Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani fil-komunità – servizz ta’ fiżjoterapisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fiżjoterapisti li jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time? Jista' jgħid min jikkwalifika għal dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 12-il fiżjoterapista li jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità. Tnejn minnhom jaħdmu fuq bażi part-time, waħda taħdem b’sigħat ridotti, tmienja fuq bażi full-time u oħra li bħalissa qiegħda fuq leave tal-maternità. Għal dan is-servizz huma eliġibbli anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobbiltà u li għandhom 60 sena jew aktar. Dan is-servizz jiġi offrut ukoll lil dawk l-adulti li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba xi mard serju jew diżabilità.

Anzjani fil-komunità – servizz ta’ podoloġisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn podoloġisti li jagħtu servizz lill-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time? Jista' jgħid min jikkwalifika għal dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha tmien Podoloġisti jaħdmu fil-komunità. Sitta minn dawn jaħdmu fuq bażi full-time, waħda taħdem b’sigħat ridotti u oħra tinsab fuq leave tal-maternità. Għal dan is-servizz huma eliġibbli anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobbiltà u li għandhom 60 sena jew aktar. Dan is-servizz jiġi offrut ukoll lil dawk l-adulti li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba xi mard serju jew diżabilità.

Kunsill Lokali Pietà – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Pieta’ fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Pietà Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2021 Pjazza Madonna ta’ Fatima Refurbishment ta din il-Pjazza. Inbena wkoll gibjun ghat-tisqija tal-pjanti kif ukoll saret sistema ta’ dawl gdida u street furniture godda Il-kont ghadu qed jigi mahdum minhabba li x-xoghol intemm ricentament Il-fondi ghal dan il-progett gew mid- Development Planning Fund kif ukoll minn Infrastructure Malta

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 169 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 170 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €400 mill-1 ta' Jannar 2022? Jista' jgħid kemm minnhom qegħdin jgħixu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fi djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fis-sena 2021 mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani tal-Gvern? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-ispezzjonijiet u f'liema djar saru? Jista' jgħid ukoll x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità wara dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2021, l-Awtorità tal-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet total ta’ 1285 spezzjoni fid-djar residenzjali tal-anzjani tal-Gvern, tal-Privat u dawk tal-Knisja. Matul dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw 1228 nuqqasijiet li ġew klassifikati u ngħataw rakkomandazzjonijiet biex dawn n-nuqqasijiet ġew indirizzati. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – spezzjonijiet fi djar residenjzali tal-anzjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fis-sena 2021 mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani privati? Jista' jagħti l-lista ta' dawn l-ispezzjonijiet u f'liema djar saru? Jista' jgħid ukoll x'kienu d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità wara dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għall-informazzjoni mogħtija bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 553.

Każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew irraportati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani fis-sena 2021? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-natura ta’ dawn ir-reati kriminali u kemm kienu dawn ir-reati kriminali skont in-natura tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kif ingħad fi tweġibiet għall-mistoqsijiet simili, fis-sistema kompjuterizzata tal-pulizija li tiġbor ir-rapporti kollha, ma hemmx kategorija speċifika għal reati kriminali fuq persuni anzjani jew fuq bażi ta’ età. Infurmat għalhekk li l-kategoriji huma bbażati fuq it-tip ta’ reat imwettaq. It-tabella ta’ hawn taħt turi n-numru ta’ rapporti fis-sena 2021, fil-kategorija ta’ reati meqjusa bħala abbużivi fin-natura tagħhom, miġbura fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar li huma reġistrati bħala vittmi ta’ reati. Tip ta' rapport 2021 Feriti fuq il-persuni 75 Vjolenza domestika 225 Serq b'armi 5 Mugging 6 Snatch and Grab 8 Stupru 2 Total 321

Kunsill Lokali Ħamrun – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Kunsill Lokali Beltt Valletta – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Belt fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jinsabu hawn taht: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Belt Valletta Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2021 Parti minn Triq l-Ifran, Parti minn Triq il-Merkanti Bdil ta' Bankini €260,000.00 Premier Ltd Planning Development 2020 Triq Sant'Orsla Soup Kitchen Fire and Safety €13,755.84 Alberta Soup Kitchen: Heating, Ventilation & Air Conditioning €55,734.39 Engenuity Ltd Soup Kitchen: Mechanical & Electrical Works €64,313.00 Engenuity Ltd Soup Kitchen: Restoration €86,317.52 Hirise Ltd €220,120.75 Total Planning Development 2021 Hasting Car Park Xiri u Installazjoni ta Parking Sensors €48,247.84 CVA Technology Ltd Tabelli u Sinjali fil-Parkegg €23,057.29 B. Grima & Sons Ltd Clearance ta' Karozzi €559.15 Police €71,864.28 Total EU Funds

Kunsill Lokali Floriana – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Floriana fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Floriana Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2020 Tri il-Mall Resurfacing u Servizzi tal-ilma ġodda €88,464.89 Road Servicing Ltd 2020-2021 Ġnien Re Ġorġ V Pavimentar, playing field and putdoor gym, drainage works for public convenience, underground laying of cables, concrete lamp post bases, irrigation system. €382,459.36 Road Servicing Ltd, Paul Borg, Med Developers, Road Maintenance Services Ltd, Camilleri & Cuschieri, Anthony Attard, Tony Aquilina Ltd, Fire & Theft, Nexos Lighting, FM Core, Big Expo, Christopher Ellul, MCCAA. 2021 Triq San Franġisk Bankina €654.45 ħaddiema tar-Reġjun 2022 Ġnien re Ġorġ V Tiswija ta' ċint €424.00 ħaddiema tar-Reġjun

Kunsill Lokali Marsa – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Marsa fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt: Xogħlijiet Infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Marsa Sena Fejn sar ix-Xogħol Fiex kien jikkonsisti Kemm sewa Min wettaq dan ix-xogħol 2021/2022 Gnien Belveder Refurbishment totali tal-Ġnien €381,686 Ambjent Malta; Planning Development funds; Architworks 2020 Triq Nerik Sacco Refurbishment tal-bankini €7,034 Karmig Ltd 2021 Triq Nerik Sacco Refurbishment tal-bankini €7,493 Karmig Ltd 2021 Marsa Road Refurbishment tal-bankini €11,617 Karmig Ltd

Kunsill Lokali Santa Venera – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali Santa Venera fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera li x-xogħol imsemmi ma sarx mill-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru responsabbli.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 mill-1 ta’ Jannar 2022?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Djar tal-anzjani privati – ftehim għal xiri ta’ sodod mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-djar privati tal-anzjani f’Malta u f’Għawdex li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod mill-Gvern?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar privati tal-anzjani f’Malta li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod huma Central Home, Il-Mosta; Casa Arkati, Il-Mosta; Casa San Paolo, San Pawl il-Baħar; Casa Paola, Raħal Ġdid; Casa Pinto, Ħal Qormi; Casa Serena, San Pawl il-Baħar; St.Thomas Community Living, Marsaskala; Villa Messina, Ir-Rabat; St. Elizabeth Home, Ir-Rabat; Dar Saura, Ir-Rabat; Roseville, Ħ’Attard; Golden Care, Ħal Għargħur; Casa Leone, San Ġiljan; Casa Francesco, Il-Ħamrun; Dar San Ġużepp, Il-Fgura; Ghigo Community Residence, Ħal Għaxaq; Dar l-Annunzjata, Ħal Tarxien.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Chairpersons, membri tal-bordijiet u entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Chairpersons, membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b’lokalità mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika miġbura lokalità b’lokalità li ġew rrappurtati lill-Pulizija matul is-sena 2021 huma kif jidher fit-tabella riprodotta ma’ din it-tweġiba. Lokalità Rapporti ATTARD 35 BALZAN 16 BIRGU 11 BIRKIRKARA 77 BIRŻEBBUGIA 69 BORMLA 48 DINGLI 11 FGURA 55 FLORIANA 16 GĦAJNSIELEM - GĦAWDEX 7 GĦARB - GĦAWDEX 2 GĦARGĦUR 8 GĦAXAQ 17 GUDJA 7 GŻIRA 23 ĦAMRUN 43 IKLIN 9 ISLA 20 KALKARA 9 KERĊEM - GĦAWDEX 3 KIRKOP 14 LIJA 3 LUQA 29 MARSA 37 MARSASKALA 70 MARSAXLOKK 11 MELLIEĦA 33 MĠARR 10 MOSTA 40 MQABBA 12 MSIDA 55 MTARFA 9 MUNXAR - GĦAWDEX 10 NADUR - GĦAWDEX 14 NAXXAR 39 PAOLA 32 PEMBROKE 9 PIETÀ 20 QALA - GĦAWDEX 3 QORMI 65 QRENDI 6 RABAT 25 RABAT - GĦAWDEX 12 SAFI 5 SAN ĠILJAN 23 SAN ĠWANN 36 SAN LAWRENZ - GĦAWDEX 1 SAN PAWL IL-BAĦAR 124 SANNAT - GĦAWDEX 1 SANTA LUĊIJA 9 SANTA VENERA 37 SIĠĠIEWI 37 SLIEMA 37 SWIEQI 28 TA' XBIEX 15 TARXIEN 32 VALLETTA 51 XAGĦRA - GĦAWDEX 5 XEWKIJA - GĦAWDEX 10 XGĦAJRA 7 ŻABBAR 83 ŻEBBUĠ 47 ŻEBBUĠ - GĦAWDEX 13 ŻEJTUN 54 ŻURRIEQ 42 Total 1741

Każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika, lokalità b’lokalità mill-1 ta’ Jannar 2022 sat-30 ta’ April 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika miġbura bil-lokalità, li ġew irrappurtati lill-Pulizija bejn Jannar u l-aħħar ta’ April 2022 huwa kif jidher fit-tabella riprodotta ma’ din it-tweġiba. Lokalità Rapporti ATTARD 10 BALZAN 2 BIRGU 4 BIRKIRKARA 19 BIRŻEBBUĠA 17 BORMLA 20 DINGLI 1 FGURA 17 FLORIANA 5 GĦAJNSIELEM - GĦAWDEX 2 GĦARGHUR 6 GĦAXAQ 9 GUDJA 7 GŻIRA 8 ĦAMRUN 15 IKLIN 1 ISLA 6 KALKARA 5 KIRKOP 10 LIJA 2 LUQA 12 MARSA 12 MARSASKALA 16 MELLIEĦA 11 MĠARR 8 MOSTA 17 MQABBA 1 MSIDA 3 NADUR - GĦAWDEX 1 NAXXAR 18 PAOLA 10 PEMBROKE 6 PIETÀ 5 QALA - GĦAWDEX 2 QORMI 19 QRENDI 2 RABAT 11 RABAT - GĦAWDEX 8 SAFI 2 SAN ĠILJAN 12 SAN ĠWANN 9 SAN PAWL IL-BAĦAR 29 SANNAT - GĦAWDEX 1 SANTA VENERA 12 SIĠĠIEWI 13 SLIEMA 8 SWIEQI 6 TA' XBIEX 2 TARXIEN 11 VALLETTA 16 XAGĦRA - GĦAWDEX 2 XEWKIJA - GĦAWDEX 2 XGĦAJRA 2 ŻABBAR 24 ŻEBBUG 19 ŻEBBUG - GĦAWDEX 9 ŻEJTUN 23 ŻURRIEQ 8 Grand Total 538