Jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani għamlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid jekk sal-lum hemmx applikazzjonijiet li għadhom pendenti u jekk iva, għaliex għadhom pendenti?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ benefiċjarji tas-servizz tal-Meals on Wheels fl-aħħar ta’ kull sena mitluba kien hekk:
2018: 681
2019: 693
2020: 796
2021: 902
2022 (sal-aħħar ta’ Settembru) 986
M'għandniex applikazzjonijiet li baqgħu pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li għamlu użu mis-servizz ‘Respite fid-Dar’fis-snin 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), rispettivament? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet pendenti bħalissa li qed jistennew li jingħataw servizz mill-CommCare? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm dan id-dewmien?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani, li għamlu użu mis-‘Silver-T Service’, li jikkonsisti fi trasport lokali lill-anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom fil-komunità, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani kellhom bejn 70 sena u 80 sena u kemm minn dawn l-anzjani kellhom ’il fuq minn 81 sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693 u 1600 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onot. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692 u 1599 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onot. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Allowance għal Carer jew Allowance Miżjuda għal Carer skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet ta’ persuni li jingħataw allowance għal Carer jew allowance miżjuda għal Carer skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u li jkunu qed jieħdu ħsieb waħedhom, fuq bażi full-time u regolarment, tal-ġenituri tagħhom, ħuthom, nanniet, zijiet, kunjati (skont kif indikat fl-istess Att) iżda li ma jkunux qegħdin jgħixu fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li għandha bżonn il-kura? Jista’ jgħid jekk għandux intenzjoni li tinbidel il-liġi biex ikun hemm carers li eċċezzjonalment u minħabba raġuni valida xorta jkunu eleġibbli anke jekk ma jkunux qed jirrisjedu fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li għandha bżonn il-kura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Allowance għal Carers u l-Allowance Miżjuda għall-Carers tingħata jekk il-carer tkun qiegħda tirrisjedi mal-persuna li tkun għaddiet mill-iskrutinju tal-Bord Multi Dixxiplinarju, fl-istess abitazzjoni u skont il-parametri tal-Artikolu 68 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Minħabba li dawn iż-żewġ benefiċċji jitħallsu skond il-livell tad-dipendenza tal-persuna kkurata, u tali livell ikun jirrikjedi il-kura kontinwa u kostanti tal-carer, minn natura tal-iskop tagħhom dawn il-benefiċċji ikun jirrikjedu li l-carer tgħix mal-persuna ikkurata biex tindokraha u tieħsu hsiebha f’kull ħin.
Fir-rigward ta’ ħsibijiet futuri, tajjeb illi nfakkar illi r-riforma fl-Allowances għal Carers ġiet introdotta fis-sena 2017 u kompliet tissaħħaħ fis-snin sussegwenti. Din ir-riforma ġabet magħha żieda fin-numru ta’ benefiċċjarji u għalhekk aktar anzjani baqgħu jgħixu fil-komunità. Mhux eskluż aktar titjib fis-snin li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Golexin Implant 3.6 mg għadhiex out of stock? Jista’ jgħid kemm ilha out of stock u jekk kienx hawn pazjenti li kellhom jingħataw mediċina alternattiva fin-nuqqas tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prodott bħalissa huwa disponibbli fil-POYC.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk il-persuni li ġew żgumbrati fit-30 ta’ Awwissu 2022 mill-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatawx għajnuna mill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jikkonferma jekk hemmx persuni li ġew żgumbrati li sal-lum għad ma għandhomx post fejn jgħixu u għadhom qed jgħixu barra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-persuni li ġew żgumbrati fit-30 ta’ Awwissu mill-blokka li għaliha qed issir referenza ma talbu l-ebda tip ta’ għajnuna mill-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità ma għandha l-ebda informazzjoni li l-persuni li ġew żgumbrati qed jgħixu fit-triq.
Applikazzjonijiet pendenti għall-istallazzjoni ta’ starlift
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet approvati għall-istallazzjoni ta’ stairlift fid-djar ta’ persuni intitolati li sal-lum għadhom pendenti? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn l-applikazzjonijiet approvati u għaliex sa issa għadhom ma ġewx ipproċessati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif skont is-segwenti tabella:-
Raġuni għaliex pendenti
Applikazzjonijiet
Pendenti għall-iffirmar tal-kuntratt tal-għotja
11
Pendenti għal spezzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-għotja
13
Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1300, 1593 u 1871 u jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u s-sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Il- Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju huwa kompost skont il-liġi min:
Chairperson: Prof. Godfrey Laferla
Membri: Is-Sur Ludgard Scicluna
Sa Joyce Debono
Is-Sur Joseph Zarb Adami (MFH)
Is-Sur Norman Grech (MEYR)
Dr Anthony Degiovanni (rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali għall-Anzjani)
Is-Sur Peter Paul Bonnici (rappreżentant tal-Kunsill Nazzjonali għall-Anzjani)
Residenza San Vinċenz de Paule – rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka fid-dettall x’kienu r-rakkomandazzjonijiet kollha li għamel l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fir-rapport tiegħu dwar l-għejbien ta’ anzjan li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament mir-Residenza San Vinċenz de Paule fit-28 ta’ Ġunju 2022? Jista’ jgħid liema minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ser ikun qed jiġu implimentati u liema rakkomandazzjonijiet diġà qed jiġu implimentati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta bis-segwenti:
1.
U
ż
u ta’ tracking devices/alert devices:
Se tiġi imnehdija konsultazzjoni pubblika fuq l-użu ta’ tracking devices mill-Ministeru tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’. Ir-Residenza San Vinċenz qegħda tipparteċipa b’mod attiv fid-diskussjonijiet sabiex eventwalment jiġu implimentati r-rizultanzi.
2.
Gwida fuq kif isiru l-allokazzjoni tas-swali:
Qed jiġu mħejjija linji gwida sabiex il-professjonisti mediċi jkunu jistgħu jsegwu meta jsiru l-allokazzjonijiet tas-swali . La darba dawn jitlestu, għandhom jiġu addottati u implementati minn San Vinċenz bħala Policy.
3.
Sorveljanza ta’ siti ta’ dħul u ħruġ ġewwa San Vinċenz u tan-nies deħlin u ħergin minn San Vinċenz:
Qed isir analiżi sabiex jiġi assigurat il-livell ta’ sorveljanza permezz ta’ CCTV cameras li hemm installati ġewwa r-Residenza. Sar ukoll ezerċizzju sabiex jiġu rilokati numru ta’ CCTV cameras b’mod strateġiku sabiex jitneħħew minn dawl dirett li seta’ jaffettwa l-viżibilita’ tagħhom. Minbarra dan, San Vinċenz żiedet in-numru ta’ uffiċjali tas-Sigurta’ sabiex tkun assigurata sorveljanza bil-preżenza fiżika fis-swali.
4.
Skrutinju tal-ħiliet tal-impjegati:
L-ingaġġar u reklutaġġ tal-impjegati kollha jsir skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, u l-impjegati kollha huma marbutin bil-
job descriptions
rispettivi tagħhom. L-infermiera huma ukoll obbligati li jippreżentaw ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħrug mill-Kunsill tal-Infermiera. Fil-każ ta’ infermiera barranin, dawn huma obbligati li jagħmlu
placements
qabel ma’ jkunu eliġibbli għar-reġistrazzjoni. Barra minn hekk, il-
carers
kollha għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikati ta’ kompetenza. Jingħataw ukoll
induction courses
permezz tagħhom jiġu stabbiliti l-ħiliet tal-carers. Jsiru ukoll
refresher courses
għall-impjegati kollha ġewwa San Vinċenz organizzati miċ-Ċentru ta’ Taħrig, ġewwa San Vinċenz.
5.
Rappurtar ta’ Inċidenti:
L-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz, kontinwament tisħaq illi l-infermiera u s-senior management għandhom jagħmlu rapport dettaljat f’każ ta’ inċidenti, liema rapporti għandhom imbagħad jiġu investigati.
6.
Notamenti:
Wara li sar audit fuq ir-records miżmumin minn San Vinċenz, rriżulta li fil-maġġoranza assoluta (98 %) tal-każijiet, n-noti u r-records fil-files mediċi huma ċari u dettaljati. Preżentement, qegħda tiġi esplorata l-possibilta’ li tiġi introdotta sistema komputeriżżata li fuqha jinżammu r-records kollha u n-notamenti li jsiru mill-professjonijisti.
7.
Standard Operating Procedures:
Bħala regola, l-iStandard Operating Procedures kollha jiġu aġġornati kull tlitt snin, jew skont l-eżiġenzi jekk ikun il-każ.
8.
Kontroll ta’ vi
ż
itaturi:
Kull viżitatur ġewwa San Vinċenz, għandu jagħmel appuntament minn qabel u għandu wkoll jirreġistra fil-main reception meta jżur ir-Residenza. Minbarra dan, il-viżitatur qiegħed jingħata
wristband
kkulurita. L-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz ħadet ħsieb ukoll li żżid il-preżenza ta’ uffiċjali tas-sigurtà. Uħud minn dawn l-uffiċjali qed ikunu stazzjonati fl-entraturi tas-swali. Apparti sorveljanza ta’ min dieħel u ħiereġ fis-swali, l-uffiċjali tas-sigurtà jaraw ukoll li kull viżitatur għandu
wristband
; li l-impjegati kollha jilbsu
identification tags
u jinżamm rekord tar-residenti li joħorgu mis-sala.
9.
Kamra tal-uffiċjali tas-sigurtà:
Preżentement, hemm kamra tas-sigurtà, mgħammra b’apparat apposta sabiex tkun tista’ ssir is-sorveljanza tas-Residenza kollha 24 siegħa kuljum. F’din il-kamra jkun hemm tal-anqas uffiċjal tas-sigurtà wieħed il-ħin kollu.
10.
Aktar komunikazzjoni bejn staff u management:
Ser isiru aktar sforzi sabiex il-komunikazzjoni u l-interazzjoni bejn l-impjegati u l-management jissaħħu u b’hekk tissaħħaħ ir-relazzjoni bejniethom.
Residenza San Vinċenz de Paule – anzjani li qed jistennew trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsir assessment fuq kull anzjan li jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll minn min isir dan l-assessment? Jista’ jgħid ukoll jekk l-assessment ikunx jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet ta’ f’liema sala għandu jitpoġġa l-anzjan? Jekk huwa l-każ, jista’ jgħid jekk hemmx anzjani li għadhom jistennew li jiġu trasferiti fis-sala rakkomandata u jgħid ukoll għaliex sa issa ma sarx dan it-trasferiment?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull anzjan/a meta tidħol fil-faċilità għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul, tiġi assessjata minn tim ta’ professjonisti multidixxiplinarju li jinkludi tobba, nurses, fiżjoterapisti, occupational therapists, podjatristi u speech therapists fost oħrajn. Tali assessjar isir b’mod regolari mit-tobba u l-infermiera megħjuna mit-tim multidixxiplinarju. Meta l-persuna turi sintomi jew imġiba li tindika li l-pazjent ma jkunx idoneju li jgħix f’sala komuni ssir rakkomandazzjoni sabiex il-persuna titmexxa għal post aktar sigur bħal ‘closed wards’ u tali trasferiment isir fl-aqsar żmien possibbli.
Residenza San Vinċenz de Paul – kumpanija tas-sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji ta’ sigurtà jagħtu servizz ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule qabel l-għejbien tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fit-28 ta’ Ġunju 2022? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid liema kumpaniji kienu qed jagħtu dan is-servizz? Jekk le, jista’ jgħid kemm hemm illum, kumpaniji ta’ sigurtà li qed jagħtu dan is-servizz ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista’ jagħti lista ta’ dawn il-kumpaniji kif ukoll il-ħlas li qed isir lil kull kumpanija għas-servizz li qed jagħtu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġewwa San Vinċenz ma kienx hemm kumpanija tas-sigurtà ġewwa San Vincenz qabel it-28 ta’ Ġunju 2022.
Il-kumpaniji li qed jagħtu servizz bħalissa huma C.A.M.C. Security Ltd, Executive Security Services Ltd, JF Security Ltd, Signal 8 Security Services Malta Ltd u Group4 Security Services Ltd.
Il-ħlas qed isir skont ir-rata ta’ ħlas għas-sena 2022 li jidher fiċ-ċirkulari numru 21/2021 maħruga mid-Dipartiment tal-Kuntratti bid-data tal-23 ta’ Diċembru 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna anzjani llum fil-komunità li qed jingħataw appoġġ finanzjarju għaliex jimpjegaw carer tal-għażla tagħhom biex jaqdihom fil-ħtiġijiet tagħhom ta’ kuljum? Jista’ jgħid kemm anzjani bbenefikaw minn din l-għajnuna, minn meta bdiet l-iskema Carer at Home fis-sena 2016, maqsuma sena b’sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi n-numru ta’ anzjani li fil-preżent qed jirċievu l-benefiċċju taħt l-iskema tal-Carer at Home huwa ta’ 652.
In-numru totali ta’ persuni li bbenefikaw minn meta bdiet l-iskema huwa kif ġej:
2016: 63
2017: 207
2018: 372
2019: 514
2020: 640
2021: 790
2022 (sal-lum): B’kollox ġew megħjuna 786, imma n-numru attwali li huma mgħejuna hu ta’ 652.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom bżonn ikollhom il-carers li jintgħażlu mill-anzjani taħt l-iskema Carer at Home?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Carers impjegati mill-anzjani taħt l-iskema tal-Carer at Home irid ikollhom kwalifika rikonoxxuta ta’ Carer. Għaldaqstant fir-rigward ta’ kwalifika ottenuta minn barra minn Malta hija meħtieġa l-ekwivalenza mingħand il-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC). Din tista’ tkun meħtieġa wkoll meta l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jara l-bżonn tagħha.
Residenza San Vinċenz de Paule – Ħaddiema li jħossuhom ma jifilħux
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjegati li jaħdmu f'San Vinċenz de Paule u li jħossuhom ma jifilħux waqt il-ħin tax-xogħol jistgħux jirrikorru għand wieħed mit-tobba li jkunu on duty fir-Residenza?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta xi impjegat iħossu ma jiflaħx waqt il-ħin tax-xogħol, sakemm ma jkunx każ urġenti u li jirrikjedi intervent immedjat, tali persuna jiġi riferut għaċ-ċentru tas-saħħa sabiex ukoll jinħareġ ċertifikat mediku lill-impjegat. Ix-xogħol tat-tobba impjegati f’San Vinċenz hu l-kura u l-ħarsien li jirrikjedu r-residenti.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema djar residenzjali tal-Gvern hemm ukoll librerija ta' kotba? Jista' jgħid jekk hemmx pjan li jiżdiedu dawn il-libreriji?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-djar residenzjali tal-Gvern kollha hemm librerija ta’ kotba.
Djar residenzjali tal-Gvern – Sezzjonijiet ta’ qari ta’ kotba
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sezzjonijiet ta' qari ta' kotba fid-djar residenzjali tal-Gvern matul is-snin 2020, 2021 u fis-sena 2022 sal-lum? Jista' jgħid f'liema djar tal-anzjani saru? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex ikollu aktar sezzjonijiet ta' qari ta' kotba fid-djar residenzjali tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sessjonijiet ta’ qari ta’ kotba fid-djar residenzjali tal-Gvern kienu hekk:
Sena 2020 70 sessjoni
Sena 2021 151 sessjoni
Sena 2022 sal-lum 149 sessjoni
Dawn is-sessjonijiet ta’ qari saru ġewwa d-Djar Residenzjali tal-Mosta, tal-Imtarfa, tal-Mellieħa, taż-Żejtun, ta’ Bormla u Żammit Clapp. Qegħdin f’kuntatt ma’ Malta Libraries sabiex isiru wkoll sessjonijiet ta’ qari ġewwa d-Dar Residenzjali tal-Furjana u jekk hu possibbli jiżdiedu s-sessjonijiet fid-djar kollha għalkemm il-figuri juru li kull sena s-sessjonijiet qegħdin jiżdiedu.
Residenza San Vinċenz de Paule – Sezzjonijiet ta’ qari ta’ kotba
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sezzjonijiet ta' qari ta' kotba jiġux organizzati għar-residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista' jgħid kemm-il darba jsiru u x'inhuma l-pjanijiet tiegħu biex aktar residenti jkollhom l-opportunità jattendu għal dawn is-sezzjonijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sezzjoni tal-Active Ageing Unit għandha r-responsabbilità li torganizza attivitajiet soċjali, kulturali, fiżiċi u reliġjużi għar-residenti ta’ SVP. Hemm programm fejn kull sala jkollha attività kuljum. Il-qari huwa wieħed minn dawn l-attivitajiet.
Residenza San Vinċenz de Paule – servizz b’xejn ta’ televiżjoni għar-residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule humiex intitolati għas-servizz b'xejn ta' televiżjoni? Jekk le, jista' jgħid x'inhuma r-rati li qed iħallsu l-anzjani sabiex ikun jista’ jkollhom aċċess għas-servizz ta' televiżjoni fil-kmamar li qegħdin jirrisjedu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-swali kollha joffru s-servizz tat-televiżjoni b’xejn fil-common area ta’ kull sala. Servizz ta’ televiżjoni ħdejn is-sodda huwa suġġett ta’ ftehim bejn ir-resident u l-kumpanija li tipprovdi s-servizz ġewwa SVP.