Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vincenz de Paul – sodod vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sodod vojta/mhux okkupati bħalissa fir-Residenza San Vincenz de Paul? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm sodod vojta, f’liema swali qegħdin u kemm hu n-numru ta’ sodod vojta/mhux okkupati f’kull sala?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – tender għas-servizz ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender li nħareġ għas-servizz ta' sigurtà ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista' jgħid min kienu l-kontendenti u min intgħażel biex jagħti dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kemm jiswa dan il-kuntratt u jelenka s-servizzi kollha li ser ikunu qed jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Inrepellanta li r-referenza tat-Tender huwa CT2206/2022 - PROVISION OF SECURITY SERVICES FOR SAINT VICENT DE PAUL LONG TERM CARE FACILITY. Il-Perjodu tal-Kuntratt huwa ta’ sena fejn fil- 5 ta’ Settembru 2022 ġiet ippublikata t-tender fuq epps u l-aħħar ġurnata meta setgħu jintbagħtu offerti fuq epps kien fit-22 ta’ Settembru 2022. Il-Kontendenti kienu: J.F. Security & Consultancy Services Ltd – Offerta Nru. 180418 J.F. Security & Consultancy Services Ltd – Offerta Nru. 180417 C.A.M.C. Security Ltd. – Offerta Nru. 180406 EXECUTIVE SECURITY SERVICES LTD. – Offerta Nru. 180403 Signal 8 Security Services Malta Ltd – Offerta Nru. 180400 G4S Security Service (Malta) Ltd – Offerta Nru. 180359 L-offerta ta’ EXECUTIVE SECURITY SERVICES LTD. (Offerta Nru. 180403) li l-valur huwa ta’ €3,998,291.20 eskluż VAT, ġiet irrakomandata biex jagħti dan is-servizz. Il-Kuntrattur għandu jattendi f’San Vinċenz de Paul biex jipprovdi s-servizzi liż-żoni kollha fi ħdan l-istruttura (inklużi l-parkeġġi) li jinsabu fil-faċilità. Il-Kuntrattur tas-Sigurtà se jkun meħtieġ li jipprovdi servizz li jinkludi l-prevenzjoni tal-kriminalità, il-protezzjoni tar-residenti, tal-istaff u tal-viżitaturi, il-proprjetà u t-tagħmir, u li jista’ jagħti assistenza fejn ikun meħtieġ.

Anzjan li nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-pulizija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji dwar każ ta' pazjent ta' aktar minn 80 sena li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li nhar it-3 ta' Novembru li għadda nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-Pulizija? Jista' jgħid għaliex dan l-anzjan twassal id-dar tiegħu bil-Pulizija? Jista' jgħid jekk il-familjari ġewx infurmati b'din id-deċiżjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għal-raġunijiet tal-protezzjoni tad-data, informazzjoni medika ta’ pazjenti individwali ma tingħatax.

Pazjenti li ma jkunux iridu joħorġu mill-Isptar wara l-ordni tar-rilaxx

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'jiġri meta jkollok pazjent li ma jkunx irid joħroġ mill-Isptar Mater Dei minkejja l-ordni għar-rilaxx mit-tabib/konsulent? Jista' jgħid jekk jiġux ikkuntattjati l-familjari bid-deċiżjoni u bl-oġġezzjoni tal-pazjent li joħroġ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta l-professjonist kliniku li jkun qed jieħu ħsieb il-pazjent jiddeċiedi li l-pazjent ikun tajjeb biex jintbagħat id-dar, id-discharge liason team jagħmel l-arranġamenti necessarji kollha. F’każ fejn ikun hemm bżonn tidħol ukoll social worker sabiex tassigura li l-ambjent tad-dar tal-pazjent ikun wieħed adegwat.

Operazzjoni tal-hip replacement – każ ta’ individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tingħata data għall-operazzjoni tal-hip replacement u dan peress li ilha tistenna tliet snin sħaħ biex issirilha din l-operazzjoni u jeħtieġ li ssirilha mingħajr aktar dewmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Il-Belt Valletta – statistika dwar residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Numru ta' persuni li jgħixu fil-Belt Valletta skont is-sess u l-età IrġielNisaTotal Nru.%Nru.%Nru.% 0 - 142629.92349.34969.6 15 - 242569.71997.94558.8 25 - 4476028.865626.01,41627.5 45 - 6477529.462724.91,40227.2 65+58522.280331.91,38826.9 Total2,638100.02,519100.05,157100.0 Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021

Floriana — statistika dwar residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Floriana? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Numru ta' persuni li jgħixu fil-Furjana skont is-sess u l-età IrġielNisaTotal Nru.%Nru.%Nru.% 0 - 14898.9899.01789.0 15 - 24919.1848.51758.8 25 - 4431031.124925.255928.2 45 - 6426026.122723.048724.5 65+24724.833934.358629.5 Total997100.0988100.01,985100.0 Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt tas-servizz tal-ikel

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, peress li l-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kuntratti eżistenti ta’ servizzi li jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma tinkludix is-servizz tal-provvista tal-ikel, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan il-kuntratt? Jista’ jgħid min huwa l-kuntrattur li qed jagħti dan is-servizz, għal kemm żmien ingħata dan il-kuntratt u x’inhu l-valur tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-kuntratt kif ukoll tal-kundizzjonijiet u l-istandards kollha li kienu stipulati fit-tender għal dan il-provvediment tal-ikel fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-kuntrattur li qed jagħti dan is-servizz, fost sensiela ta’servizzi oħrajn, huwa JCL and MHC Consortium. Is-servizzi kollha inklużi b’mod dettajat fit-tender, li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huma disponibbli biex jintużaw għall-benefiċċju tar-residenti. Il-Kuntratt huwa validu għal għaxar snin u l-valur tiegħu jammonta għall- €5.7 miljun fis-sena.

Djar tal-Anzjani – Sodod ta’ kontinġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux jimponi fuq id-djar tal-anzjani l-obbligu li jżommu sodod vojta ta’ kontinġenza, li kien daħal fis-seħħ matul ir-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19? Jista’ jgħid meta daħlet fis-seħħ din il-miżura u meta ser tkun qed tispiċċa? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ ta’ sodod ta’ kontinġenza li jridu jinżammu vojta?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali mxiet fuq il-gwida mgħotija mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Il-management tad-djar residenzjali għall-anzjani, riedu jassiguraw li jkun hemm 2% sodod vojta għall-kontinġenza,’minimu ta’ żewġ sodod. Minkejja dan, it-tielet sodda kellha tinżamm vojta fl-eventwalità li s-sodod l-oħra jiġu okkupati. Dawn is-sodod riedu jinżammu vojta minħabba l-każi suspetati ta’ Covid-19 sakemm jinħareġ ir-riżultat rispettiv. Din l-miżura ddaħlet fis-seħħ fit-tlett dati msemmija hawn taħt bil-persentaġġ ta’ kontinġenza ta’ sodod vojta rispettivament: · 11 t’April 2020 – 10% · 22 t’April 2020 – 5% · 08 t’April 2021 – 2% L-istess miżura tiġi fit-tmiema skont il-gwida mgħotija mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

Djar tal-Anzjani – Sodod ta’ Kontinġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min iħallas għas-sodod ta’ kontinġenza li jridu jitħallew vojta fid-djar tal-anzjani? Jista’ jagħti rendikot ta' kemm hu l-ammont ta’ sodod ta’ kontinġenza li jitħallew vojta f’kull dar tal-anzjani, dar b’dar minn meta daħlet din il-miżura sal-lum u kemm sew jiswew dawn is-sodod ta’ kontinġenza dar b’dar?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali tiġbor biss informazzjoni rigward l-ammonti ta’ sodod ta’ kontinġenza li għandha kull Dar Residenzjali tal-anzjani li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li kemm l-SCSA kif ukoll l-AACC ma jħallsux għas-soddod tal-kontinġenza.

Residenza San Vinċenz de Paul – istallazzjoni ta’ kanċell, bibien, rixtelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kanċell, bieb, xatba, rixtellu jew struttura oħra ġiet installata fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn Ġunju 2022 sal-lum? Jista’ jagħti rendikont ta’ fejn saru u wkoll kemm ġew jiswew dawn l-istrutturi kollha?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li x-xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet, tisbiħ u rinovar li jsir f’San Vinċenz de Paul huwa proċess kontinwu li jsir f’din ir-residenza, kif jirrifletti fid-diversi proġetti li saru biex dejjem ikomplu jitjiebu s-servizzi offruti. F'dawn l-aħħar snin fil-fatt, ġew installati 130 fire door ġdid u sistemi ġodda ta’ identifikazzjoni ta’ nar. B’referenza speċifika għall-mistoqsija, b’konsultazzjoni ma’ tekniċi u professjonisti, kif ukoll ma’ uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili, riċentament saru: · Partitions ġodda tal-gypsum biex jiġu lobbies ġodda ma' tliet swali, · rixtelli ġodda u oħrajn modifikati minn forma baxxa għal waħda aktar għolja f'disa' swali, · 4 rixtelli tal-ħadid f’ġonna u spazji miftuħa. Ix-xogħol fuqhom sewa madwar 12,000 ewro. L-għan ta’ dawn il-modifikazzjonijiet huwa dak li jsaħħaħ is-sigurta forst l-anzjani biex ikunu jistgħu jduru f’postijiet siguri u bl-anqas riskji, filwaqt li nibqgħu nippromwovu l-indipendenza tagħhom.

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.

Pensjoni tar-Romol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3055 u jgħid kemm kienet iż-żieda li ngħatat din is-sena lill-persuni kollha li jirċievu l-Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li kienu intitolati għal din iż-żieda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żieda fir-rata tal-pensjoni tar-romol kienet ta’ €5 fil-ġimgħa. Din iż-żieda tħallset €4.42 mar-rata tal-pensjoni filwaqt li d-differenza ta’ €0.58 tħallset mar-rata tal-bonus tal-għoli tal-ħajja. In-numru ta’ persuni li kienu intitolati għal din iż-żieda kien ta’ 17,621. B’riżultat ta’ miżura oħra mħabbra fil-Baġit 2022, 6,705 persuni li jirċievu l-pensjoni tar-romol, barra ż-żieda li ngħatat lil pensjonanti kollha msemmija fuq, irċievew ukoll żieda medja oħra ta’ €4.52 fil-ġimgħa. Din il-miżura taħseb biex gradwalment, fuq medda ta' snin, il-pensjonanti romol kollha se jkollhom il-pensjoni tagħhom aġġustata biex issir ekwivalenti għall-pensjoni li kieku jkollu l-konjugi tagħhom kieku għadu ħaj. L-aġġustament li jmiss se jsir fl-2023 wara li fil-Baġit 2023 tħabbret it-tkomplija tal-miżura.

Mediċini b’xejn – anzjani ta’ 80 sena u aktar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3057 u jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani fl-età ta’ 80 sena jew aktar sal-lum li qed jieħdu mediċini b’xejn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li huma benefiċjarji tal-Għajnuna Medika bla Ħlas jew kif inhi magħrufa l-Karta r-Roża, fl-età ta’ 80 sena jew aktar huwa ta’ 4149.

Persuni li għandhom il-Karta r-Roża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni f'Malta u f'Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni huma anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ persuni li għandhom il-Karta r-Roża f’Malta u Għawdex huwa 9,715. Minn dawn 7,251-il persuna għandhom ‘il fuq minn 60 sena.

Assistenza medika

Question

Jista' l-Ministru jispjega għal liema raġuni l-estimu għas-sena 2023 għall-assistenza medika tnaqqas bl-ammont ta' €1,813,000, meta mqabbel ma' dak approvat għas-sena 2022?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tqassim tal-allokazzjonijiet finanzjarji isir mill-Ministeru tal-Finanzi u x-Xogħol u jsir fuq tbassir li hu dipendenti fuq diversi fatturi. Ix-xejra fl-aħħar snin qed turi li minn sena għall-oħra qed ikun hemm tnaqqis fil-benefiċjarji, anke minħabba t-tnaqqis kbir li qed nesperjenzaw f’dik li hi dipendenza soċjali fejn fl-aħħar 9 snin naqsu b’aktar minn 9,000 dawk li jiddependu fuq l-assistenzi soċjali. Fil-fatt għall-2022 qed jirriżulta li l-estimu approvat ta’ €18,700,000 għall-Assistenza Medika mhux se jintefaq kollu u fl-aħħar tas-sena l-ammont minfuq fuq din l-assistenza se jkun anqas. Għaldaqstant fir-realtà mhux se jkun hemm it-tnaqqis li indikat l-Onor. Interpellant. Infakkar ukoll li l-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali huma self-appropropriated li jfisser li jkunu xi jkunu l-allokazzjonijiet finanzjarji fl-estimi, kull pensjoni u kull benefiċċju dovut irid bil-liġi jitħallas f’kull waqt.

Sptar Mater Dei – Hip replacement

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2897 u jgħid kemm saru operazzjonijiet għall-hip replacement fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list għall-hip replacement? Jista’ jgħid ukoll kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal hip replacement għal aktar miż-żmien stipulat fil-Patient Charter huma 132 persuna.