Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paul – salarji tal-carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-salarji tal-carers li jaħdmu mal-Gvern ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul humiex identiċi għas-salarji tal-carers li jaħdmu mal-kuntrattur ġewwa l-istess Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-salarji u l-perkaċċi tal-carers kollha li jaħdmu f’din ir-Residenza?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-carers li jaħdmu mal-Gvern fir-Residenza San Vinċenz De Paul jitħallsu salarji fi skala skont il-grad kif stipulat fl-MOU ffirmat mat-Trade Unions rappreżentattivi fl-2018. L-iskala tas-salarji tvarja minn skala 17 sa skala 12 skont il-grad. Il-carers jibbenefikaw minn allowances kif stipulat fil-ftehim dwar in-Nursing Support Services grades iffirmat fis-06 ta’ Marzu 2008. Fir-Residenza ta’ San Vinċenz De Paul hemm numru ta’ Care and Support Workers li jiġu ingaġġati mill-kuntrattur fi skala 17 u jitħallsu skont ir-rata ta’ dik l-iskala.

Residenza San Vinċenz de Paul – kondizzjonijiet tax-xogħol tal-carers

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet ta’ xogħol li għandhom il-carers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul, kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll dawk li jaħdmu mal-kuntrattur?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ftehim tal-kundizzjonijiet tal-carers li jaħdmu mal-Gvern f’San Vinċenz de Paul qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Care and Support Workers tal-kuntrattur mhumiex impjegati tal-Gvern u l-kundizzjonijiet tagħhom jiġu speċifikati mill-kuntrattur.

Residenza San Vinċenz de Paul – kwalifiċi tal-carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi jrid ikollhom il-carers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul, kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll dawk li jaħdmu mal-privat?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kwalifiċi tal-carers li jaħdmu mal-Gvern f’San Vinċenz De Paul huma dawn: Health Carer I: Ċertifikat jibda minn MQF Level 2 Health Carer II: Ċertifikat MQF Level 3 Senior Health Carer: tinħareġ applikazzjoni interna għal dawk il-Health Carers II fil-pussess ta’ Ċertifikat MQF Level 4 Il-Care and Support Workers li jaħdmu mal-kuntrattur hu rikjest li jkollhom ċertifikat ta’ Support Carers Course (MQF Level 3)

Residenza San Vinċenz de Paul – taħriġ lil carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ qed jingħata lill-carers li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kemm-il darba jingħata, meta jingħata u jekk dan it-taħriġ huwiex ‘ongoing’?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull impjegat irid ikollu għarfien bażiku bħala carer f’livell mhux inqas minn MQF 3. Hemm skeda ta’ taħriġ kontinwu organizzat mit-Training Centre ta' San Vinċenz de Paul li tinkludi: 1. Sessjonijiet ta’ Taħriġ l-Ħadd – prinċipalment dawn jikkonsistu f’ refresher courses 2. On-site training jiġifieri taħriġ fis-swali fuq il-lant tax-xogħol 3. Taħriġ individwali kif ikun meħtieġ 4. Kors tad-dimensja li huwa kors immirat għal dawk l-impjegati li jkunu jridu ikabbru l-għarfien tagħhom fuq persuni bid-dimenzja. Temi li jiġu trattati frekwentement fil-programmi ta' taħriġ huma ħafna fosthom: 1. Użu ta’ tgħamir protettiv (Use of personal protective equipment) 2. Kif nikkontrallaw l-infezzjonijiet u ħasil tal-idejn adegwat (Infection control and proper Hand hygiene techniques) 3. Transferiment ta’ resident mis-sodda għal fuq pultruna eċċ u lura (Moving and handling of residents) 4. Iġjene tal-ikel (Food handling) 5. Għarfien u kura ta' feriti (Pressure ulcer awareness and use of pressure relief equipment) 6. Taħrig fuq il- kontinenza, użu tal-prodotti għall-inkontinenza u kura ta persuni li jagħmlu użu minnhom. (Incontinence Care and Care of a resident with a urinary catheter)

Taħriġ għall-carers barranin fil-lingwa Maltija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7370, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-carers kollha barranin jintalbux joqogħdu għall-‘Maltese Proficiency Test’?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha fil-kuntratt li is-Service Provider irid jipprovdi minimu ta’ 25 % tal-carers matul il-jum u 10 % tal-carers matul il-lejl li huma kapaċi jikkomunikaw b’mod fluwenti kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll f’dik Ingliża. B’hekk anzjani li ma jikkomunikawx bl-Ingliż huma żgurati li jkun hemm carers li jistgħu jikkomunikaw magħhom bil-Malti.

Residenza San Vinċenz de Paul – sodod u carers fis-swali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm sodod f’kull sala fir-Residenza San Vinċenz de Paul u ta’ kemm hu n-numru ta’ carers li jaħdmu f’kull shift f’kull sala?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ sodod fis-swali jvarja minn 17 sa 38 u għaldaqstant in-numru tal-carers ġo kull sala ivarja a pari man-numru tas-sodod u anke mal-funzjoni partikolari tas-sala jiġifieri. Sala Ġenerali għandha ratio ta’ 1:5 u 1:7 jiġifieri carer wieħed għal kul ħames jew seba’ anzjani rispettivament skont il-ħin tal-ġurnata filwaqt li Sala għall persuni bid-dimensja għandha ratio ta' 1:4 il-ġurnata kollha.

Ċentru Servizz Anzjan — ħaddiema f'Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8307 jista' l-Ministru jkun aktar ċar u jgħid kemm qed jiswa s-servizz li qed jingħata mit-tliet kuntratturi fiċ-Ċentru Servizz Anzjan fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat, Għawdex?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ċentru Servizz Anzjan — ħaddiema f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-kuntrattur li qed jipprovdi l-ħaddiema fiċ-Ċentru Servizz Anzjan f'Għawdex? Jista' jgħid jekk dan il-kuntratt ingħatax permezz ta’ tender jew direct order? Jista' jgħid kemm hu l-valur ta' dan il-kuntratt?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar il-kuntratti tal-ħaddiema fiċ-Ċentru Servizz Anzjan fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, Għawdex huma kif ġej: Grad Kuntrattur Tender/Direct order Valur tal-kuntratt Clerk Signal 8 Security Services Ltd Tender €2,248,881 għal tliet snin għall-entitajiet kollha tal-AAKK Cleaner X Clean Direct Order €1,356,783.78 għal sena għall-entitajiet kollha tal-AAKK* Security Officer Signal 8 Security Services Ltd Tender €370,939.72 għal erba’ snin għall-entitajiet tal-AAKK f’Għawdex ** *Din hi direct order għal sena minħabba li t-tender għadu ma ntrebaħx għax qiegħed fil-proċess ta’ appell. ** Dan il-kuntratt għadu kemm ingħata u bħalissa qegħdin fil-proċess ta’ Transfer of Business bejn il-kuntrattur il-ġdid u l-kuntrattur li kien hemm qabel.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti preżenti li qed jagħtu servizzi ta' konsulenza lill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u lid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità? Jista' jagħti dettalji dwar kull servizz li qed jingħata minn kull konsulent, kemm hu t-terminu għal kull konsulenza u kemm qed jitħallas kull konsulent għal dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm tmien konsulenti li qed jagħtu s-servizzi tagħhom ta’ kunsulenza kif indikat fit-tabella annessa. Isem Terminu Paga fis-sena Alex Attard Sena (Part time 10 hrs) €9,397.50 Stefano Buontempo Tliet snin €40,967 Justyne Caruana Tliet snin (Part time 20 hrs) €20,483.50 Mario Azzopardi Sena (Part time 30 hrs) €29,235.17 Marvin Formosa Sena (Part time 15 hrs) €14,096.25 Ronald Vassallo Sena (Part time 10 hrs) €8,451.50 Warren Grech Sena (Part time 15 hrs) €12,677.25 Carmen Dalli Sena (Part time 20 hrs) €18,795

Għawdex – servizzi għall-anzjani

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7787 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6879, jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi għall-anzjani qed jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u liema huma dawk is-servizzi għall-anzjani li jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex peress li din it-tweġiba ma tirrigwarda bl-ebda mod dan is-suġġett?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jipprovdi diversi servizzi f’Għawdex għall-anzjani Għawdxin. Dawn is-servizzi li qed jiġu provduti mill-klinika multidixxiplinari ta’ Dar Padova f’Għajnsielem huma; Servizz ta’ Flebotomija (Teħid tad-demm); Servizz Domiċiljari ta’ Infermier u Carer; Servizz ta’ Kontinenza (b’kollaborazzjoni mal-Ministeru t’Għawdex), Klinika Vaskulari, Servizzi ta’ Podjatrija, Occupational Therapy, Servizz Dijetetiku Domiċiljari u ta’ Nutrizzjoni, Servizz ta’ Night Shelter, Servizz ta’ Psikoterapija, Interventi mit-Tim tad-Dimensja, Ċentru tal-Attività tad-Dimensja u s-servizz ta’ trasport għall-anzjani magħruf bħala Silver-T. Fir-rigward ta’ servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex, nistieden lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Rabat, Għawdex – Triq ir-Repubblika – Ċentru Servizz Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li qed jintuża bħala Ċentru Servizz Anzjan fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex, ġiex akkwistat mill-Ministeru tiegħu jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-akkwist jew tal-lokazzjoni? F'każ ta' lokazzjoni, jista' jgħid ukoll għal kemm żmien ġie mikri u kemm qed titħallas kera għal din il-kirja?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rabat, Għawdex – Triq ir-Repubblika – Ċentru Servizz Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'servizzi qed jingħataw miċ-Ċentru Servizz Anzjan li nfetaħ fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li miċ-Ċentru Servizz Anzjan, li jinsab ġewwa r-Rabat Għawdex, jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tal-anzjani għad-diversi servizzi li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Għaldaqstant minn dan l-uffiċċju jingħata wkoll servizz ta’ informazzjoni u direzzjoni medika lill-anzjani dwar dawn is-servizzi. L-anzjani Għawdxin jistgħu wkoll jirrikorru għal dan l-uffiċċju biex jakkwistaw il-formola tal-applikazzjoni għal xi servizz u kif ukoll jekk isibu xi diffikultà biex jimlew l-istess applikazzjoni.

Għawdex – servizzi għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi għall-anzjani qed jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u liema huma dawk is-servizzi għall-anzjani li jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija b’rabta mal-mistoqsija parlamentari 6879 tas-seduta Numru 101 tal-20 ta’ Marzu 2023. Għar-rigward ta’ servizzi għall-anzjani offruti mill-Ministeru għal Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz ta’ trasport għal min ikun qed iżur ir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7451, jista' l-Ministru jgħid min hu l-operatur imqabbad mill-Kumitat tal-Welfare biex jagħti servizz ta' shuttle waqt il-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi? Jista' jgħid ukoll kemm qed jiswa dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Università tat-Tielet Età — Ċentri ta’ Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri li qed jattendu l-Università tat-Tielet Età fiċ-ċentri kollha madwar Malta u Għawdex, maqsumin skont l-età, kif ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 647 membru li jattendu l-Università tat-Tielet Età, 148 huma rġiel filwaqt li 499 huma nisa. L-età tal-membri tvarja bejn is-60 u t-98 sena.

Università tat-Tielet Età — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni attendew s’issa l-Università tat-Tielet Età, sena b’sena, mis-sena 1993 minn meta ġiet imwaqqfa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Sena akkademika Rġiel Nisa Total 1993 35 138 173 1993 – 1994 30 117 147 1994 – 1995 81 322 403 1995 – 1996 121 483 604 1996 – 1997 170 676 846 1997 – 1998 164 656 820 1998 – 1999 166 660 826 1999 – 2000 176 701 877 2000 – 2001 160 638 798 2001 – 2002 148 591 739 2002 – 2003 148 588 736 2003 – 2004 134 532 666 2004 – 2005 130 517 647 2005 – 2006 109 530 639 2006 – 2007 144 538 682 2007 – 2008 64 499 563 2008 - 2009 134 510 644 2009 – 2010 102 501 603 2010 – 2011 155 572 727 2011 – 2012 112 530 642 2012 – 2013 128 582 710 2013 – 2014 140 510 650 2014 – 2015 119 521 640 2015 – 2016 149 531 680 2016 – 2017 195 510 705 2017 – 2018 172 482 654 2018 – 2019 197 575 772 2019 – 2020 252 620 872 2020 – 2021 109 209 318 2021 – 2022 133 420 553 2022 – 2023 148 499 647

Il-Furjana– Dar il-Mistrieħ – rilokazzjoni ta’ anzjani residenti waqt xogħlijiet ta’ rinnovar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw sabiex jiġi deċiż min mill-anzjani li bħalissa jirrisjedu f’Dar il-Mistrieħ fil-Floriana se jiġi rilokat waqt ix-xogħlijiet li se jkunu qed isiru u min se jibqa’ jirrisjedi fid-dar waqt dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk min ilu jirrisjedi għal żmien twil f’din id-dar u ma jixtieqx jiġi rilokat, jingħatax preferenza fuq min daħal l-aħħar f’din id-dar?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel ser jiġu rilokati dawk ir-resident li offrew li jagħmlu dan b’mod volontarju. Jekk ma jkunx hemm rilokazzjonijiet volontarji biżżejjed biex isiru ix-xogħlijiet, ser jiġu rilokati dawk ir-residenti li daħlu l-aħħar. Dawn ir-rilokazzjonijiet qed isiru wara konsultazzjoni mat-tim interdixxiplinarju mediku.

Il-Furjana – Dar il-Mistrieħ — rilokazzjoni ta’ anzjani residenti waqt xogħlijiet ta’ rinnovar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti garanzija lil kull anzjan li se jiġi rilokat f’dar residenzjali oħra waqt ix-xogħlijiet li se jkunu qed isiru f’Dar il-Mistrieħ, fil-Floriana, li ser jerġa’ jsib postu f’din id-dar residenzjali wara li jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk ir-residenti li jiġu rilokati minn Dar il-Mistrieħ fil-Floriana waqt ix-xogħlijiet, ser jinżammilhom il-post biex xħin jitlesta x-xogħol ikunu jistgħu jerġgħu lura f’Dar il-Mistrieħ, sakemm ma tkunx l-għażla tar-resident li ma jgħamilx dan.

Sptar Mount Carmel – oġġetti li jinxtraw mir-residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-oġġetti kollha, inkluż tal-ikel, li jinxtraw mir-residenti tal-Isptar Mount Carmel u jindika wkoll il-prezz ta’ kull oġġett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kura u l-bżonnijiet kollha, inkluż l-ikel, jingħataw b’xejn bħala parti mis-servizz ġewwa Mount Carmel.