Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jħallsu għal servizz ta’ carer privat ikunux eżentati milli jħallsu l-VAT? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn mhux qed jiġu eżentati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn carer ikun impjegat direttament mill-anzjan jew mill-familja tiegħu u jkun qed jaġixxi fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg, il-ħlas li jsir lill-carer ma jkunx suġġett għall-VAT.
Fejn is-servizz jiġi pprovdut minn persuni terzi, dan jġi eżentat jekk ikun mogħti minn istituzzjoni tal-gvern, jew minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt, jew minn organizazzjoni li tissodisfa ir-rekwiżiti legali kollha determinati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jingħataw tali servizzi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il anzjan spiċċa homeless f’din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’servizz ġie offrut mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il anzjan spiċċa homeless fis-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll x’servizz ġie offrut mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
San Vincenz De Paule – Therapeutic Petting Farm and Recreation Centre
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm anzjani jżuru kuljum it-Therapeutic Petting Farm and Recreation Centre fil-Faċilità San Vincenz de Paule?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma tinżammx statistika dwar l-għadd ta’ persuni li jżuru Razzett l-Hena, li huwa r-Razzett Terapewtiku f’San Vinċenz de Paul, iżda dan il-post qed jattira numru sostanzjali ta’ viżitaturi fosthom residenti, qraba u impjegati.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fl-Isptar Karin Grech
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Karin Grech jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 1 (urġenti) u kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 2 (inqas urġenti)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-Isptar Karin Grech hemm 17-il pazjent jistenna sabiex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule, liema pazjenti huma kollha f’Kategorija 1.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 1 (urġenti) u kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 2 (inqas urġenti)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 49 pazjent fl-Isptar Mater Dei li qed jistenna biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule, liema pazjenti huma kollha f’Kategorija 1.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fil-komunità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fil-komunità jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 1 (urġenti) u kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 2 (inqas urġenti)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 23 anzjan fil-komunità li qed jistenna biex jidħol ġewwa San Vinċenz de Paul u li huma kollha f’Kategorija 1.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fl-Isptar Karin Grech
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Karin Grech jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz De Paule?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1020 ta’ din is-Seduta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-anzjani li jħallsu għal servizz ta’ carer privat humiex eżentati milli jħallsu l-VAT?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiżdied l-eliġibilità għall-allowance supplimentari u b’kemm ser tiżdied?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rati tal-Allowance Supplimentari żdiedu b’mod konsiderevoli matul l-2017, l-2022, l-2025 u l-2026. Dan ifisser li matul l-2026 ir-rata massima għal persuni waħedhom żdiedet għal €14.40 fil-ġimgħa filwaqt li għal koppji żdiedet għal €27.30 fil-ġimgħa.
Tajjeb jingħad illi kull sena l-limiti (thresholds) ta’ eliġibilita’ fir-rigward tal-Allowance Supplimentari jitwessgħu permezz tal-Baġit annwali. Matul l-2025 il-limitu (threshold) għall-koppji twessa’ b’mod sostanzjali, sa €18,000 biex aktar koppji jiġu nklużi fil-paramteri ta’ eliġibilità.
Permezz tal-Baġit għas-sena 2026, minbarra iż-żieda fir-rati kif imfisser aktar qabel, reġgħu twessgħu l-limiti (thresholds) ta’ eliġibilita’ b’mod aktar vantaġġjuż, minn €12,493 għal €14,000 fir-rigward ta’persuni waħedhom u minn €18,000 għal €20,000 fir-rigward tal-koppji.
Wara dak mħabbar fil-manifest elettorali, din l-allowance ser tkompli tara żidied fil-limiti ta’ dħul. Il-limitu (threshold) kif imwiegħed fil-manifest, fir-rigward ta’ persuni waħedhom, elettorali, ser jitwessa’ minn €14,000 għal €18,000 u fir-rigward tal-koppji l-limitu (threshold) ser jitwessa’ minn €20,000 għal €25,000.
Pensjoni non-kontributorja u assistenzi soċjali - Żieda fl-eliġibilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed tiżdied l-eliġibilità għall-pensjoni non-kontributorja, l-assistenza soċjali, l-assistenzi mediċi u l-kartuna r-roża? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun din iż-żieda fil-limitu ta’ assi kapitali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel darba wara ħafna snin, matul l-2017 ġie mwessa’ l-ammont tat-test tal-kapital fir-rigward tal-Għajnuna Medika bla Ħlas. Għal persuni waħedhom l-ammont twessà minn €9,320 għal €14,000 u għall-koppji l-ammont twessa’ minn €16,310 għal €23,300.
Dan kien l-ewwel pass, sabiex sussegwentament fl-2022 it-test tal-kapital għal-persuni waħedhom u koppji li diġà kienu ilhom jirċievu l-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika għal mill-inqas ħames snin u jirtu propjetà jew flejjes, it-test tal-kapital twessà minn €14,000 għal €30,000 u għall-koppji minn €23,300 għal €50,000.
Il-Baġit għas-sena 2025 reġa’ wessa’ il-parametri tat-test tal-kapital minn €14,000 għal €16,000 fir-rigward ta’ persuni waħedhom u minn €23,300 għal €26,000 fir-rigward tal-koppji.
Żvilupp ieħor huwa illi skont kif ġie mwiegħed fill-manifest, b’mod gradwali l-limiti (thresholds) imsemmija ser jaraw twessiegħ minn €16,000 għal €20,000 fir-rigward ta’ persuni waħidhom u minn €26,000 għal €30,000 fir-rigward tal-koppji.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jkun qed jibda s-servizz ta’ hairdressing għall-persuni ‘homebound’ u li jgħixu waħedhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dan is-servizz huwiex se jkun b’xejn jew bi ħlas, u jekk iva, kemm se jkun il-ħlas?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed jiġu evalwati diversi aspetti relatati mal-implimentazzjoni ta’ din il-miżura. Ladarba titlesta l-evalwazzjoni u jiġi determinat il-proċess kollu jitħabbru d-dettalji.
Carers li jaħdmu mal-anzjani - Għarfien bażiku tal-lingwa Maltija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’ser ikun qed isir biex il-carers li jaħdmu mal-anzjani jkollhom għarfien bażiku tal-lingwa Maltija? Jista’ jgħid ukoll meta dan ser isir rekwiżit?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istandards regolatori maħruġa mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) diġà jesiġu li l-istaff li jaħdmu fid-djar tal-anzjani jkollhom taħriġ fil-lingwa Maltija, liema Standard jinsab fir-‘Residential Services for Senior Citizens’ taħt is-sezzjoni ‘Training for Staff’.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jiġi introdott l-iskills pass għall-carers li jaħdmu mal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) bħalissa għaddejja bi proċess sabiex tiġi ntrodotta u mplimentata skills pass għall-carers li jaħdmu mal-anzjani fiż-żmien li ġej.
Anzjani li jgħixu fil-komunità - Residenza San Vincenz de Paule - Terapija tal-kimoterapija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-anzjani li jgħixu fil-komunità ser jibdew jirċievu t-terapija tal-kimoterapija fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ kanċer ser ikun qed jiġi trattat f’din ir-residenza?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fiż-żmien li ġej, ġewwa d-Day Clinic ta’ San Vinċenz de Paul se jkun hemm klinika speċjalizzata sabiex tipprovdi trattament għal diversi kundizzjonijiet relatati mad-demm u mard ieħor.
Fl-ewwel fażi tal-operat tagħha, il-klinika se tkun qed toffri diversi trattamenti, bil-għan li skont il-ħtiġijiet identifikati u l-iżvilupp tas-servizz, jiġu estiżi wkoll it-trattamenti offruti.
L-Imtarfa - Dar tal-Anzjani - Xogħol ta’ rinnovazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa b’kollox dan ix-xogħol?
Il-Mosta - Dar tal-Anzjani - Xogħol ta’ rinnovazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa b’kollox dan ix-xogħol?