Legislature:
Category:
Reset
Active:

OPSA – Ikel fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) biex tassigura li l-ikel li jingħata lir-residenti fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet jitjieb, ikun aktar nutrijenti u adattat għad-dieta lil kull anzjan u anzjana?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) hi nkarigata mill-ikel li jingħata fid-djar tal-anzjani, inkluż f’San Vinċenz de Paule, u mhux fi sptarijiet.  Mad-dħul tar-resident fid-dar tal-anzjani, l-Awtorità tassigura li l-maniġment u l-istaff jagħmlu valutazzjoni nutrizzjonali li tiġi reveduta skont il-bżonn.

Carers li jaħdmu mal-anzjani – Għarfien bażiku tal-lingwa Maltija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 891, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk it-taħriġ li jieħdu l-carers fil-lingwa Maltija huwiex rekwiżit biex carer jiġi ngaġġat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istandards Regolatori maħruġa mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) jesiġu li l-istaff li jaħdmu fid-djar tal-anzjani jkollhom taħriġ fil-lingwa Maltija, liema Standard jinsab fir-‘Residential Services for Senior Citizens’ taħt is-sezzjoni ‘Training for Staff’. Għaldaqstant l-Awtorità tivverifika li dan it-taħriġ ikun qed jingħata la darba jkunu ngaġġati.

L-Imtarfa - Dar tal-Anzjani - Xogħol ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 888 u jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa b’kollox dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fl-Mtarfa jinsab fl-ewwel fażi tiegħu. In-nefqa tal-ispejjeż tkun tista’ tingħata meta jitlesta x-xogħol ta’ rinovazzjoni.

Il-Mosta - Dar tal-Anzjani - Xogħol ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 887 u jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa b’kollox dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fil-Mosta jinsab fl-ewwel fażi tiegħu. In-nefqa tal-ispejjeż tkun tista’ tingħata meta jitlesta x-xogħol ta’ rinovazzjoni.

Telephone Rent Rebate

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hemm benefiċjarji anzjani li jieħdu t-Telephone Rent Rebate, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ benefiċċjarji anzjani li jieħdu t-Telephone Rent Rebate, maqsuma lokalità b’lokalità.

Servizz tal-Carer at Home Scheme

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hemm benefiċjarji tas-servizz tal-Carer at Home Scheme, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ benefiċċjarji tas-Servizz Carer at Home, maqsuma lokalità b’lokalità.

Servizz tat-Telecare

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hemm benefiċjarji tas-servizz tat-Telecare, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ benefiċċjarji tas-servizz tat-Telecare, maqsuma lokalità b’lokalità.

Servizz tal-Meals on Wheels

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hemm benefiċjarji tas-servizz tal-Meals on Wheels, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ benefiċċjarji tas-servizz Meals on Wheels, maqsuma lokalità b’lokalità.

Servizz tal-Home Help

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hemm benefiċjarji tas-servizz tal-Home Help, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ benefiċċjarji tas-servizz Home Help, maqsuma lokalità b’lokalità.

Birkirkara – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Birkirkara sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Birkirkara ser isir xogħol ta’ asfalt fuq il-wiċċ ta’ Triq Mannarinu, li tagħmel parti minn Fleur De Lys, liema xogħol mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjien.

Gwardamanġa – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Gwardamanġa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Gwardamanġa/Pieta’ ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq Blackley u parti minn Triq San Lawrenz. Ix-xogħol fi Triq P. Xuereb mistenni jkun lest fl-ewwel xhur tal-2027.

Il-Marsa – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Marsa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-Marsa ser isir xogħol infrastrutturali f’parti minn Triq l-Irħam u Triq Azzopardi li mistenni jkunu lest sa ftit xhur oħra.

Anzjani – Iżolament soċjali – Inizjattivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi qed jiġu ppjanati biex jitnaqqas l-iżolament soċjali fost l-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) qed taħdem fuq diversi proġetti li se jkomplu joffru diversi opportunitajiet u servizzi lill-anzjani, liema proġetti jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Anzjani bil-kundizzjoni tad-dimenzja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Floriana – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Floriana sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’Xatt ic-Ċangatura,Triq Emvin Cremona, parti minn Triq Nazzjonali u parti minn Triq Indipendenza jikkonsistu f’ tibdil ta’ servizzi fit-triq, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda u tqegħid ta’ asfalt ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena.

Santa Venera – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Santa Venera sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Santa Venera ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq il-Ħarrub li mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjien. Ser isir ukoll xogħol ta’ major patching fi Triq Regjonali.

Il-Belt Valletta – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Belt Valletta sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ser jingħata wiċċ ġdid ta’ asfalt fi Triq San Bastjan, il-Belt Valletta.

Il-Ħamrun – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Ħamrun sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ħamrun ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq Mile End u Triq Schembri li mistenni jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħlijiet li ser isiru f’parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq San Ġorg Preca, parti minn Triq Joe Gasan u parti minn Triq Mountbatten jikkonsistu f’ tibdil ta’ servizzi fit-triq, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda u tqegħid ta’ asfalt ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjien.