Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għal Għawdex – Helpers/Social Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena u xahar b'xahar, minn Jannar, 2017 sal-lum kemm kien hemm helpers/social assistants jaħdmu f'Għawdex impjegati mal-Ministeru għal Għawdex li kienu jaħdmu f'post partikolari, iżda telqu? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' xogħol ġdid qed jagħmlu llum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tispeċifika l-mistoqsija tagħha.

Għawdex – Dar San Ġużepp — spejjeż

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4678 dwar kemm intefqu flus s’issa fuq Dar San Ġużepp, jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq din id-dar fis-snin 2021 u 2022 sal-lum? Peress illi skont il-mistoqsija parlamentari 15524 sas-sena 2018 kienu ħarġu €3,399,152.60 u skont il-mistoqsija parlamentari 6085, fis-sena 2019 u fis-sena 2020 kienu ntefqu €24,460, jista' l-Ministru jikkonferma kemm hi s-somma globali sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4678.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – laqgħa mal-MUMN – direttivi dwar djar tal-anzjani

Question

Peress illi f'intervista li ta l-Ministru lill-ġurnal The Times of Malta fid-29 ta' Novembru 2022 qal li wasal iż-żmien li jiltaqa' mal-MUMN u jiddiskutu flimkien il-problema ta' anzjani li mhux qed jitħallew jidħlu f'San Vincenz de Paul jew fid-Djar Residenzjali minħabba d-Direttivi eżistenti li ilhom fis-seħħ għal diversi ġimgħat, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid jekk iltaqax mal-MUMN minn dakinhar sal-lum u jekk iva jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi u x'tip ta' żviluppi kien hemm? Jekk sal-lum għadu ma ltaqax, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta ser ikun qed jiltaqa' mal-MUMN?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

B’dispjaċir ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li saret il-laqgħa tal-20 ta' Ottubru 2022, ma sarux aktar laqgħat. It-tmexxija tal-unjin, li qed issir referenza għaliha, irrifjutat jew injorat diversi talbiet biex issir il-laqgħa li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellanta. Dawn it-talbiet simili saħansitra jmorru lura għal Lulju. Jien dejjem nibqa’ dispost li niltaqa’ għax irrid naġixxi dejjem fl-interess tal-anzjani kif ukoll il-ħaddiema u nemmen f’soluzzjonijiet ġusti għal kulħadd biex tibqa’ tingħata wkoll l-akbar attenzjoni u kura lir-residenti li huma fl-aktar pożizzjoni vulnerabbli.

Għawdex — Meals on Wheels – kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt għas-servizz tal-Meals on Wheels f'Għawdex? Jista' jgħid kemm qiegħed iħallas flus għal dan il-kuntratt, kemm hemm anzjani jużaw dan is-servizz, kemm qiegħed iħallas il-Gvern għal kull ikla u kemm qegħdin iħallsu l-anzjani għal kull ikla?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont li qed iħallas il-Gvern għal kull ikla huwa ta’ €3.57 (VAT inkluż). Hemm bejn 80 – 100 anzjan li qegħdin jużaw dan is-servizz kuljum. L-anzjani qegħdin iħallsu €2.33 (VAT inkluż) għal kull ikla.

Meals on Wheels – Performance Audit Report – monitoraġġ tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx monitoraġġ strutturat tas-servizz tal-Meals on Wheels skont kif ħareġ mill-Performance Audit Report tal-Awditur Ġenerali li ħareġ f'Novembru 2022? Jista' l-Ministru jgħid jekk jagħmilx monitoraġġ ta' dan is-servizz u jekk jagħmel, fiex jikkonsisti dan il-monitoraġġ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li monitoraġġ ma kienx qiegħed isir regolari fiż-żmien tal-pandemija tal-Covid-19. Il-monitoraġġ issa qiegħed isir b’mod iktar regolari. Huwa faċli issa li għadda kollox li wieħed jikkritika kollox però l-verità hi li l-Ministeru għal Għawdex ħa deċiżjonijiet ikkalkulati u spediti sabiex jissalvagwardja l-ewwel u qabel kollox s-saħħa tal-Għawdxin. Dan fl-istess waqt li l-Oppożizzjoni moħħha kien biex tiżra d-dubju u tagħmel il-bsaten fir-roti.

Meals on Wheels – satisfaction survey – riżultat

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi rriżulta mis-satisfaction survey li sar f'Diċembru 2021 dwar is-servizz tal-Meals on Wheels fost il-klijenti li jirċievu dan is-servizz? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultat ta' dan is-survey kif ukoll dak li sar f'April 2019?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Annessi hawn ir-riżultari tas-satisfaction surveys li saru f’April 2019 u f’Diċembru 2021.

Residenza San Vinċenz de Paul – Sala St Joseph 2 – impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu fis-Sala St Joseph 2 fir-Residenza San Vinċenz de Paul fil-ġurnata li seħħ l-allegat abbuż fuq anzjan fl-istess sala u li kien irrapportat fil-media? Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-grad ta' kull impjegat u kemm minnhom kienu impjegati mal-Gvern u kemm minnhom kienu tal-kuntrattur?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 20 impjegati jaħdmu fis-Sala St Joseph 2 li 4 minnhom huma impjegati mal-Gvern u s-16 l-oħra huma impjegati mal-Kuntrattur. Il-Grad u l-ħinijiet li kienu fil-ward huma kif ġejjin: 1 Charge Nurse (7AM-4PM) 1 Nurse (7AM-7PM) 2 Nurse (7AM-1PM) 1 Nurse (1PM-7PM) 5 Carers (7AM-7PM) 1 Carer (7AM-5PM) 1 Carer (7AM-2.15PM) 1 Carer (1PM-6PM) 2 Carer (1PM-7PM) 1 Carer (7AM-12.30PM) 1 Carer (7AM-1PM) 1 Cleaner (7AM-12.30PM) 1 Cleaner (7AM-6PM) 1 Ward Clerk (7AM-3PM)

Dementia Activity Centres – servizz tat-trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix provdut trasport lill-persuni li jattendu d-Dementia Activity Centres li għandna f'Malta u f'Għawdex? Jekk le, jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li joffri dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trasport huwa pprovdut fiċ-ċentru ta’ Dar Padova, Għajnsielem, Għawdex. Għalissa qed tiġi evalwata d-domanda għat-trasport minn min juża ċ-ċentri tal-Imtarfa u ta' Ħal Safi.

Djar tal-anzjani – sodod vojta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx sodod vojta/mhux okkupati fid-Djar Residenzjali tal-Gvern? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm sodod vojta f'kull Dar tal-Anzjani?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentaru numru 4140, li ngħatat rigward ir-Residenza San Vinċenz de Paul, ninformaha wkoll li sal-1 ta’ Diċembru 2022 kellna 34 sodda vojta fid-djar residenzjali tal-Gvern. Wara s-sospensjoni tal-miżuri mill-union, dawn is-sodod se jimtlew kollha s’għada.

Home Help – Performance Audit Report – servizzi lil uffiċini tal-Gvern u NGO

Question

Peress illi s-servizz tal-Home Help huwa intiż biex iżid l-indipendenza tal-anzjani fil-komunità u dan is-servizz jingħata fid-djar tal-anzjani fejn jirrisjedu l-anzjani, jista' l-Ministru jispjega kif intefqu nofs miljun Euro mill-1.6 miljun Euro li ntefqu fuq dan is-servizz għas-sena 2021 sabiex jingħata servizz ta' Home Help fl-uffiċini tal-Gvern ġewwa Għawdex u wkoll f'uffiċċju ta' NGO partikolari, u dan skont kif jirriżulta mill-Performance Audit Report li ħareġ l-Awditur Ġenerali f'Novembru 2022? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm helpers li taw dan is-servizz fl-uffiċini tal-Gvern u fl-uffiċċju tal-NGO u jgħid ukoll f'liema uffiċċji ngħata dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-helpers kienu tal-kuntrattur u kemm minnhom kienu social assistants ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport tal-NAO jikkonkludi bl-aktar mod ċar u kategoriku li, u qed nikkwota “there is no doubt that, in general, the public money expended by MGOZ contributed positively to the welfare of elderly persons living within the community or in residential care homes in Gozo. This statement implies that MGOZ has set up the foundations for expanding its services to an increasingly ageing population in terms of broadening the scope of services and improving on the quality of their delivery.” Ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li infurmat li l-NGO msemmija fejn qed jingħata s-servizz tal-Homehelp hija l-Inspire li tagħmel bosta ġid ma’ tfal u persuni b’diżabiltà kif ukoll fl-istess operat tal-Homehelp. Dan is-servizz ilu jingħata lil din mis-sena 2001 meta twaqqfet f’Għawdex, jigiferi, introduċieh il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-gvern b’Ministru Nazzjonalista. Filwaqt li l-Gvern preżenti ma ħassx li jwaqqaf dan is-servizz, il-Ministeru huwa kommess li jkompli jtejjeb l-operat tad-dipartiment responsabbli.

Home Help – Performance Audit Report – sigħat allokati

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fis-sena 2021 kien hemm diskrepanza ta' 42,869 siegħa bejn is-sigħat allokati għas-servizz tal-Home Help ġewwa Għawdex u s-sigħat li verament ġew mogħtija u utilizzati mill-anzjani li kienu eleġibbli għal dan is-servizz, u dan skont kif jirriżulta mill-Performance Audit Report maħruġ mill-Awditur Ġenerali f'Novembru 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-social assistants kollha jaħdmu fil-qasam tal-anzjani u nies b’diżabiltà.

Home Help – Performance Audit Report – passi kontra l-abbuż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu sabiex jara min kien qiegħed japprova li jingħata servizz ta' Home Help fl-uffiċċji tal-Gvern ġewwa Għawdex kif ukoll fl-uffiċċju ta’ NGO partikolari u wkoll talli l-istess servizz ma kienx qed jingħata lil min verament kellu bżonnu, u dan skont kif jirriżulta mill-Performance Audit Report maħruġ mill-Awditur Ġenerali f'Novembru 2022? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu kontra dan l-abbuż?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għar-risposti mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari numri 4673 u 4674.

Għawdex — Home Help – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni jistennew sabiex jingħataw is-servizz tal-Home Help f'Għawdex? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm idumu sabiex jiġu pproċessati dawn l-applikazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dawn l-aħħar xhur kien hawn nuqqas ta’ infermiera li jagħmel l-assessjar. Il-Ministeru għal Għawdex, riċentament ingaġġa infermier ieħor u l-assessjar ta’ anzjani li applikaw għas-servizz tal-Homehelp beda jsir fuq bażi regolari.

Ministeru għal Għawdex — kuntratti ma’ hotel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt jew kull kuntratt eżistenti li l-Ministeru tiegħu kellu u/jew għandu mal-operaturi tal-Hotel, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid jekk il-kuntratt jew kuntratti ingħatawx b'direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-valur ta' kull kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13581.

Għawdex – Dar San Ġużepp – spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu flus sa issa fuq Dar San Ġużepp, li dan il-Gvern ilu jwiegħed mis-sena 2013? Jista' jagħti rendikont tal-ispejjeż kollha li saru sa issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għar-risposti mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari numri 15524 u 6085.

Anzjan li nħareġ mill-Isptar Mater Dei bil-pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4072, peress li ma ntalbet ebda informazzjoni medika fuq ebda pazjent individwali, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb din id-domanda u jgħid għaliex il-persuna kkonċernata nħarġet mill-Isptar Mater Dei bil-Pulizija u jgħid ukoll għaliex il-familja ma ġewx infurmati b'din id-deċiżjoni li jiġi rrilaxxat u wkoll bid-deċiżjoni li jinħareġ mill-isptar mill-Pulizija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4072.

Ħamrun — statistika dwar ir-residenti tal-lokalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Ħamrun? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: Numru ta' persuni li jgħixu fil-Ħamrun skont is-sess u l-eta' IrġielNisaTotal Nru.%Nru.%Nru.% 0 - 1462511.255211.21,17711.2 15 - 2455610.04168.49729.2 25 - 442,04636.71,49330.23,53933.7 45 - 641,29323.21,14023.12,43323.1 65+1,05118.91,34227.12,39322.8 Total5,571100.04,943100.010,514100.0 Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021

Marsa — statistika dwar residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Marsa? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija fit-tabella hawn taħt. Numru ta' persuni li jgħixu fil-Marsa skont is-sess u l-età IrġielNisaTotal Nru.%Nru.%Nru.% 0 - 1433610.730813.364411.8 15 - 2442113.423210.065311.9 25 - 441,17637.463427.31,81033.1 45 - 6463220.149621.41,12820.6 65+58318.565028.01,23322.5 Total3,148100.02,320100.05,468100.0 Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021

Santa Venera — statistika dwar residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità ta’ Santa Venera? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija fit-tabella hawn taħt. Numru ta' persuni li jgħixu f'Santa Venera skont is-sess u l-età IrġielNisaTotal Nru.%Nru.%Nru.% 0 - 1470115.664414.81,34515.2 15 - 2447610.64159.689110.1 25 - 441,68037.41,54535.63,22536.5 45 - 6489720.084919.51,74619.8 65+73716.489020.51,62718.4 Total4,491100.04,343100.08,834100.0 Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021

Tal-Pietà u Gwardamanġa — statistika dwar residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-aħħar statistika li għandu dwar in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-lokalità tal-Pietà u Gwardamanġa? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u nisa kif ukoll kemm minnhom huma tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija fit-tabella hawn taħt. Numru ta' persuni li jgħixu f'Tal-Pietà skont is-sess u l-età IrġielNisaTotal Nru.%Nru.%Nru.% 0 - 1431910.02669.95859.9 15 - 242929.12338.75258.9 25 - 441,52347.61,03538.52,55843.4 45 - 6458718.352519.51,11218.9 65+48115.063123.51,11218.9 Total3,202100.02,690100.05,892100.0 Sors: Informazzjoni preliminari miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar 2021