Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vittma ta’ vjolenza domestika f’Malta u f’Għawdex qegħdin jingħataw xi forma ta’ għajnuna? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom għandhom aktar minn 60 sena u kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll x’forma ta’ għajnuna qed tingħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha jinsab fit-tabelli mehmużin ma’ din it-tweġiba.
Nippreċiża wkoll li din hija statistika għall-ewwel sitt (6) xhur tas-sena li għaddiet 2022 għax l-istatistika annwali għad trid tiġi ppubblikata. Dan billi, għall-konformità l-FSWS tippubblika l-istatistika sa nofs is-sena fil-bidu ta’ Otturbu ta’ wara fl-istess sena waqt li tippubblika l-istatistika għas-sena sħiħa għall-bidu ta’ April tas-sena ta’ wara.
1.
Għadd ta’ każijiet li ġew mgħejjuna mid-
Domestic Violence Unit tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS
Jannar sa Ġunju 2022 skont is-sess.
IRĠIEL
NISA
TOTAL
Numru ta’ każijiet
185
1367
1552
2.
Għadd ta’ każijiet li ġew
mgħejjuna mid-Domestic Violence Unit
tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS u QABŻU s-60 sena
Jannar sa Ġunju 2022 skont is-sess.
IRĠIEL
NISA
TOTAL
Numru ta’ każijiet li qabżu s-60 sena
55
204
259
3.
Tip ta’ għajnuna (interventions / interventi) li ngħatat
Tipi ta’ Interventi
Għadd ta’ Interventi
Accompanying Others
36
Administration related to casework
375
Admissions
10
Adolescent Treatment Group
1
Assessment
279
Case Conference
2
Case discussion and networking
821
Case Review
3
Child Minding
1
Confrontation session
1
Court related work
96
Crisis Intervention
10
Family/Couple session
1
Generic session (follow up on action/care plan; re assessment; info gathering)
2230
Giving Evidence
3
Group Supervision
1
Handover Meetings
2
Helping/Supportive session
1051
Individual Supervision
17
Medical Appointments
1
Medical Emergency
1
Office Note
144
Professional’s meetings
297
Risk Assessment
289
Safety planning session
1
Support Group (SU)
1
Telephone Call
1921
Transportation
1
Total Kumplessiv ta’ Interventi
7596
3.1. Nota
It-total kumplessiv ta’ interventi huwa ferm akbar mill-għadd ta’ persuni li rċevew għajnuna kif mehmuża f’ tabella numru 1 għax kull persuna tingħata aktar minn intervent wieħed. Fil-fatt din l-istatistika turi li l-1,552 persuna li rċevew għajnuna ħadu medja ta’ 5 interventi kull waħda / wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Central Home, il-Mosta sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income.
Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha.
L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Arkati, il-Mosta sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income.
Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha.
L-informazzjoni l-oħra mitluba ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.
San Pawl il-Baħar – Casa San Paolo –sodod mixtrija mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo, San Pawl il-Baħar sena b’sena minn meta daħal f’dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed iħallas illum għal kull sodda u wkoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħlas dovut mill-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jidħlu fid-djar tal-anzjani huwa regolarizzat skont l-Avviż Legali 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat. Kull persuna li ssir residenti ta’ dan is-servizz residenzjali, meta/jew wara li daħlu b’effett dawn ir-regolamenti, u min qed jirċievi kura ta’ livell 1, għandu jikkontribwixxi 60% minn kull pensjoni, għajnuna soċjali u bonus li jirċievi, nett mit-taxxa fuq l-income, u 60%, minn kull qligħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha l-istima ta' qligħ bħal dak issir għall-finijiet ta' dawn ir-regolamenti, nett mit-taxxa fuq l-income.
Minkejja dan, il-kontribuzzjoni magħmula mir-resident ma tistax tkun tali li tħalli lir-resident b’anqas minn €1,397.62 fis-sena biex ikunu għad-dispożizzjoni tiegħu/tagħha.
L-informazzjoni l-oħra mitluba l-oħra ma tistax tingħata minħabba li din hija kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4873 u jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija msemmija hawn taħt:
(a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940;(b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955;
(c) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u
(d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali illum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja singola?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali illum mingħajr il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għal persuna li għandha pensjoni kontributorja tal-miżżewġin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni sal-lum li qed jirċievu l-pensjoni tal-età? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm hi n-nefqa tal-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn nisa li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tar-raġel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hawn irġiel li jirċievu Pensjoni tar-Romol? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dritt għall-pensjoni tagħhom, iżda minflok għażlu li jirċievu l-pensjoni tal-mara?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn pazjenti f’Malta u f’Għawdex li għandhom bżonn il-mediċina Golexin Implant 3.6 mg? Minħabba li din il-mediċina hija out of stock u hawn nuqqas ta’ supply, jista' jgħid jekk hux il-pazjenti kollha qed jingħataw din il-mediċina? Jekk le, jista' jgħid kemm-il pazjent qed jiġi affettwat? Jista’ jgħid ukoll kemm jista’ jkun in-numru ta’ pazjenti li mhux se jkunu moqdija sakemm tiġi riżolta din il-problema? Jista’ jiggarantixxi li jekk in-numru ta’ pazjenti li għandhom bżonn din il-mediċina jiżdied, dawn il-pazjenti se jkunu moqdija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Golexin Implant 3.6 mg mhux out of stock.
Fid-dawl li ġew istallati Reverse Vending Machines madwar Malta u Għawdex, u filwaqt li kulħadd jaqbel li din l-iskema hija bżonjuża, tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn magni f’kull lokalità, lokalità b’lokalità, u jekk dawn humiex biżżejjed sabiex jaqdu l-konsumaturi kollha li jridu jagħmlu użu minnhom? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet sabiex dawn il-magni jkunu aktar aċċessibbli għall-anzjani li qegħdin isibuha diffiċli sabiex ikunu jistgħu jużawhom mingħajr diffikultà?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fir-rigward tar-Reverse Vending Machines minn dakinhar li weġibt mistoqsija 4174 il-magni komplew jiżdiedu, għaldaqstant qed inpoġġi lista aġġornata fuq il-Mejda tal-Kamra bid-dettalji tal-lokalitajiet u l-istabbilimenti kummerċjali kollha fejn jinsabu r-Reverse Vending Machines.
Il-pjanijiet huma li dawn ikomplu jiżdiedu ħalli jiġi assigurat li l-konsumaturi jinqdew mill-aħjar possibbli.
F’dak li jirrigwarda magni ġodda u aċċessibilità, nirreferiha wkoll għat-tweġibiet li kont tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 4175 u 4176, fejn kont anke spjegajt dwar is-sistema manwali li qed titħaddem minn dawk il-bejjiegħa bl-imnut li fl-istabbilimenti tagħhom m’għandhomx Reverse Vending Machine. Tajjeb nirrimarka wkoll li l-Gvern qed jiddiskuti mal-operatur privat li qed iħaddem din l-iskema, biex ikun hemm soluzzjonijiet sabiex tikber l-aċċessibilità u jonqsu dejjem aktar id-diffikultajiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru globali ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu Pensjoni Kontributorja f’kull kategorija imsemmija hawn taht:
(a) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1920 u 1940;
(b) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1941 u 1955;
(c) Pensjonanti li twieldu bejn is-sena 1956 u 1961; u
(d) Pensjonanti li twieldu bejn is-snin 1962 u 1965?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux ilmenti dwar il-kwalità tal-ikel li qed jiġi pprovdut f’Dar San Ġużepp, il-Fgura? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il rapport sar f’din l-aħħar sena u x’miżuri ttieħdu? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux spezzjonijiet sabiex jinvestigaw dawn l-ilmenti u jekk saru, jista’ jagħti spjega ta’ kif saru u min kien preżenti għal dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din is-sena l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità rċeviet żewġ ilmenti dwar il-kwalità tal-ikel li qed jiġi pprovdut f’Dar San Ġużepp, il-Fgura. Kull ilment jiġi spezzjonat mis-sezzjoni tal-Quality Assurance. Waqt l-ispezzjoni t-tim tal-QA jiddiskuti mal-anzjani. Waqt spezzjoni fuq ilment dwar l-ikel, il-QA ikunu preżenti meta jitqassam l-ikel biex jassiguraw li l-ikel u s-servizz li qed jiġu offruti jkunu ta’ livel addattat. Meta jkun hemm nuqqas, it-tim tal-QA jiġbed l-attenzjoni tal-maniġment tad-dar u jsegwi sakemm jiġi ndirizzat.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA) hija l-awtorità responsabbli tal-istandards fid-djar residenzjali kollha. Ilmenti, investigazzjoni u spezzjonijiet jiġu kkordinati wkoll b’mod indipendenti min-naħa ta’ din l-awtorità. Infatti, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali din is-sena rċiviet sitt ilmenti dwar l-ikel li minnhom tlieta kienu veritiera u t-tlieta l-oħra fejn ma nstabux provi dwar dak li ġie ilmentat. It-tim tal-Ispettorat fi ħdan l-Awtorità jinvestiga kull ilment li jirċievi, billi jagħmel spezzjoni fi servizz partikolari. Rigward il-kwistjoni tal-ikel l-Awtorità ukoll issaqsi lil anzjani residenti fid-dar imsemmija u ħarġet dawn il-miżuri sabiex il-livell tas-servizz jitjieb:
• Id-dar residenzjali għandha tagħti struzzjonijiet lil kumpanija ta’ min jipprovdi l-ikel sabiex is-soppa tkun iktar konsistenti minn dik li kienet qiegħda diġà qed tipprovdi.
• Waqt il-ħin tal-ikel, il-maniġment u l-istaff għandhom jipprovdu lir-residenti b’tazzi, platti u pożati li huma mingħajr disinn, u fejn il-kuluri joħolqu kuntrast mal-mejda.
• L-istaff għandu jispjega l-ikel li jiġi ippreżentat fil-platt lill-anzjan sabiex ir-resident ikun jista’ jiddistingwi bejn ikel u ieħor. Dan għandu jassigura li jiġi offrut tip wieħed (tal-ikel kull darba).
• Il-maniġment u l-istaff għandhom jipprovdu lir-residenti b’ikliet li huma nutrizzjonalment ibbilanċjati u b’kontenut baxx ta’ xaħam, zokkor u sodju, għall-ħtiġijiet djetetiċi tagħhom inklużi l-allerġiji u l-intolleranzi għall-ikel u fi kwantitajiet u kwalitajiet li huma adattati għalihom.
Ir-residenti kollha għandhom jingħataw għażla ta’ ikel, inklużi dawk bi ħtiġijiet djetetiċi differenti u bi bżonnijiet relatati mal-konsistenza tal-ikel.
B'referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4683, jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi evalwata d-domanda għat-trasport minn min juża wkoll id-Dementia Activity Centre f'San Vinċenz de Paule?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dementia Activity Day Centre ġewwa San Vinċenz de Paul huwa servizz li jingħata lil persuni b'din il-kundizzjoni fil-komunità. Il-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz jipprovdu t-trasport huma stess skont il-kumditajiet tal-ħinijiet tagħhom.
Mhux eskluż li fil-futur din il-possibbiltà tiġi kkunsidrata.
Ministeru għal Għawdex – kuntratti mal-Lukanda Downtown
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4677 u peress illi fil-mistoqsija parlamentari 13581 ma tpoġġew ebda kuntratti li l-Ministeru għamel mal-operaturi ta' Downtown Hotel, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull kuntratt li sar bejn il-Ministeru u l-operaturi ta' Downtown Hotel?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4677.
Għawdex – Anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li applikaw għas-servizz ta’ home help
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin kemm kien hemm anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali Għawdxin li applikaw għas-servizz ta' Home Help fid-djar residenzjali tagħhom, imma ma ngħatawx dan is-servizz?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 4790 – Lista ta Anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali li applikaw għas-servizz ta’ home help tabella.pdf
Jista' l-Ministru jelenka s-servizzi kollha li jingħataw mis-social assistants li huma ngaġġati mal-kuntrattur li jagħti s-servizz tal-Home Help?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-deskrizzjoni tax-xogħol tas-Social Assistants fejn hemm deskritt is-servizzi kollha li jingħataw mis-social assistants li huma ingaġġati mal-kuntrattur li jagħti s-servizz tal-Home Help tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent l-ammont ta' social assistants ingaġġati mal-kuntrattur li jagħti s-servizz tal-Home Help? Jista' jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma barranin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm total ta’ 105 Social Assistants ingaġġati mal-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu fil-preżent l-ammont ta' social assistants ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jgħid kemm minnhom huma Għawdxin u jgħid ukoll jekk hemmx xi barranin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm total ta’ 19.