Legislature:
Category:
Reset
Active:

Konvenji ta’ bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru konvenji ta' bejgħ ta' proprjetà xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sat-30 ta' April 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ konvenji ta' bejgħ ta' proprjetà xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2021 sat-30 ta' April 2022 hu kif se jingħad fit-tabella hawn taħt. Sena Xahar Ammont ta’ Konvenji Reġistrati f’Malta u Għawdex 2021 Jannar 1,157 Frar 1,600 Marzu 2,108 April 1,796 Mejju 1,791 Ġunju 1,486 Lulju 1,458 Awwissu 1,178 Settembru 1,236 Ottubru 1,397 Novembru 1,602 Diċembru 3,473 2022 Jannar 979 Frar 1,194 Marzu 1,397 April 1,197

Good Causes Fund – għotjiet, benefiċċji u grants

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-grants, għotjiet u benefiċċji kollha li jngħataw taħt il-programm tal-Good Causes Fund fis-snin 2020, 2021 u mill-1 ta' Jannar 2022 sat-30 ta' April 2022 rispettivament? Jista' jgħid kemm kien l-ammont għal kull grant, għotja u benefiċċji, fiex kien jikkonsisti l-proġett u meta ngħata?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti jew ditti li jagħtu konsulenza fil-Ministeru tiegħu jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jagħti d-data ta' ingaġġ tal-konsulenza u l-ħlas rispettiv mill-bidu tal-konsulenza tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-mistoqsija Parlamentari 343 fir-rigward tal-Ministeru, l-informazzjoni ta’ l-entitajiet se titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti jew ditti li jagħtu konsulenza fil-Ministeru tiegħu jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jagħti d-data ta' ingaġġ tal-konsulenza u l-ħlas rispettiv mill-bidu tal-konsulenza tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Arbitri tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l Ministru jgħid kemm għandu persuni jservu ta' Arbitri għall-finijiet tal-artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet ta' dawn il-persuni u d-data tal-ħatra tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella ta’ hawn taħt: DSS Umpires Date of Current Appointment Dr Noel Camilleri 03/02/2022 Dr Adrian Camilleri 03/02/2022 Dr Edward Gatt 03/02/2022 Dr Shaheryar Ghaznavi 03/02/2022 Dr Katia Mercieca 03/02/2022 Dr Vincent Micallef 03/02/2022 Dr Luciano Busuttil 04/09/2021 Dr Noel Cutajar 04/09/2021 Dr Simon Micallef Stafrace 18/10/2021 Dr Joseph Mario Sammut 18/05/2021

Birkirkara – Pjanti tad-Dar tal-Anzjani — diskussjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex jiġu ffinalizzati l-pjanti tad-Dar tal-Anzjani f'Birkirkara li l-Gvern kien qal li se jagħmel b'investiment ta' €12-il miljun?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet ma’ entitajiet governattivi oħra dwar dan il-proġett. Sakemm jiġu finalizzati dawn id-diskussjonijiet ma hemmx iktar informazzjoni x’tingħata.
Leg 14 PQ #690 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Residenza San Vinċenz de Paule – social assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fil-grad ta' Social Assistants ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Leg 14 PQ #691 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Persuni li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni sal-aħħar ta' 2021? Jista' jindika kemm hemm persuni li jieħdu xi forma ta' pensjoni f'kull kategorija u jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 14 PQ #692 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 14 PQ #693 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Proċess ta’ ingaġġ ta’ Health Carers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-proċess ta' ingaġġ ta' Health Carers, li l-interviews tagħhom saru f'Jannar li għadda, ġiex konkluż? Jekk iva, jista' jgħid kemm intgħażlu u f'liema entità tas-saħħa qegħdin jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onerevoli Interpellant tispeċifika għall liema sejħa qed tirreferi, peres li l-Ministeru għas-Saħħa ma ħareġ l-ebda sejħa għall ingaġġ ta’ Health Carers riċenti.

San Vincenz de Paule – swali mingħajr lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx swali fir-Residenza San Vincenz de Paule li m’għandhomx lift? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn is-swali u jekk għandux il-ħsieb li jinstalla lifts f’dawn is-swali? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jibdew ix-xogħlijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-swali kollha ta’ San Vinċenz de Paul huma aċċessibbli bil-lifts.

Floriana — Dar tal-Anzjani - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettall fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru reċentement fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana? Jista’ l-Ministru jgħid min għamel dawn ix-xogħlijiet u jgħid ukoll jekk kull xogħol li sar ingħatax b’tender jew b’direct order?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru reċentement fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana fil-basement jikkonsistu fi: Żmantellar tas-sistemi eżistenti li jinkludi ilma, elettriku u drenaġġ Tneħħija ta’ madum tal-kmamar tal-banju u tal-art Kisi u żebgħa Kabbarna iċ-changing rooms tal-ħaddiema Inbidel is-suffett u ġiet installata sistema tad-dawl aktar effiċjenti Ġiet rilokati u tkabbret il-kamra fejn jinħaslu l-ħwejjeġ tar-residenti Ġew installati sistemi ġodda tal-elettriku, ilma u drenaġġ Ġew rilokati l-kmamar tal-banju u servizzi sanitarji għall-ħaddiema Saret kċina u post ta’ rikreazzjoni b’għamara moderna Saru wkoll żoni ta’ mħażen Ix-xogħol t’hawn fuq ingħata b’tender lil Northern Building Services Ltd u ASI Building Services Contractors Ltd. Ġie installat ukoll Platform Lift għall-aċċessar faċli għal-laundry room li ntrebaħ b’tender mill-High Rise Ltd. Ġiet installata sistema ta’ alarm madwar id-dar kollha li ntrebħet b’tender mill-FireTech Ltd.

Floriana — Dar tal-Anzjani – Xogħol ta’ ristrutturar, tisbiħ u titjib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun qed jikkonsisti x-xogħol ta’ ristrutturar, tisbiħ u titjib li ħabbar li ser ikun qed isir fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda dan ix-xogħol u kemm se jkun qed jiġi jiswa? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jirresjedu f’din id-dar humiex ser jiġu trasferiti f’post ieħor waqt dawn ix-xogħlijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nitlobha tirreferi għall-mistoqsija parlmentari 629, x-xogħol li se jsir fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana jikkonsisti f’tibjid, tikħil, tibdil ta’ suffetti, u xi għamara ġdida. Dan ix-xogħol ser isir mill-ħaddiema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. L-ispiża tal-materjal għad trid tiġi ffinalizzata wara s-sejħa għall-offerti. L-anzjani ser ikunu mċaqilqa b’mod temporanju f’sular ieħor, fl-istess dar, sakemm jitlesta’ dan ix-xogħol hawn fuq imsemmi.

Helper tal-Għażla Tiegħek – Anzjani li jagħmlu użu minn din l-iskema

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 167, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani bħalissa li qed jagħmlu użu mill-iskema l-ġdida tal-Helper tal-Għażla Tiegħek?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 144 anzjani li qed jagħmlu użu mill-iskema tal-Helper tal-Għażla Tiegħek

Home Help – Nuqqas ta’ helpers

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numri 166 u 167, jista’ l-Ministru jispjega għaliex hemm dan in-nuqqas kollu ta’ helpers fl-iskema tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help)? Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikun qed isolvi din il-problema meta jaf li ħafna anzjani qed ibatu mingħajr din l-għajnuna u li ma jistax jistrieħ fuq il-fatt li l-anzjani jistgħu jagħmlu użu mill-iskema l-ġdida tal-Helper tal-Għażla Tiegħek meta jaf li mhijiex faċli għall-anzjani li joqogħdu jfittxu huma l-persuni li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur preżenti għaddej bil-proċess biex jingaġġa helpers ġodda biex b’hekk tintlaħaq id-domanda li hemm għal dan is-servizz. Fis-sezzjoni tal-Għajnuna fid-Dar hemm persuna allokata speċifikament biex tassisti b’mod individwali lill-dawk l-anzjani li jixtiequ jagħmlu użu mill-iskema tas-sussidju.

Persuni intitolati għad-Disability Card – użu mis-servizz tal-inkontinenza – għotja ta’ ħrieqi b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni intitolati għad-Disability Card li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza u jingħataw ħrieqi b'xejn?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 3,982 benefiċjarji li għandhom id-Disability Card u qed jingħataw il-prodotti ta’ kontinenza b’xejn.

Anzjani li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza – għotja ta’ ħrieqi sussidjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza u jingħataw ħrieqi ssussidjati? Jista' jgħid kemm hu s-sussidju li jingħataw fuq dawn il-ħrieqi?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 2,442 anzjani li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza u jingħataw ħrieqi ssussidjati. Is-sussidju li jingħata fuq kull prodott huwa kif ġej: Ħarqa: 8 ċenteżmi Pull up: 15-il ċenteżmu Pads tan-nisa: 3 ċenteżmi Pads tal-irġiel: 8 ċenteżmi Inco-sheets: 3 ċenteżmi

Servizz tal-inkontinenza – ħrieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx ħrieqi disponibbli għall-klijenti li jagħmlu użu mis-servizz tal-inkontinenza? Jekk le, jista' jgħid minn meta ilhom out of stock u meta se jerġgħu jibdew jingħataw? Jekk bħalissa l-ħrieqi huma disponibbli, jista' jgħid jekk kienx hemm perjodu din is-sena li kienu out of stock, meta kien dan il-perjodu u kif ġew moqdija l-klijenti li jagħmlu użu mill-ħrieqi waqt dan in-nuqqas?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ix-xahar li għadda kien hemm ittardjar fil-provvisti tal-ħrieqi, fl-ebda ħin ma kien hemm xi prodott out of stock. Id-dewmien kien ikkawżat minn nuqqas ta’ trasport tal-merkanzija lejn Malta b’riżultat taċ-ċirkostanzi internazzjonali. Is-sitwazzjoni mistennija lura għan-normal fi żmien ġimagħtejn.

Djar tal-anzjani fil-komunità — dieticians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn dieticians li jmorru fid-djar tal-anzjani fil-komunità? Jista' jgħid jekk dawn jaħdmux fuq bażi full-time jew part-time? Jista' jgħid min jikkwalifika għal dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha Dietician waħda fuq bażi full time u tnejn oħra fuq bażi part-time li jmorru fid-djar tal-anzjani fil-komunità. Għal dan is-servizz huma eliġibbli anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba nuqqas ta’ mobbiltà u li għandhom 60 sena jew aktar. Dan is-servizz jiġi offrut ukoll lil dawk l-adulti li ma jistgħux joħorġu mid-dar minħabba xi mard serju jew diżabilità.