza. Ma tinżammx statistika dwar kemm-il xahar l-appelli li huma differiti għas-sentenza ilhom jistennew is-sentenza.
B’referenza għall-Policy SMCM 05 fil-Pjan Lokali għan-Nofisinhar ta’ Malta hekk kif approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-2006, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq kemm mill-15-il sit imsemmi ġie finalizzat il-pjan (speċifiku għal kull sit) indikat fl-istess policy? Jista' jgħid liema huma dawk is-siti li ġie approvat il-pjan speċifiku tagħhom u meta ġie approvat? Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jiġu l-pjani li fadal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li b’kollox fil-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta (2006) hemm 23-il sit individwali identifikat bħala ‘Area of Containment’ u li jaqgħu taħt il-parametri tal-Policy SMCM05 kif approvata fil-Pjan Lokali.
Il-MEPA għamlet eżerċizzju sabiex tistabbilixxi liema minn dawn is-siti identifikati bħala ‘
Areas of Containment
’ fil-
Policy
SMCM05 għandhom bżonn reviżjoni tal-Pjan ta’ Struttura u liema jistgħu jiġu ppjanati skont il-parametri tal-imsemmija
policy
. Minn dan l-eżerċizzju rriżulta li numru minnhom jeħtieġu bidla fil-Pjan ta’ Struttura filwaqt li oħrajn ikunu jistgħu jiġu determinati permezz tat-tħaddim tal-
policy
SMCM 05. Minħabba li hemm diffikulta dwar aspetti legali fuq numru minn dawn is-siti, f’dan l-istadju huwa prematur li jingħataw dettalji ta’ kull sit kif rikjest fil-Mistoqsija Parlamentari.
Minkejja dan, huwa mistenna li l-pożizzjoni tiġi iċċarata fil-ġimgħat li ġejjin.
ipparkjar ta' vetturi li jġorru materjal perikoluż
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12074 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tidentifikax żoni apposta fejn individwu (jew entità) ikun jista' jissottometti applikazzjoni sabiex jipparkja vetturi li normalment jintużaw sabiex iġorru materjal li jista' jkun perikoluż (bħalma hu l-fuel)? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid liema huma dawn iż-żoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tiddentifikax żoni apposta fejn individwu (jew entità) ikun jista' jissottometti applikazzjoni sabiex jipparkja vetturi li normalment jintużaw sabiex iġorru materjal li jista' jkun perikoluż. Madanakollu jekk, individwu (jew entita') japplika sabiex art tiġi mibdula għal dan l-iskop, l-Awtorità tikkunsidra din l-applikazzjoni b'mod individwali, u tkun suġġetta għal studji ambjentali kif ukoll jintalab studju dwar kif ir-riskji jistgħu jiġu minimizzati.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti quddiem il-bordijiet tal-appell
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12330 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li bħalissa jinsabu pendenti quddiem il-Bordijiet tal-Appell? Jista' jgħid kemm minn dawn eżawrixxew il-proċess ta' l-appell u qegħdin sempliċiment jistennew id-deċizjoni/sentenza min-naħa tal-Bord tal-Appell? Jista' jagħti rendikont ta’ dawk l-appelli li qed jistennew deċizjoni/sentenza? Kemm-il xahar ilhom jistennew din id-deċizjoni/sentenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12330.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12927 u jgħid jekk huwiex konxju minn problema persistenti fil-provista tal-ilma ta' parti sostanzjali minn Ħad-Dingli fejn l-ilma mhux qed ikun trasparenti iżda ħafna drabi jkun jagħti fil-lewn oranġjo? Jista' jgħid x'qed jikkawża din il-problema u x'qed isir sabiex din il-problema tiġi riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li lill-KSI ma jirriżultahiex li hemm xi problemi persistenti fil-provista tal-ilma ta' parti sostanzjali minn Ħad-Dingli. Mill-bidu ta' din is-sena il-KSI irċeviet biss ħames rapporti ta' ilma bis-sadid f'Ħad-Dingli u dawn ġew riżolti kollha.
Mhux eskluż li din it-tip ta' problema tinqala' għal żmien qasir ħafna kull meta jkun hemm xi sospensjoni tas-servizz tal-ilma, iżda dan kullimkien u mhux f'Ħad-Dingli biss.
Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq il-moll tal-Imsida/Pietà
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12930 u jgħid jekk is-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultancy for Repair Works to Msida/Pietà Quays, intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq il-moll ta’ l-Imsida/Pietà sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq Barriera Wharf
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12922 u jgħid jekk is-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultance for Repair Works to Barriera Wharf, intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq Barriera Wharf sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw serer għal skop agrikolu? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13241 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa qed tiġi riferuta lilu, u jgħid kemm hawn raħħala reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Jista' jiddistingwi bejn raħħala full-time u raħħala part-time? Jista' jgħid dawn ir-raħħala f'liema settur joperaw? Jista' jagħti din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2009, kien hemm 2385 raħħala reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ. Minn dawn, 1757 qegħdin jaħdmu fuq bażi full-time filwaqt li 628 qed jaħdmu fuq bażi part-time.
Iktar informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-Policy SMCM 05 fil-Pjan Lokali għan-Nofisinhar ta’ Malta hekk kif approvat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-2006, jista' l-Prim Ministru jgħid fuq kemm mill-15-il sit imsemmi ġie finallizzat il-pjan (speċifiku għal kull sit) indikat fl-istess policy? Jista' jgħid liema huma dawk is-siti li ġie approvat il-pjan speċifiku tagħhom u meta ġie approvat? Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jiġu l-pjani li fadal?