Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33636 u jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fin-Notte Bianca 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
In-Notte Bianca 2025 mill-ġdid attirat l-eluf lejn il-Belt Kapitali ta’ pajjiżna, Valletta, għal-esperjeza mill-isbaħ li ressqet lil dawk kollha li attendew aktar qrib il-wirt nazzjonali, l-arti u l-kultura ta’ Malta. Infurmant li fil-fatt, f’din l-attivita’ li għaliha postijiet ta’ interess ikunu wkoll miftuħa għall-pubbliku bla ħlas, rat il-parteċipazzjoni ta’ madwar 400 artist individwali f’76 proġett artistiku li in-nefqa għalihom kienet ta’ €387,474.75 (VAT eskluż ). Ġejt infurmat ukoll li l-ispiża kumplessiva marbuta man-Notte Bianca 2025 kienet ta’ ta’ €718,844.54 (VAT eskluż) (li allura jinkludu l-ispiża marbuta mal-proġetti artistiċi u anke spejjeż ta’ loġisitika sabiex jitella’ l-avveniment, sigurta’, forzi tal-ordni u forzi ta’ koordinazzjoni tat-trasport, persuni tal-ewwel għajnuna, protezzjoni ċivili, kiri tal-postijiet fejn jittelgħu l-attivitajiet, insurances, etċ.)
San Vincenz de Paul – Pope John Paul II, Ward 1 – Anzjani trasferiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li qegħdin f’Pope John Paul II, Ward 1, f’San Vincenz de Paul ġewx trasferiti kollha? Jista’ jgħid ukoll fejn ġew u qed jiġu trasferiti dawn l-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li t-trasferiment tal-anzjani għadu għaddej u qed isir b’mod gradwali skont id-disponibbiltà tas-sodod f’swali oħra. L-anzjani qed jiġu rilokati lejn swali oħra tad-dimenzja hekk kif isiru disponibbli sodod adattati għall-bżonnijiet ta’ dawn il-pazjenti.
San Vincenz de Paul – Pope John Paul II, Ward 1 – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru f’Pope John Paul II, Ward 1, f’San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm ser idumu dawn ix-xogħlijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li x‑xogħlijiet qed jikkonsistu f’aġġornament u installazzjoni ta’ sistema ġdida tal-arja kkundizzjonata, sabiex is-sala tkun konformi mal-istandards meħtieġa u tipprovdi ambjent sigur u komdu għar-residenti. Din hija l-aħħar ward li kienet għadha tuża sistema qadima, u għalhekk qed tiġi modernizzata. Ix‑xogħol diġà beda u mistenni jkompli b’mod gradwali, b’kunsiderazzjoni għat-trasferiment tar‑residenti u l-ħtiġijiet operattivi tas-sala.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm notifikazzjonijiet (local & foreign notification section) quddiem id-Direttur tar-Reġistru Pubbliku sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ joħroġilhom att tat-twelid wara li jkunu kisbu ċ-ċittadinanza Maltija? Jista’ jgħid ukoll kemm idum il-proċess sabiex jinħareġ l-att tat-twelid?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li reġistrazzjoni ta' att tat-twelid skont Artikolu 244 tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), tkun dwar persuni Maltin li twieldu barra l-pajjiż. Għalhekk d-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ma jżomm ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn persuni li diġà jkunu, jew li kisbu ċ-ċittadinanza Maltija, meta jipproċessa reġistrazzjoni ta' Atti tat-Twelid.
F’dawk il-każijiet fejn l-applikanti jissottomettu ċertifikat tat-twelid għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 244 tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), dawn normalment jiġu pproċessati fi żmien ta’ sitt sa tmien ġimgħat mid-data li fiha tintlaqa’ l-applikazzjoni.
Dan il-perjodu ta’ proċessar jista’ jiġi estiż f’ċirkustanzi fejn is-Sezzjoni teħtieġ konferma ulterjuri fuq id-dokumenti sottomessi, inkluż li tivverifika l-awtentiċità taċ-ċertifikat tat-twelid ippreżentat.
Minkejja dan kollu, infurmat li dawk l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ ċertifikati tat-twelid li jkunu meqjusa bħala urġenti, b’mod partikolari meta jkunu involuti konsiderazzjonijiet mediċi, jingħataw prijorità assoluta u jiġu finalizzati fi ftit jiem.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-isptar il-ġdid imħabbar mill-Prim Ministru li ser ikun qed jinbeda f’San Vincenz de Paul huwiex ser ikun disponibbli għal anzjani li ma jkunux qed jirrisjedu f’San Vincenz de Paul stess?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li din il-faċilità hija maħsuba biex takkomoda anzjani mill-komunità u/jew pazjenti rikoverati l-isptar.
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal fiex ser ikun qed jikkonsisti l-proġett ta’ sptar ġdid f’San Vincenz de Paul imħabbar mill-Prim Ministru? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu qegħdin jibdew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett u meta ser ikun lest?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-proġett ta’ sptar il-ġdid f’San Vinċenz de Paul huwa maħsub bħala faċilità ta’ kura intermedjarja, li tipprovdi kura
step-up
u
step-down
. Dan ifisser li l-pazjenti li jkollhom bżonn perjodu ta’ rijabilitazzjoni jew assistenza medika wara/jew qabel li jkunu rikoverati fl-isptar prinċipali, ikunu jistgħu jirċievu kura intermedjarja f’din il-faċilità, sabiex jitħaffef ir-ritorn tagħhom lejn id-dar privata jew id-dar tal-anzjani fejn kienu jgħixu sabiex jitnaqqas il-pressjoni fuq l-isptar akut.
Il-proġett bħalissa jinsab fl-istadju ta’ preparazzjoni tat-tender, li mistenni jiġi ppubblikat fil-gimghat li gejjin. Ix-xogħlijiet se jibdew wara l-għoti tat-tender, u l-iskadenzi dettaljati għall-kostruzzjoni u t-tlestija jkunu magħrufa ladarba jitlesta dan il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk anzjani bi problemi ta' saħħa mentali humiex qed jidħlu fi djar tal-anzjani? Jekk iva, jista’ jgħid min jieħu d-deċiżjoni li għandhom jidħlu u xi trattament ikunu qegħdin jingħataw waqt li jkunu fid-djar tal-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqisija Parlamentati 31738.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31741 u jgħid kemm hawn koppji anzjani li wieħed minnhom jgħix f’dar tal-anzjani u l-konjugu l-ieħor jgħix fil-Faċilità San Vincenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm koppji anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, kif ukoll f’dawk privati min-naħa tal-Anzjanitá Attiva u Kura fil-Komunità hemm jirrisjedu total ta’ 208 koppji, filwaqt li ġewwa San Vinċenz de Paul, hemm 46 koppja anzjani.
Fid-dawl tal-każ li seħħ fl-14 ta’ Ottubru li għadda f’dar tal-anzjani fil-Fgura, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ screening isir fuq l-anzjani u l-istat mentali tagħhom qabel ma anzjan jitqiegħed ma’ anzjan ieħor? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri ħa d-dipartiment wara li seħħ dan l-inċident biex jiġi assigurat li każ bħal dan ma jiġix ripetut?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li rigward il-każ li seħħ fl-14 ta’ Ottubru, dan bħalissa qed jiġi investigat mill-Pulizija Kriminali, filwaqt li hemm ukoll investigazzjoni maġisterjali għaddeja u għalhekk ma jistax jiġi rilaxxat aktar tagħrif dwar il-każ.
Birkirkara – Residenti li rċevew l-għajnuna soċjali fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu f’Birkirkara rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31615
BIRKIRKARA
136
218
354
Birkirkara – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Birkirkara rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31614
BIRKIRKARA
140
243
383
Gwardamanġa u l-Pietà – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu fi Gwardamanġa u l-Pietà rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Tweġiba:
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31613
PIETA'
30
49
79
Gwardamanġa u l-Pietà – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fi Gwardamanġa u l-Pietà rċevew l-għajnuna soċjali fis-sena 2024?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Diċembru 2024)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31612
PIETA'
31
53
84
Il-Marsa – Residenti li rċevew għajnuna soċjali fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li jgħixu l-Marsa rċevew l-għajnuna soċjali sal-aħħar ta’ Settembru 2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Tweġiba
Benefiċċjarji (Jannar - Settembru 2025)
Lokalita'
SUP
SA
Total
PQ 31611
MARSA
43
84
127