Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet tal-katarretti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2898 u jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list? Jista’ jgħid ukoll kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3170.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693, 1600 u 2517 li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba għaliex skont il-Ministru t-tagħrif għadu qed jinġabar, minkejja li l-ewwel mistoqsija ilha li saret minn Mejju li għadda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-pensjonijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fl-aħħar snin, grazzi għall-politika Laburista, bid-differenza minn amministrazzjonijiet preċedenti li ma żiduhomx ċenteżmu. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari bin-numru 24454. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni u benefiċċji oħra li jammontaw għal anqas minn €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021 huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Irġiel Nisa Total Pensjoni tal-Età 345 1374 1719 Pensjoni tal-Irtirar 1887 5283 7170 Pensjoni tar-Romol 56 909 965 Pensjoni tal-Invalidtà 539 422 961 Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali ħafna jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra li fejn huma magħrufa ġew magħduda biex inġabret din l-istatistika waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li mhux ġej minn benefiċċji u li m’huwiex inkluż.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692, 1599 u 2518 li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba għaliex skont il-Ministru t-tagħrif għadu qed jinġabar, minkejja li l-ewwel mistoqsija ilha li saret minn Mejju li għadda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fl-aħħar snin, grazzi għall-politika Laburista, bid-differenza minn amministrazzjonijiet preċedenti li ma żiduhomx ċenteżmu. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lil mistoqsija parlamentari bin-numru 24454. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni jew benefiċċji oħra li jammontaw għal anqas minn €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021 huwa skont it-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Irġiel Nisa Total Pensjoni tal-Età 53 322 375 Pensjoni tal-Irtirar 292 1506 1798 Pensjoni tar-Romol 13 68 81 Pensjoni tal-Invalidità 0 1 1 Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali ħafna jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra li fejn huma magħrufa ġew magħduda biex inġabret din l-istatistika waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li mhux ġej minn benefiċċji u li mhuwiex inkluż.

Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda li ngħatat din is-sena lill-persuni kollha li jirċievu l-pensjoni tar-romol? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li kienu intitolati għal din iż-żieda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pensjoni kontributorja — Persuni li ma jikkwalifikawx

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja qed jieħdu bonus annwali? Jista' jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu bonus ta' €400 fis-sena u kemm huma dawk li qed jieħdu bonus ta’ €500 fis-sena? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn in-nies huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s’issa, matul din is-sena, in-numru ta’ persuni li ħadu l-bonus annwali ‘l għaliex ma jikkwalifikawx għal pensjoni kontributorja kien jammonta għal 13,803, kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Bonus ta’ €400 Bonus ta’ €500 Nisa 5,903 6,841 Irġiel 658 401

Suwiċidji f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru stabbilit ta' suwiċidji li seħħew f'Malta u f’Għawdex fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn seħħew f'Malta u kemm seħħew f’Għawdex f’kull sena? Jista' jgħid ukoll kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-1ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Settembru 2022, il-pulizija rreġistrat mija u tlieta u erbgħin (143) każ ta’ suwċidju li sitta minnhom ġew reġistrati f’Għawdex. Minn dan it-total, disa’ u għoxrin (29) każ kienu ta’ vittmi ta’ nazzjonalità barranija. Dettalji oħra mitluba, jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt: Vittmi ta’ suwiċidju - 2017 sa Settembru 2022 Sena Nisa Irġiel Total Malta Għawdex Malta Għawdex 2017 4 1 20 0 25 2018 3 0 19 0 22 2019 2 0 19 0 21 2020 7 0 14 1 22 2021 9 0 24 1 34 2022 sa Settembru 3 0 13 3 19 Total 28 1 109 5 143

Operazzjonijiet tal-Katarretti — Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex appuntamenti għall-operazzjonijiet tal-katarretti li kellhom isiru fit-18 ta’ Awwissu 2022 fl-Isptar Mater Dei ġew ikkanċellati? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ operazzjonijiet li ġew ikkanċellati b’kollox u għaliex il-pazjenti ġew avżati dakinhar stess waqt li kienu qed jistennew?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn wara l-pandemija jitwettqu bħala medja, bejn 70 – 80 proċedura tal-katarretti kull ġimgħa. Riċentement 2 kuntratti relatati mal-medical devices li jintużaw waqt l-operazzjonijiet tal-katarretti kellhom diffikultajiet. Wieħed waqt l-istadju ta’ tendering u l-ieħor minħabba raġunijiet kliniċi. Fiż-żewġ każijiet qiegħed isir xogħol biex id-diffikultajiet jintelbu fi żmien qasir.

Operazzjonijiet tal-Katarretti — appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex appuntamenti għall-operazzjonijiet tal-katarretti li suppost kellhom isiru fit-13 ta’ Ottubru 2022 li ġej, fl-Isptar Mater Dei, ġew ikkanċellati? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ appuntamenti li ġew ikkanċellati, x’inhi r-raġuni u jekk ingħatatx ġurnata oħra għall-operazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2934 .

Servizz Respite fid-Dar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2546, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom pendenti l-każijiet għas-servizz 'Respite fid-Dar'? Jista' jgħid ukoll x'inhu jsir biex jiġu ingaġġati aktar carers sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jieħdu dan is-servizz mingħajr dewmien?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hawn 34 jistennew biex jingħataw is-servizz Respite fid-Dar. In-numru naqas minn mindu ġiet imwieġba l-Mistoqsija Parlamentari Nru 2546 fis-Seduta 29 tal-5 ta’ Ottubru billi xi każijiet ġew solvuti. Il-pendenza tal-każijiet ġodda xahar b’xahar tinsab fit-Tabella li ser inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ħafna mill-każijiet ikunu pendenti għaliex ikun hemm persuni li jitolbu s-servizz fi ġranet partikolari imma ma jinstabux Carers li jistgħu joffru is-servizz fil-jiem mitluba. L-Active Ageing & Community Care qed jaħdem sabiex sa tmiem Novembru, dawn il-każijiet pendenti jingħataw is-servizz.

Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku tal-kuntratti kollha eżistenti ta' servizzi li jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista' jgħid ukoll min qiegħed jipprovdi dawn is-servizzi, kemm hu t-terminu ta' kull kuntratt kif ukoll il-valur ta' kull kuntratt?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ir-Residenza San Vinċenz de Paul hija faċilita’ li tipprovdi residenza u kura lil anzjani b’dipendenza għolja u bħalissa tospita aktar min 1,500 anzjan. Il-kura u s-servizzi huma kollha mogħtija minn tim dedikat ta’ ħaddiema u professjonisti kompost minn 2,800 ħaddiem, kemm tal-gvern u tal-kuntrattur. L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Anzjani trasferiti mill-Isptar Mater Dei għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani f’Mater Dei li qed jistennew li jiġu trasferiti għar-Residenza San Vinċenz de Paul huwa ta’ 38.

Sptar Mater Dei — Operazzjonijiet għal Knee Replacement

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet għal knee replacement fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list għal knee replacement sal-lum? Jista’ jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ knee replacements li saru fl-Isptar Mater Dei, huma fit-tabella hawn taħt mehmuza. Ta min ifakkar illi matul 2020 u 2021 kien hemm perjodu fejn l-operazzjonijiet mhux ta emerġenza kienu sospi¿i imħabba l-Covid. Procedure (ICD 9CM Code) 2017 - 685 2018 - 628 2019 - 598 2020 - 327 2021 - 348 Total Knee Replacement (81.54) Revision Knee Replacement (81.55) Source: Surgical Operations Register

Sptar Mater Dei – Hip Replacement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet għal hip replacement fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list għal hip replacement? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Operazzjonijiet tal-Katarretti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex dawk dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – operazzjonijiet tal-Katarretti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list? Kemm idumu fuq il-lista ta’ stennija dawk il-persuni li għandhom bżonn din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi snin li semmiet hi saru 795 operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Preżentament hemm 95 persuna fuq il-waiting list. L-istennija fuq il-waiting list hija ta' massimu ta' 6 xhur.

Konsulenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija — referrals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru referrals (appuntamenti għall-ewwel darba), check-ups u konsulti minn konsulenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-lista ta’ stennija attwalment għal check up, filling jew dentatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2018 sal-2022 saru 7798 konsulta u 10399 check ups fid-Dipartiment tad-Dentistrija, kif tindika t-tabella mehmuża. Ta min ifakkar illi matul 2020 u 2021 kien hemm perjodu fejn l-operazzjonijiet mhux ta emerġenza kienu sospiżi imħabba l-Covid. Sena Konsulti minn konsulenti ( Kazijiet godda) Check uPs 2018 1981 2696 2019 1595 2623 2020 1081 1137 2021 1561 2487 2022 (up until 12th October 2022) 1580 1456 Total 7798 10399

Persuni li għandhom il-Karta r-Roża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni huma anzjani?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz tal-Home Help – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet illum ta' anzjani li applikaw għall-Għajnuna fid-Dar (Home Help) li għad għandhom l-applikazzjoni pendenti? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati helpers din is-sena biex jitnaqqas in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti u sabiex l-anzjani jingħataw is-servizz minnufih?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 358 applikazzjonijiet pendenti li applikaw għall-Għajnuna fid-Dar (Home Help). Il-Gvern m’għadux jingaġġa helpers. Is-servizz jingħata minn helpers ingaġġati minn kuntrattur, fuq tender li jkun inħareġ minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Ir-raġuni tal-każijiet pendenti hija n-nuqqas ta’ helpers disponibbli fis-suq. Din is-sena il-kuntrattur ingaġġa 69 helper. B’kollox, il-kuntrattur għandu total ta’ 234 helper ingaġġati miegħu.

Servizz tal-Home Help — helpers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' helpers jaħdmu mal-Gvern li jagħtu Għajnuna fid-Dar (Home Help) fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, sena b'sena?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta' helpers li kienu jaħdmu mal-Gvern kien: Diċembru 2018 58 Diċembru 2019 53 Diċembru 2020 42 Diċembru 2021 41 In-numru ta’ helpers li kienu jaħdmu mal-kuntrattur kien: Diċembru 2018: 169 Diċembru 2019: 184 Diċembru 2020: 209 Diċembru 2021: 211