Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - xogħol infrastrutturali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17747, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex il-ħsieb li tibdel il-main tal-ilma li hemm fl-istess triq? Jista' jgħid jekk l-istess korporazzjoni qattx kellha komunikazzjoni mal-kunsill lokali dwar xogħlijiet fl-istess triq u jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji ta' din il-komunikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha l-ħsieb li tibdel il-main tal-ilma fi Triq il-Buskett f’Ħaż-Żebbuġ. Għaldaqstant kellha kommunikazzjoni mal-kunsill lokali dwar xogħlijiet fl-istess triq kif inhi l-proċedura fuq xogħlijiet simili.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - xogħol infrastrutturali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17747, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex il-ħsieb li tibdel il-main tal-ilma li hemm fl-istess triq? Jista' jgħid jekk l-istess korporazzjoni qatt kellhiex komunikazzjoni mal-kunsill lokali dwar xogħlijiet fl-istess triq u jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji ta' din il-komunikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17744 Sitting 251 2010-07-06 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ — xogħol infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm sar xogħol infrastrutturali mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ f’dan it-term (jiġifieri minn April 2008 sal-lum)? Jista' l-Prim Ministru jgħid f’dan il-perjodu kemm sar xogħol ta’ resurfacing mill-istess kunsill, liema toroq saru u kemm ġew jiswew? Jista' jgħid tul dan il-perjodu kemm intnefqu flus f’patching ta' toroq? Jista' jgħid jekk sarx xogħol infrastrutturali ieħor tul l-istess perjodu, u jekk iva kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, minn April 2008 sallum, għamel xogħol infrastrutturali ta’ resurfacing fuq tmien (8) toroq fil-lokalità li huma Triq il-Qubbjat (€45,000), Triq il-Kurkanta (€42,000), Triq Tumas Dingli (€21,000), Triq Għasfura u Triq Adeodato Gatt (€106,000), Triq l-Innu Malti (€22,000), Triq l-Għanja Maltija (€16,000) u Triq Dun Karm Psaila (€80,000), b’valur totali ta’ € 332,000. Matul dan l-istess perjodu saru b’madwar €85,000 xogħlijiet ta’ patching fil-lokalità. Intant ninsab infurmat li ma sar l-ebda xogħol infrastrutturali ieħor f’dan il-perjodu.

Żurrieq — Transport Malta - talbiet pproċessati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hiex qed tipproċessa talbiet li jaqgħu fil-konfini taż-Żurrieq? Jekk fil-pożittiv, jista' jgħid jekk kienx hemm xi perjodu li fih Transport Malta ma kenitx qed tipproċessa talbiet f’din il-lokalità, jgħid liema kien il-perjodu u jagħti raġuni għaliex l-ipproċessar kien sospiż? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid kemm ilu sospiż l-ipproċessar u jagħti raġuni għaliex l-ipproċessar hu sospiż? Jista' jinforma lill-Kamra kemm-il lokalità kellhom l-ipproċessar ta' talbiet quddiem it-Transport Malta sospiż? Jista' jagħti din l-informazzjoni minn Marzu 2008 u jinforma kemm dam sospiż dan l-ipproċessar każ, b’każ? Jista' jagħti raġuni għal kull sospensjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Triq Ħal Tartani u Triq Ħad-Dingli - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17497 u jagħti rendikont tax-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fir-Rabat, speċifikament dawk li qed isiru fi Triq Ħal-Tartani, Triq Ħad-Dingli u l-madwar? Jista' jgħid fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, x’sar s'issa u x’fadal isir? Jista' jgħid dawn ix-xogħlijet meta bdew u meta se jkunu lesti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Water Services Corporation għaddiet 2 mains tal-ilma tax-xorb għal tul it-triq u għaddiet ukoll main tad-drenaġġ fit-toroq in kwistjoni. Kif kien hemm dan l-intervent kbir fit-triq Transport Malta għamlet ukoll estensjoni ta’ storm water culvert u crossing għall-Pelican Lights li ġew approvati. Wara li sar ftehim mal-Water Services Corporation it-triq ingħatat wiċċ ġdid t’asfalt. Ix-xogħlijiet tlestew.
Leg 11 PQ #17745 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — skema Private Public Partnership

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ weriex interess li jipparteċipa fl-iskema private public partnership sabiex isir xogħol ta' resurfacing f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid xi proposti ressaq dan l-istess kunsill u liema huma t-toroq li qed jiġu dentifikati għal din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sa issa l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ma ssottometta ebda applikazzjoni biex jipparteċipa fl-iskema private public partnership għal xogħol ta’ resurfacing ta’ toroq f’Ħaż-Żebbuġ.

Ħaż-Żebbuġ — rotta l-ġdida tal-Karozzi tal-Linja

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif inhi proposta r-rotta l-ġdida tal-karozzi tal-linja madwar Ħaż-Żebbuġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li r-rotta l-ġdida ta' Ħaż-Żebbuġ lejn il-Belt (ML61) ser tkun kważi l-istess bħar-rotta eżistenti li għandha numru tar-Rotta 88, b'differenza illi din ser tibda titlaq minn fejn il-Mina ta' Rohan, tidħol fejn hemm il-venda illum u tibqa' sejra lejn il-Belt Valletta. Minbarra dan is-servizz, ser ikun hemm servizz ieħor ġdid (Feeder line FL09), liema servizz jaħdem bħala rotta ċirkolari. Din ir-rotta titlaq mill-Mina ta' Rohan u titla' sa fejn hemm il-fabbrika ta' Cortis, tidħol minn Triq Mikiel Anġ Sapiano u ddur id-dawra ta' Ħal Muxi. Infurmat ukoll li ser ikun hemm servizz ieħor (Feeder line FL27), liema Rotta titlaq ukoll minn fejn il-Mina ta' Rohan, tmur is-Siġġiewi, tidħol ġol-Housing Estate ta' Ħaż-Żebbuġ u tibqa' sejra lejn il-Mina ta' Rohan.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Buskett - xogħol infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'din l-aħħar sena sarx xi xogħol infrastrutturali fi Triq il-Buskett, Ħaż-Żebbuġ li mill-inħawi ta’ Sant Antnin twassal saċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija? Jista' jgħid jekk hemmx xi xogħol ippjanat għal din l-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17748 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ — bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ jipprovdix is-servizz ta' bring-in sites? Jekk iva, kemm-il bring-in site hemm madwar Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta dawn il-bring-in sites ġew stallati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ qiegħed jipprovdi sistema ta’ separation bins f’9 postijiet madwar Ħaż-Żebbuġ. Dawn ġew installati f’Marzu 2010.
Leg 11 PQ #17744 Sitting 231 2010-06-01 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ — xogħol infrastrutturali

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat talab l-informazzjoni lill-Kunsill Lokali. Hekk kif tasal l-informazzjoni tiġi ppreżentata fil-parlament.
Leg 11 PQ #17613 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Interim From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex isir xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta hu intenzjonat li dan ix-xogħol jibda? Jista jgħid x’se jkunu x-xogħlijiet li jikkostitwixxu dan il-proġett u b’mod partikolari jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun qed jinkuldi l-bdil ta’ bankini u l-bdil ta’ xi servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed tinġabar l-informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali u l-Ministeru konċernat.

Rabat — Triq Ħal Tartani u Triq Ħad-Dingli - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fi Triq Ħal-Tartani u Triq Ħad-Dingli fir-Rabat? Jista' jgħid fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, x’sar s'issa u x’fadal isir? Jista' jgħid dawn ix-xogħlijet meta bdew u meta se jkunu lesti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dar tal-Anzjani f'Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux pjanijiet li jiftaħ dar għall-anzjani f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta' dawn il-pjanijiet u meta din id-dar hu maħsub li tibda topera?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalissa m’hemmx pjanijiet biex tinfetaħ dar għall-anzjani tal-Gvern f’Ħaż-Żebbuġ.

Ħaż-Żebbuġ — Spiżerija tal-Għażla Tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se tibda titħaddem l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-preparament għall-estenzjoni tal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f’kull raħal jew belt ta’ Malta qiegħdin fi stadju ta’ diskussjoni avvanzat u d-dettalji jiġu mħabbra fil-futur qarib. Bħalissa qiegħdin jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tal-pażjenti għar-Registrazzjoni mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f’Għawdex skont kif kien imħabbar f’Marzu li għadda, u wara l-Iskema se tkompli tiġi estiża fil-lokalitajiet l-oħra kollha f’Malta.

Servizzi tal-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn servizzi tal-elettriku li qed jintużaw għal skop agrikolu? Jista' jiddistingwi bejn dawk is-servizzi utilizzati minn bdiewa u dawk utilizzati minn raħħala u fl-istess ħin jiddistingwi bejn dawk is-servizzi li huma three-phase u dawk li huma single-phase?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ servizzi ta’ l-elettriku li qed jintużaw għal skop agrikolu (farm), huwa kif jsegwi hawn: Numru globali ta’ kuntratti ta stabbilimenti agrikoli MHUX residenzjali: 875 B’rigward ta’ kif dawn huma maqsumin bejn single u three phase , l-informazzjoni hija kif issegwi hawn: Single Phase 566 Three Phase 309 M’aħniex f’pożizzjoni li nassiguraw li dawn iċ-ċifri huma konklussivi, kif ukoll li nikklassifikaw b’mod definit, liema minn dawn huma utilizzati minn raħħala u min minn bdiewa.

Ħaż-Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex isir xogħol ta’ resurfacing fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid meta hu intenzjonat li jibda dan ix-xogħol? Jista' jgħid x’se jkunu x-xogħlijiet li jikkostitwixxu dan il-proġett u b’mod partikolari jgħid jekk dan il-proġett hux se jkun qed jinkludi l-bdil ta’ bankini u l-bdil ta’ xi servizzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17471 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15903 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15247 u 15248, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hix tikkunsidra xi arranġamenti speċifiċi u ulterjuri għal dawk adottati preżentament jew maħsuba li jidħlu fis-seħħ permezz tar-riforma, sabiex tħaffef il-proċess tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-mistoqsijiet parlamentari riferuti, kif ukoll oħrajn simili, li jidħlu fl-istess awtorità b’mod regolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, r-riforma hekk kif imħabbra fl-abbozz mill-Gvern Ċentrali, taħseb li applikazzjonijiet barra l-limiti ta' żvilupp għall-irziezet u serer għal skop agrikolu, ikollhom terminu stabbilit ta' 26 jew 52 ġimgħa, skont il-kumplessità u n-natura tas-sit u l-użu propost. Id-differenza kbira li ser tiġi ntrodotta bir-riforma hija l-hekk imsejħa 'pre-screening' , ċioé fejn qabel ma jibda l-proċess formali, il-MEPA tinforma lill-applikant u l-perit taħt liema skeda ser tiġi proċessata l-applikazzjoni, jekk il-prinċipju tal-iżvilupp propost imurx kontra xi policy ta’ importanza kbira, liema studji addizzjonali jista' jkun hemm bżonn ma' l-applikazzjoni formali, il-konsultazzjoni li jkun hemm bżonn ma' Dipartimenti tal-Gvern jew Awtoritajiet oħra, u l-miżata applikabbli. Permezz ta' din is-sistema ġdida wieħed jista' jkun jaf minn qabel il-principju tal-iżvilupp propost jaqbilx mal- policies ta' l-Awtorità u t-terminu ta' l-applikazzjoni tiegħu.
Leg 11 PQ #15903 Sitting 206 2010-04-19 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 15247 u 15248, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hix tikkunsidra xi arranġamenti speċifiċi u ulterjuri għal dawk adottati preżentament jew maħsuba li jidħlu fis-seħħ permezz tar-riforma, sabiex tħaffef il-proċess tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-mistoqsijiet parlamentari riferuti, kif ukoll oħrajn simili, li jidħlu fl-istess awtorità b’mod regolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — double yellow lines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14226 u jassigura li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu pożizzjoni fuq talba għal double yellow lines li saret aktar minn sitt xhur ilu u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u tikkomunika l-istess pożizzjoni lill-kunsill lokali konċernat kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Leg 11 PQ #15247 Sitting 196 2010-03-08 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13909 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (inkluż dawk fi stadju ta’ rikonsiderazzjoni) li jirrigwardaw irziezet għat-trobbija ta' baqar/għoġġiela u/jew tiġieġ /sriedaq u/jew ħnieżer? Jista' jagħti rendikont ta’ dawn l-applikazzjonijiet u jiddistingwi bejn dawk li qed jistennew l-ewwel deċiżjoni u dawk li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni? Jista' jgħid xahar b’xahar kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti? Fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li jinsabu fi stadju ta' rikonsiderazzjoni, jista' jgħid meta ttieħdet l-ewwel deċiżjoni u allura kemm ilhom jistennew għar-rikonsiderazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sitta u tmenin (86) applikazzjoni li tirrigwarda rziezet għat-trobbija ta' baqar/għoġġiela, tiġieġ/sriedaq u ħnieżer madwar Malta u Għawdex. Ħamsa u sittin (65) minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u wieħed u għoxrin (21) oħra qegħdin fi stadju ta' rikonsiderazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti (Tabella 1) L-Awtorità għandha wkoll quddiemha erbgħa u għoxrin (24) applikazzjoni li tirrigwarda rziezet fejn it-tip ta' trobbija mhix speċifikata fil-proposta fil-formola tal-applikazzjoni u li tista' jew ma tistax tirrigwarda t-trobbija ta' l-istess bhejjem imsemmija f'Malta u Għawdex. Wieħed u għoxrin (21) minnhom qegħdin jistennew l-ewwel deċiżjoni u tlieta (3) oħra qegħdin fi stadju ta' rikonsiderazzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm dawn l-applikazzjonijiet ilhom pendenti (Tabella 2) Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta xi waħda mill-kliem "razzett", "rziezet", "maqjel", "mqajel"," farm ", "baqra", "baqar", "barri" , "għoġol/għoġġiela", " cow ", " cattle ", " dairy ", " bull ", " calf ", " calves ", "tiġieġ", "serduq", "sriedaq", " hen ", " chicken ", " poultry ", " broiler ", " cock ", "ħanżir", "ħnieżer", "majjal", " pig ", " sow ", jew " swine ".