Residenza San Vinċenz de Paule — Tibdil ta’ purtieri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba jinbidlu l-purtieri ta’ bejn is-sodod fis-swali ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll min jipprovdi dawn il-purtieri u kemm jiswew?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul dawn l-aħħar snin sar rinovar f’diversi swali f’San Vinċenz de Paul u parti minn dan ix-xogħol jinkludi wkoll it-tibdil tal-purtieri antiki għal oħrajn ġodda. Il-proċedura hija li għal dawn il-purtieri, jinxtara d-drapp u jiġu meħjuta mill-ħajjata ta’ San Vinċenz de Paul.
In-nefqa tvarja skont id-daqs tas-sala u l-ammont ta’ drapp li jkun hemm bżonn.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10694 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Uffiċċju tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10695 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (ABELA, ROBERT)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10706 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
NBC
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Timothy Bonello
2022
€3,699.28
2023
€1,149.60
Sammut Legal
2023
€2,996.32
Benjamin Valenzia
2023
€590
MCST
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Dr. Carina Nagiah
2019
€9,720
Legis Services
2023
€9,996
ELTC
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Ten Yards Legal
2022
€802.50
FTS
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
DF Advocates
2016
Skont l-esiġenza
Dalli Paris Advocates
2020
€60 kull siegħa
MM Lex Consulta
2022
Skont l-esiġenza
UoM
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Pro Legal Advicates
2021
€699
2022
€4167
2023
€1,228.60
Dr. Ian Vella Galea
2021
€4,689.55
2022
€12,329.49
2023
€9,363.69
FES
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Dr. Marsette Portelli Xerri
2017
€2,032.95
2018
€2,276
2019
€2,553
2020
€3,760.43
2021
€5,540.77
2022
€2,580.96
SportMalta
Konsulent Legali
Sena
Ħlas Totali (per annum)
Dr. Tiffany Ann Attard
2022
€6,480
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, permezz tal-memo Ref. No. IM SVP. 81/2023 ħabbret lill-impjegati tar-Residenza San Vinċenz De Paul li ser tkun qed tirriżenja minn Kap Eżekuttiv bl-iskuża li ser tiffoka fuq il-professjoni medika tagħha, meta nafu li hija baqgħet teżerċita l-professjoni medika tagħha minkejja l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv? Jista’ jgħid jekk intalbitx tirriżenja minnu jew minn xi uffiċjal fi ħdan il-Ministeru, u jekk iva jista’ jgħid għaliex saret din it-talba?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għażlet li ġaladarba l-kuntratt tagħha jiskadi, ma jerġax jiġi mġedded.
Jista’ l-Ministru jgħid min ser ikun il-Kap Eżekuttiv il-ġdid ta’ San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibda t-terminu l-ġdid tiegħu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-termini u l-kondizzjonijiet kollha tal-kuntratt tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kap eżekuttiv il-ġdid se jinħatar fil-jiem li ġejjin.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10724 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10720 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10721 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10718 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Entità/Board
Konsulenti Legali
Kemm ilhom
Remunerazzjoni
MICAS
Dr Jeanine Rizzo
1 t’April 2021
Monthly retainer ta’ €400 (excl VAT)
VCA
Dr. Matthew Paris
3 ta’ Jannar 2020
Il-hlas huwa ta’ €14.42 (excl. vat) kull siegħa
Heritage Malta
Dr Dustin Camilleri
25 ta’ Lulju 2018
€60 fis-siegha
Lia & Aquilina Advocates
29 t’Awwissu 2018
Is-servizz mgħoti jithallas b’rata li tvarja skond i r-responsabiltà relatata mal-kawża inkwistjoni. Fit-28 ta’ Settembru 2022 ġie iffirmat kuntratt bejn Heritage Malta u Lia & Aquilina Advocates li fih jindika r-retainer fee ta’ €8,900 għas-servizz mogħti minn Lia & Aquilina Advocates f’sena.
Festivals Malta
Dr. Ryan Christopher Pace
01 ta’ Lulju 2023
€16,800 fis-sena
DCS
360 Legal
30.02.2020 sa 29.08.2021
45 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €10,000)
360 Legal
30.08.2021 sa 29.08.2022
45 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €10,000)
360 Legal
30.08.2022 sa 29.08.2023
45 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €10,000)
Dr Antoine Vassallo
15.12.2022 sa 14.12.2023
19 fis-siegħa (il-ħlas ma jaqbiżx is-somma ta' €9,880)
Teatru Manoel
Dr Andrew Grima
14 ta’ Novembru 2022
€833.33 fix-xahar
Malta Philharmonic Orchestra
Borg and Associates
Jannar tas-sena 2017
L-ammonti mhallsa ghal dawn is-servizzi mis-sena 2017 jammontaw ghal €4,178.20
Kunsill tal-Ilsien Malti
Dr Claire Bonello
Awwissu 2023
Dan qed jingħata bla ħlas.
PBS
Il-Public Broadcasting Services Ltd. taghmel użu ad hoc minn ditti ta' servizzi legali skont il-każ
NIL
NIL
Fondazzjoni Centru Kreattivita
Lex Group Ltd - Legal Entity
1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023
€800.00 fix-xahar
SCH
Dott. Jeanine Rizzo
Kuntratt ta’ tlett snin validu minn 2023 sa 2025
€35 fis-siegħa (excl VAT) sa massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa
Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2420 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 161 nhar it-Tnejn, 30 ta Ottubru 2023)
Jista’ l-Ministru jelenka min huma l-konsulenti kollha li għandha l-Air Malta? Jista’ jgħid x’tip ta’ konsulenza qed tagħti kull persuna u/jew entità li ġiet inkarigata biex tipprovdi dan is-servizz? Jista’ wkoll, għal kull każ, jgħid minn meta bdiet il-konsulenza u kemm hu l-ħlas għal kull konsulenza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandha l-Air Malta mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma s-servizzi li din il-kumpanija qed tagħti lill-istess Air Malta, kemm hu l-valur ta’ dan il-kuntratt u għal kemm żmien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma nħareġ l-ebda tender għat-twaqqigħ u għax-xogħlijiet fuq id-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll meta se jibda dan il-proċess, u jgħid meta, jew almenu f’liema sena, din id-dar se tkun qed tilqa’ lura lill-anzjani li ġew imwiegħda li ser jirritornaw fiha kif ukoll anzjani ġodda?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għat-twaqqigħ, id-disinn, il-bini, iż-żamma u l-ġestjoni tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla qiegħed fil-proċess għand d-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex ikun jista’ jinħareġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ser ikollha sodod id-Dar tal-Anzjani f’Bormla? Jista’ jgħid ukoll jekk l-ammont ta’ sodod ser ikun qed jiżdied, huwiex ser ikunu qed jiċkienu l-kmamar tas-sodda, u dan peress illi huwa stess ikkonferma għal aktar minn darba li l-bini eżistenti mhux ser ikun qed jiżdied la fil-volum u lanqas ser jinbnew sulari ġodda?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11456, ninformaha li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se tassigura li jkunu osservati l-istandards maħruġa mill-SCSA biex jingħata l-aqwa servizz ta’ kura lir-residenti.
Dar tal-Anzjani f’Bormla — Rilokazzjoni tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew rikolati l-128 resident li kienu jgħixu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla? Jista’ jgħid ukoll jekk kull rilokazzjoni saritx skont l-ewwel preferenza ta’ kull anzjan jew anzjana?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti li kienu jgħixu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ġew rilokati ġewwa djar residenzjali kif ġej:-
L-ewwel preferenza – 101
It-tieni preferenza – 16
It-tielet preferenza – 3
Ir-raba’ preferenza - 6
Dawk l-anzjani li ma ngħatawx l-ewwel u t-tieni preferenza kellhom l-għażla li jiġu rilokati ġewwa djar oħra fl-istess akwati u li setgħu jipprovdu għall-eżiġenzi li xtaqu. Oħrajn fejn ġew rilokati fir-raba’ preferenza kienu dawk il-każijiet li l-għażla tagħhom ma kinitx adegwata skont il-ħtieġa tal-kura li għandhom bżonn.
Ir-residenti li kienu jgħixu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ġew rilokati fid-djar li ġejjin. Il-maġġoranza tar-residenti ġew rilokati fl-ewwel sitt residenzi imsemmija.
Dar l-Annunzjata
Ghigo Residence
Residenza San Guzepp
St. Thomas Community Living
Casa Paola
SVP
Mellieħa Home
Casa Arkati
Casa San Paolo
Imperial
Imtarfa Home
Casa Pinto
Roseville
Villa Messina
Vivan
Żejtun Home
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – konsulenti legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.