Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 693 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsill għall-Anzjani li jgħid lill-Kummissarju għall-Anzjani — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1300 u jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Adozzjoni — Pajjiżi fejn hu permess li ssir adozzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1354, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew adottati tfal mis-sena 2017 sal-lum mill-11-il pajjiz imsemmija? Jista’ l-Ministru jgħid kemm tfal ġew adottati minn kull pajjiż rispettivament?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tireferri l-mistoqsija lil-Ministeru kkonċernat.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 – anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 550 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 169 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 huwa ta’ 22. L-Għotja ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom 75 sena imma li għadhom m’għalqux it-80 sena.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 — Anzjani li jgħixu fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 551 u jgħid kemm hemm anzjani li jgħixu fil-komunità li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €300?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li jgħixu fi djar residenzjali privati li qed jingħataw l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €300 huwa ta’ 22. L-Għotja ta’ €300 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom 75 sena imma li għadhom m’għalqux it-80 sena.

Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta’ €400 – anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 552 u ċjoè: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 170 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li bdew jirċievu l-Għotja għaċ-Ċittadin Anzjan ta' €400 mill-1 ta' Jannar 2022? Jista' jgħid kemm minnhom qegħdin jgħixu fil-komunità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani li għandhom ’il fuq minn 80 sena li rċevew l-ammont ta’ €400 mill-1 ta’ Jannar 2022, kien ta’ 19,275. Minn dawn kien hemm 18,802 persuni li qegħdin jgħixu fil-komunità. L-Għotja ta’ €400 tingħata lil dawk l-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena.

Persuni li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 691 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni sal-aħħar tal-2021? Jista' jindika kemm hemm persuni li jieħdu xi forma ta' pensjoni f'kull kategorija u jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Nisa Irġiel Total Pensjoni tal-Età (AP) 2,767 677 3,444 Pensjoni tal-Irtirar 21,828 50,959 72,787 Pensjoni tar-Romol 17,181 459 17,640 Pensjoni tal-Invalidità 1,123 1,581 2,704 Total 42,899 53,676 96,575

Kunsill Lokali Ħamrun – xogħlijiet infrastrutturali mwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 176 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ xogħlijiet infrastrutturali li wettaq il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun fis-snin 2020 u 2021 rispettivament u matul is-sena 2022 sat-30 ta’ April 2022? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol, fiex kien jikkonsisti, kemm sewa u min wettaq dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar mill-Kunsill Lokali rispettiv.

Adozzjoni — tfal minn pajjiżi barranin

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 901, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn l-2017 sal-lum minn pajjiżi barranin? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn l-adozzjonijiet sena b'sena u minn liema pajjiżi ġew adottati?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni sena b’sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni ġiet mgħoddija lill-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni. B’kollox kien hemm total ta’ 162 adozzjonijiet mill-2017 sa Mejju tal-2022.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Chairpersons, membri tal-bordijiet u entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 172 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-Chairpersons, membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Senior Citizen Services Board – kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1296 u jgħid minn min hu kompost il-Foundation for Senior Citizen Services Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Home Help Appeals Board – kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1297 u jgħid minn min hu kompost il-Home Help Appeals Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Management Committee of St Vincent de Paule — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1298 u jgħid minn min hu kompost il-Management Committee of St Vincent de Paule? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

National Commission on Active Ageing — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1299 u jgħid minn min hu kompost in-National Commission on Active Ageing? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Kunsill għall-Anzjani li jgħid lill-Kummissarju għall-Anzjani — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Kummissarju għall-Anzjani – ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti l-Kummissarju għall-Anzjani fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, u fis-sena 2022 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ilmenti ġew investigati u kemm minn dawn l-ilmenti kienu ġġustifikati?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li bħala Kummissarju kull talba għal parir jew gwida u kull każ ta’ lment ġie indirizzat mill- Kummissarju. Każijiet ta' talba għal parir minn anzjani, ħafna drabi b’telefonata li jkunu jistgħu jiġu indirizzati dak il-ħin, jingħata mill Kummissarju. F’kull każ ta' lment, il-Kummissarju tgħarbel sewwa l-każ u titkellem mal persuni konċernati u mbagħad taħdem flimkien ma' entitajiet oħra li jkun fil- parametri tagħhom li jinvestigaw skont il-bżonn.

Kummissarju għall-Anzjani – investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni għamel il-Kummissarju għall-Anzjani fuq inizjattiva tal-Kummissarju nnifsu fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, u fis-sena 2022 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid x'kienu jittrattaw dawn l-investigazzjonijiet, xi rriżulta u x'kienu r-rakkomondazzjonijiet li saru min-naħa tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni li għamlet il-Kummissarju għall-Anzjani fuq inizjattiva tal-Kummissarju nnifsha fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, u fis-sena 2022 sal-lum.

Adozzjoni — Koppji jew individwi approvati bħala ġenituri addottivi prospettivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 905, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin li ġew approvati bħala Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs) mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (SCSA) u li għadhom qed jistennew biex jaddottaw?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lil l-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni, bħalissa hemm 117-il ġenitur addottivi prospettivi li qed jistennew biex ikunu referred (li huma ddikjarati li jistgħu jaddottaw u qed jistennew biex ikunu matched ma’ tifel jew tifla), filwaqt li 45 ġenituri addottivi prospettivi oħra li huma matched (qed jistennew id-digriet mill-Qorti).

Adozzjoni — Pajjiżi fejn hu permess li ssir adozzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 904, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-pajjiżi minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet ta' tfal?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lill-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni, preżentament hemm 11-il pajjiż minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet tat-tfal. 1. Bulgarija 2. Chile 3. Kolombja 4. Indja 5. Poland 6. Rumanija 7. Thailand 8. Albanija 9. Slovakja 10. Portugal 11. Vjetnam