Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10694 u 11524 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Marsa matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalita ta' Santa Venera matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Pieta' u Gwardamangia — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalitajiet tal-Pieta' u Gwardamanġia matul il-perijodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11454 u jelenka min huma l-konsulenti kollha li għandha l-Air Malta? Jista’ jgħid x’tip ta’ konsulenza qed tagħti kull persuna u/jew entità li ġiet inkarigata biex tipprovdi dan is-servizz? Jista’ wkoll, għal kull każ, jgħid minn meta bdiet il-konsulenza u kemm hu l-ħlas għal kull konsulenza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11455 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandha l-Air Malta mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma s-servizzi li din il-kumpanija qed tagħti lill-istess Air Malta, kemm hu l-valur ta’ dan il-kuntratt u għal kemm żmien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Knighthood Global hija ditta internazzjonali ewlenija ta’ konsulenza fil-qasam speċjalizzat tal-avjazzjoni.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Air Malta għandha ma’ din id-ditta liema kuntratt jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023. Is-servizzi li din il-kumpanija qiegħda tagħti lill-Air Malta jinkludu pariri ta’ natura finanzjarji u strateġiċi, qed jgħinu lill-management biex tiġi mplimentata l-Business Plan il-ġdida tal-linja tal-ajru l-ġdida, u qed jipprovdu persuna finanzjarja b’esperjenza fil-qasam tal-avjazzjoni f’rwol temporanju.
Mosta — Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma x-xogħlijiet li qed isiru fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani fil-Mosta? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikunu lesti dawn ix-xogħlijiet u meta ser ikun qed jerġa’ jinfetaħ dan iċ-ċentru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li se jsiru fiċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva tal-Mosta jinvolvu xogħlijiet ta’ tisbieħ. F’dan iċ-ċentru jridu jiġu indirizzati problemi ta’ umdità eżistenti u jsir xogħol ta’ tikħil u tibjid. Se jiġu mibdula l-aperturi tal-aluminium u l-ħitan diviżorji tal-gympsum biex isir uffiċċju aktar spazjuż u klinika tal-kontinenza. Il-madum eżistenti se jiġi illustrat u se jinbidlu l-kmamar tat-toilets. Fil-bitħa taċ-ċentru se jsir xogħol ta’ tisbiħ biex tkun tista’ tintuża għall-attivitajiet varji. Il-faċċata se titbajjad u l-aperturi tal-injam eżistenti se jinżebgħu mill-ġdid.
Dan iċ-ċentru se jkollu wkoll għamara ġdida li tinkludi kċina ġdida bl-appliances b’kollox. Se jiġu installati smoke detector u reverse osmosis. Hu ppjanat ukoll li jsir użu aħjar mill-ispazju eżistenti billi ssir multi-purpose room, sitting area u coffee station. Se jinbidel ukoll l-apparat elettroniku, li jinkludi t-television u l-PA system, biex ikun aktar modern kif ukoll apparat ġdid tal-arja kundizzjonata.
Dawn ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti għal Jannar 2024 u ċ-ċentru hu mistenni li jerġa’ jiftaħ kif ikunu lesti x-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-possibilità li persuni li jbatu bid-dimensja u li jattendu d-Dementia Activity Day Centres ikollhom ukoll il-faċilità ta’ trasport sabiex ikunu jistgħu jattendu dawn iċ-ċentri?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender relatat mas-servizz tat-trasport għall-persuni li jattendu d-Dementia Activity Centres ġie ppublikat fix-xhur li għaddew. L-offerti sottomessi ma kinux eliġibbli u għalhekk it-tender kellu jingħalaq. Bħalissa l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qiegħed fil-proċess li jerġa’ jippubblika it-tender għat-tieni darba.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-inizjattivi li twettqu mill-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja fil-gżejjer Maltin (2015-2023) – Ninċentivaw il-bidla? Jista’ jgħid jekk il-Bord tal-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja ġiex imwaqqaf u min huma l-membri ta' dan il-Bord? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ser ikun qed iwaqqaf ukoll Direttorat speċifiku għal dan il-għan aktar u aktar fi żmien meta d-dimensja ġewwa pajjiżna qiegħda tiżdied kuljum?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta ġiet varata l-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja fl-2015, sar ħafna xogħol f’dan is-settur u twettqu ħafna mil-miżuri rakkomandati fl-istrateġija. Fost il-miżuri li twettqu nsibu t-twaqqif tad-Dementia Helpline, it-twaqqif tad-Dementia Intervention Team fejn professjonisti jżuru lill-persuni bil-kundizzjoni tad-dimensja ġewwa darhom stess u flimkien mal-familjari tagħhom ifasslu pjan ta’ kura. Qed jingħata taħriġ lil dawk li jaħdmu ma’ persuni bid-dimensja, u nfetħu tliet Ċentri ta’ Attività għal persuni li jgħixu bid-dimensja, tnejn f’Malta u ieħor f’Għawdex. Matul is-snin kien hemm bord ta’ implimentazzjoni li llum xolja u twaqqaf Direttorat għall-Kura tad-Dimensja. Id-Direttorat għall-Kura tad-Dimensja, mal-ewwel beda jaħdem fuq Strateġija ġdida li tkompli tibni fuq ix-xogħol li sar fl-ewwel Strateġija. Id-dokument tat-tieni Strateġija Nazzjonali għad-Dimensja ser joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika fil-ġranet li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Belt Valletta matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Floriana matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Ħamrun matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10707 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10702 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta li l-konsulenti legali tal-Ministeru huma dawk indikati fit-tabella segwenti u li dawn joffru servizz kemm lid-Dipartimenti u lill-bordijiet skond il-ħtieġa.
Isem tal-Konsulent
Data minn - sa
Rata ta’ ħlas
Dr. Alexander Scerri Herrera
20/07/2022 – 20/07/2025
€50/siegħa
Dr. Roselyn Borg (Ten Yards Legal)
22/02/2023 (Sakemm jitlesta x-xogħol)
€750
Dr. Daniel Calleja
02/07/2023 – 02/01/2024
€400/xahar
Dr. Clive Gerada
01/05/2023 – 30/04/2024
€50/siegħa
Dr. Alfred Grech
01/11/2022 - 31/10/2023
€50/siegħa
Dr. Thomas Barbara Sant
01/08/2022 – 31.07.2024
€50/siegħa
Dr. Edric Micallef Figallo
01/11/2022 – 02/07/2024
€50/siegħa
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10703 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-informazzjoni mitluba li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 11529 (MAFA Boards) updated as at 05.10.2023.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10698 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 11530 Ministeru għal Għawdex - Konsulenti legali.pdf
Ħamrun – Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani — Rinovar
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’kien ir-rinovar kollu li sar fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani fil-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll min għamel dan ix-xogħol u kemm tħallset kull persuna/entità li wettqet dan ix-xogħol?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Ħamrun sar xogħol estensiv ta’ rinovar. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti fi kmamar tal-banju ġodda, titjib tas-sistemi tad-dawl u l-ilma, tibjid, tibdil ta’ suffett, kif ukoll tbiddel il-madum taċ-ċentru u tbajdet il-faċċata, inbidlet l-għamara kollha inkluż imwejjed u siġġijiet, ġiet installata smoke detector u reverse osmosis u inbidel l-apparat elettroniku biex ikun aktar modern. L-iskop ta’ dan ix-xogħol kien biex dan iċ-ċentru jkun aktar sabiħ u komdu għall-anzjani li joqogħdu f’dawn l-inħawi u li jattendu f’dan iċ-ċentru.
L-ispiża għal dan ix-xogħol kienet ta’ madwar €35,000 (VAT eskluża). Il-parti l-kbira tax-xogħlijiet saru mill-ħaddiema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Huwa ppjanat li ċentri oħra madwar Malta ssirilhom xogħlijiet simili skont il-bżonn, sabiex dawn iċ-ċentri dejjem ikunu aktar attraenti u komdi għall-anzjani.
Bormla — Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani – Post alternattiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sabx post alternattiv għaċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani f’Bormla? Jekk iva, jista’ jgħid fejn hu dan iċ-ċentru, jekk għandux bżonn li jsiru xogħlijiet fih qabel ma jinfetaħ u meta ser ikun lest?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nstab post alternattiv għaċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta’ Bormla. Il-post identifikat huwa ċ-Ċentru Parrokkjali Sagra Familja, fi Triq Wiġi Rosato, Bormla. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għamlet ix-xogħlijiet li kien hemm bżonn biex il-post ikun aċċessibbli u addattat biex jintuża bħala Ċentru għall-Anzjanità Attiva. Hu mistenni li dan iċ-ċentru jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10715 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paule — Nefqa fiż-żamma tal-indafa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa fis-sena, fiż-żamma tal-indafa tal-Faċilità San Vinċenz De Paule? Jista’ jelenka s-servizzi kollha relatati mal-indafa, inkluż ukoll il-ħasil tal-iswali, kif ukoll is-servizz ta’ bdil u ħasil tal-lożor tas-sodod kollha? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm jiswa kull servizz li jingħata u kemm huma s-salarji relatati ma’ kull servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-servizz ta’ tindif ġewwa San Vinċenz de Paul, kemm fis-swali, uffiċini kif ukoll fi spazji miftuħa, isir minn kumpanija privata. L-ispiża medja fis-sena hija ta’ €3,093,220 ewro (VAT eskluża)
Il-bdil u ħasil tal-lożor tas-sodod isir minn koperattiva u l-ispiża medja fis-sena hija ta’ €257,627.12 ewro (VAT eskluża)
Is-salarji tal-ħaddiema involuti f’dawn is-servizzi jinħarġu mill-kuntrattur/kooperattiva u mhux minn San Vinċenz de Paul.