Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li llum jgħixu fi djar tal-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani jammonta għal 4267; filwaqt li 1446 pazjent huwa rikoverat fil-long term care ta’ San Vinċenz de Paule.

Ċentri għall-Anzjanità Attiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ser jinfetħu aktar ċentri għall-anzjanità attiva apparti dawk f’Ħaż-Żabbar u f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm pjanijiet biex jinfetħu ċentri oħra fiż-żmien li ġej u bħalissa qegħdin isiru l-arranġamenti sabiex jiġu identifikati l-postijiet eżatti.

Ħaż-Żebbuġ - Ċentru għall-Anzjanità Attiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jiftaħ iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ċ-ċentru ta’ matul il-jum għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż-Żebbuġ ser jiftaħ fis-sena 2028.

Ħaż-Żabbar - Ċentru għall-Anzjanità Attiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jiftaħ iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ċ-Ċentru ta’ matul il-jum għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż- Żabbar ser jiftaħ fis-sena 2027.

Università tar-Raba’ Età - Anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li llum jgħixu fi djar tal-anzjani li jattendu l-Università tar-Raba’ Età?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sena skolastika li għaddiet ġewwa l-Università tar-Raba’ Età attendew 150 anzjan li jgħixu fi djar tal-anzjani.

Fall detection sensors, dawl addattiv u ‘voice-controlled appliances’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikunu qegħdin jingħataw il-‘fall detection sensors’, dawl addattiv u ‘voice-controlled appliances’ lill-anzjani li jgħixu waħedhom fil-komunità? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn humiex ser jingħataw b’xejn lill-anzjani jew jekk huwiex ser ikun hemm ħlas għalihom? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ser ikun il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ tinsab fil-fażi ta’ ppjanar ta’ din l-inizjattiva. Wara li jitlestew il-proċessi neċessarji kollha, tibda l-fażi tal-offerta għax-xiri tal-hardware u s-software u s-sistema tal-implimentazzjoni.

Residenza San Vincenz de Paule - Sir Temi Zammit - Sptar ġdid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jitlesta l-isptar il-ġdid Sir Temi Zammit fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ wkoll jagħti timeline sħiħ ta’ dan il-proġett?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li t-tender ġie ppublikat fix-xhur li għaddew.

Anzjani li għandhom ’l fuq minn 80 sena - Smart wearable devices

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jitqassam l-ismart wearable device lill-anzjani li għandhom ’l fuq minn 80 sena u jgħixu waħedhom u lil dawk li qegħdin jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif ser ikun qed jiffunzjona dan l-apparat u jekk l-anzjani humiex ser iħallsu għalih? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ser ikun il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità tinsab fil-fażi ta’ ppjanar ta’ din l-inizjattiva, li tinkludi l-identifikazzjoni tat-tip ta’ wearables li ser jintużaw, analiżi dettaljata tal-interfacing meħtieġ mas-sistemi eżistenti, u kif ukoll kif ser issir l-implimentazzjoni tas-servizz.

Anzjani li jgħixu fil-komunità - Monitoraġġ għad-dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u kif ser tkun qed titwettaq il-wegħda tal-Manifest Elettorali ‘Int Malta’ li l-anzjani kollha li jgħixu fil-komunità u għandhom id-dijabete se jkunu qegħdin jiġu mmonitorjati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ nediet proġett pilota ta’ Home Diabetes Management għall-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom imma jgħixu fil-komunita’ u li għandhom id-dijabete. Il-proġett pilota beda f’Marzu 2026 u sal-lum diġa’ bbenefikaw minnu aktar minn 40 anzjan. Il-proġett issa ser ikompli jespandi billi jkun hemm monitoraġġ, edukazzjoni u appoġġ personalizzat fid-djar tal-klijenti, biex b’hekk jiġi estiż is-servizz.

Anzjani li għandhom ‘live-in carer’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-wegħda li saret fil-manifest elettorali ‘Int Malta’ li l-għajnuna li tingħata mill-Gvern lill-anzjani li għandhom ‘live-in carer’ ser titla’ għall-paga minima nazzjonali, hijiex ser tiżdied mill-Baġit li ġej?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħsieb tal-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ huwa li tipproponi żieda fl-għajnuna finanzjarja għall-baġit tas-sena 2027 għall-anzjani li għandhom ‘Carer at Home.’

Il-Ħamrun – Triq San Ġorġ Preca – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun lesta kompletament Triq San Ġorġ Preca fil-Ħamrun? Jista' jgħid ukoll x'wassal biex din it-triq għadha mhijiex lesta sal-lum?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq San Ġorġ Preca, Ħamrun, hija triq li inkludiet it-tibdil tas-servizz fosthom drenaġġ, ‘stormwater’, cable tal-Enemalta, ‘potable water’, kif ukoll streetlighting ġdid. It-triq kellha disinn ġdid minħabba r-rotta taċ-ċiklisti li tgħaddi minn din it-triq. Saru ukoll pavimenti ġodda kif ukoll parking bays tal-konkos għal parking tal-karozzi fit-triq. Dan ix-xogħol baqa’ dieħel ukoll sa l-ewwel biċċa ta’ Triq Nazzjonali l-Ħamrun. Dan ix-xogħol kellu jinqasam f’żewg fażijiet minħabba l-iskola St. Joseph li tinsab f’nofs tat-triq. L-ewwel parti kienet minn Triq Joe Gasan sa Triq Mountbatten u it-tieni fażi saret minn Triq Mountbatten sa Triq il-Kbira, San Ġużepp. Minħabba l-operat tal-iskola, fejn l-operat tat-transport tat-tfal ma setax jitħarbat waqt il-ħinijiet tal-iskola, x-xogħol ġie ffukat fuq l-ewwel fażi fil-perjodu tas-Sajf meta l-iskola kienet magħluqa, bi ftehim mal-stess skola. Ix-xogħol tal-asfalt fl-ewwel fażi tat-triq, mingħajr il-wearing, sar ukoll fil-perjodu tas-Sajf meta l-iskola kienet magħluqa. Ix-xogħlijiet tat-tieni fażi, li jinkludu parti minn Triq Mountbatten sa Triq il-Kbira San Ġużepp, bdew minnufih wara t-tlestija tal-ewwel fażi. L-asfalt tat-tieni fażi tat-triq ma setgħax isir minhabba l-perjodu tal-eżamijiet li jsiru fl-iskola ta’ St. Joseph u kif ukoll l-operat tal-iskola innifisha. Għaldaqstant ix-xogħol tal-asfalt tat-tieni parti tat-triq, dik minn Mountbatten sa Triq il-Kbira, San Ġużepp, mingħajr il-wearing, huma ppjanati li jsiru fil-ġranet li ġejjin, fejn ħa jsir bini ġdid tat-triq innifisha. Ix-xogħol tal-wearing, li ha jkun qiegħed jinkludi, Triq Joe Gasan, Ħamrun, Triq San Ġorġ Preca (iż-żewg fażijiet) u Triq il-Kbira, San Ġużepp (quddiem il-bus stop Blata l-Bajda 1), ħa jkun qiegħed isir bejn fil-ġimħat li ġejjien.

Guardianship Orders – Applikazzjonijiet ta’ tiġdid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal tiġdid ta’ guardianship orders? Tista’ tgħid ukoll kemm tmur lura l-aħħar applikazzjoni ta’ tiġdid?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa hemm tmienja u erbgħin (48) applikazzjoni ta’ tiġdid f’fażijiet differenti t’ipproċessar. L-aħħar applikazzjoni ġiet sottomessa l-Ġimgħa 3 ta’ Lulju 2026.

Guardianship Orders – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid bħalissa kemm hemm applikazzjonijiet pendenti jistennew li jinħarġilhom guardianship order? Tista’ tgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni antika pendenti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-każ tal-applikazzjonijiet ġodda, bħalissa hemm madwar 150 applikazzjoni f’fażijiet differenti t'ipproċessar, b’34 minnhom li qegħdin jistennew appuntament għal seduta mal-Bord tal-Kustodja. L-eqdem applikazzjoni li għadha pendenti ġiet riċevuta fil-15 ta’ April 2026.

Guardianship Board – Reġistratur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu r-Reġistratur tal-Guardianship Board bħalissa? Jekk m’hemmx Reġistratur bħalissa, tista’ tgħid x’inhi r-raġuni u jekk hux se jkun hemm Reġistratur ieħor?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li r-Reġistratur għadu kif ġie appuntat illum wara li ġie konkluż il-proċess ta’ reklutaġġ li kien regolat b’sejħa għall-applikazzjonijiet skont il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Ħruġ ta’ guardianship orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex mhux qed joħorġu guardianship orders bħalissa? Tista’ tgħid ukoll meta nħarġet l-aħħar guardianship order din is-sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa qegħdin joħorġu ċertifikati tal-Ordnijiet ta’ Kustodja (Guardianship Orders) li ġew deċiżi fl-aħħar seduta tal-Bord li seħħet fit-12 ta’ Ġunju 2026. L-Ordnijiet ta’ Kustodja jiġu datati skont id-data li fiha jiffirma l-Kustodju jew, fil-każ ta’ aktar minn Kustodju wieħed, skont id-data li fiha jiffirma l-aħħar Kustodju, liem proċess għadu għaddej sal-lum.

Home Help – Servizzi mogħti fl-2026

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ anzjani li ngħataw is-servizz tal-Home Help matul din is-sena sat-30 ta’ Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ anzjani li s-servizz tal-Home Help tagħhom ġie approvat matul l-2026 sat-30 ta’ Ġunju huwa kif ġej: Jannar    113 Frar         77 Marzu      113 April         91 Mejju        92 Ġunju       76

Djar tal-anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu anzjani fid-djar tal-anzjani taħt l-iskema tal-Gvern matul din is-sena sat-30 ta’ Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-djar tal-anzjani taħt l-iskema tal-Gvern matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar, kien kif ġej: Jannar       145 Frar            81 Marzu        90 April           117 Mejju         112 Ġunju         52

San Vincenz De Paul – Anzjani li daħlu fl-2026

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu anzjani f’San Vincenz de Paul matul din is-sena sat-30 ta’ Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: LTC Admissions (2026) Jan    64 Feb    44 Mar    46 Apr    60 May     47 June    37 Intermediate Care (2026) Jan    62 Feb    59 Mar    74 Apr    78 May     69 June    56 Psychogeriatric Care (2026) Jan    closed Feb    closed Mar    closed Apr    8 May    5 June    7 Palliative Care (2026) Jan    7 Feb    7 Mar    12 Apr    11 May    11 June    6

Individwu - Appuntament għad-dentistrija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li għad għandha 6 snin biss, tingħatalha appuntament għad-dentistrija fl-immedjat u dan peress illi ma tistax tibqa' tistenna minħabba l-gravità tagħha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba ta’ PQ 35483.

Individwu – Operazzjoni tal-hip bone replacement

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tingħatalha data għall-operazzjoni tal-hip bone replacement, hekk kif il-proċedura tal-pre-op diġà saritilha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huma l-professjonisti mediċi li jiddeċiedu l-appuntamenti skont l-urġenza u n-natura tal-każ u mhux il-politiċi.