Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw mill-Benefiċċju tal-Enerġija mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
26,702
25,860
24,382
23,619
22,227
20,061
19,468
18,064
17,092
16,004
14,818
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni intitolati għall-Assistenza għal Mard bejn is-sena 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
12,717
12,549
12,193
11,950
11,784
11,284
10,694
Kif turi t-tabella ta’ hawn fuq in-numru ta’ benefiċċjarji baqa' dejjem jonqos sena wara sena, mis-sena 2017 'il quddiem, sas-sena kurrenti 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jbiddel il-kriterji ta' eliġibbilità għall-Assistenza għal Mard? Jista’ jgħid ukoll jekk il-massimu tal-assi kapitali ta' €23,300 għal koppja u ta' €14,000 għal persuna waħedha għadux wieħed adegwat minħabba ż-żieda fir-rata tal-inflazzjoni u ż-żidiet fil-prezzijiet l-aktar tal-ikel u l-mediċini u jekk il-massimu tad-dħul fil-ġimgħa għandux jogħla wkoll minħabba dawn iż-żidiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji li joħorġu mill-Iskeda 2 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jelenkaw it-test tal-mezzi tal-kapital u t-test tal-mezzi tad-dħul fil-ġimgħa.
Fir-rigward tat-test tal-mezzi tal-kapital nixtieq nelenka li l-massimu tal-assi kapitali ġie miżjud fis-sena 2017 fit-test tal-mezzi tal-Għajnuna Medika bla Ħlas u għalhekk ġie jirrifletti t-test tal-mezzi tal-kapital ta’ benefiċċji/assistenzi mhux kontributorji oħra.
Il-massimu tad-dħul fil-ġimgħa kull sena jogħla skont iż-żieda tal-ogħli tal-ħajja.
Tajjeb jingħad ukoll illi mis-sena 2019, il-ħlas ta’ benefiċċju ġie jirrifletti l-istess ħlas lill-pazjenti kollha fil-household li huma eliġibbli u mhux ħlas anqas mit-tieni pazjent 'il fuq.
Għajnuna/benefiċċji marbuta mal-Marda tal-Lebbra jew mal-Marda ta' Hansen
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu intitolati għal xi forma ta' għajnuna/benefiċċju marbuta mal-marda tal-lebbra jew mal-marda Hansen bejn is-sena 2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista' wkoll jindika x'inhuma l-benefiċċji li dawn il-persuni huma intitolati għalihom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Għajnuna dwar il-Lebbra li titħallas skont l-Artikolu 21 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Numru ta' Beneficjarji fis-Sena
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
28
24
23
21
18
18
15
Tajjeb jingħad illi l-marda Hansen hija koperta taħt l-Għajnuna dwar il-Lebbra għaliex fit-terminoloġija medika huma l-istess.
Ir-rata fil-ġimgħa tal-Għajnuna dwar il-Lebbra fis-sena 2023 hija ta’ €39.96.
Kumpaniji li ġew stralċjati – Attiv li għadda f’idejn il-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji li ġew stralċjati mir-Reġistratur tal-Kumpaniji u ddikjarati bħala kumpaniji li ma joperawx (defunct companies) u dan skont l-artikolu 325 tal-Att dwar il-Kumpaniji, Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta, kellhom attiv li għadda f’idejn il-Gvern mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont kull sena li għadda f’idejn il-Gvern?
Skema ta’ sussidju fuq vetturi tal-elettriku — Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet ma’ Transport Malta għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku minn meta bdiet titħaddem din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2022 u 2023 kien hemm 4036 applikazzjoni approvata għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku. Fis-sena 2022 kien hemm 1375 applikazzjoni approvata, u fis-sena 2023 hemm 2661 applikazzjoni approvata.
Sussidju fuq vetturi tal-elettriku — Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li ġew milqugħa minn Transport Malta għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku iżda li għadhom ma ġewx ipproċessati? Jista’ jgħid kemm imorru lura dawn l-applikazzjonijiet u x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien? Jista’ jikkonferma li dan id-dewmien qed iwassal biex l-applikanti mhumiex qed jonoraw il-ftehim li għandhom mal-kumpaniji tal-vetturi bil-konsegwenza li qed jeħlu interessi u/jew penali lill-istess kumpaniji? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex qed iħallas dawn l-interessi u/jew penali li qed jeħlu l-applikanti minħabba d-dewmien minn Transport Malta biex taffettwa r-rifużjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport ilha toffri għotjiet għal numru ta’ snin. Il-‘grants’ taħt li skema tal-RRP li bdiet tagħti Transport Malta f’dawn l-aħħar sentejn huma l-ogħla fl-Ewropa, fil-fatt l-għotjiet ilaħħqu sa massimu ta’ 13,000 ewro u ġew allokati €15 il-miljun fl-2022, €15 il-miljun għas-sena 2023, apparti għotjiet oħra fuq vetturi elettriċi ta’ tipi differenti. Wieħed tajjeb jirrimarka li apparti li l-għotjiet huma tant sostanzjali, dawn jingħataw bħala ‘grant’ u mhux self, għad-differenza ta’ pajjiżi oħra Ewropej. Għalhekk, wieħed jinnota li l-iskema tant intlaqgħet tajjeb mill-pubbliku li l-Awtorità irċeviet mal-4,036 applikazzjoni għal RRP grants fuq medda ta’ sentejn (2022-2023).
Mill-bidu tas-sena 2023, Transport Malta bagħtu għall-pagament elfejn mitejn u tmienja u tletin (2,238) applikazzjoni mill-applikazzjonijiet li saru f’din is-sena għal sussidju fuq vetturi tal-elettriku. In oltre, bħalissa qed jiġu pproċessati erba’ mija u tlieta u għoxrin (423) applikazzjoni oħra sabiex jintbagħtu għall-pagamenti. Dawn imorru lura għall-25 ta’ Awwissu 2023.
Biex dejjem tkompli ttejjeb is-servizz tagħha, Transport Malta bħalissa għaddejja minn proċess ta’ diġitaliżazzjoni li ser jgħaġġel aktar il-proċess u l-aċċessibbiltà. L-Awtorità ma tistax twieġeb għan-nom ta’ persuni individwali fuq jekk l-obbligi tagħhom humiex jiġu onorati mal-bejjiegħ tal-vettura.
Università ta’ Malta — Kors ta’ Masters in Educational Psychology
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kors ta’ Masters in Educational Psychology fl-Università ta’ Malta jiftaħx kull sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-raġunijiet għaliex dan il-kors ma jiftaħx kull sena, jekk inhu l-każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors imsemmi jiftaħ kull sentejn peress li ma jkunx hemm domanda mill-applikanti li hi biżżejjed biex il-kors jiftaħ b’mod aktar frekwenti. Dan jippermetti użu aħjar tar-riżorsi għal taqsimiet-studju oħra, bħal pereżempju, il-Metodi tar-Riċerka u l-Psikopatoloġija; uħud mill-fergħat, jew kollha, jistgħu jkollhom lectures flimkien. Il-kollokament joħloq sfida, jekk irridu niżguraw li jkun wieħed ta’ kwalità għall-istudenti tagħna.
Residenza San Vinċenz de Paul – Anzjani jistennew li jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal Residenza San Vinċenz de Paul fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, hemm 24 anzjan/a jistennew biex jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal San Vinċenz de Paul.
Anzjani jistennew li jiġu trasferiti għal djar residenzjali tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew sabiex jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal djar residenzjali tal-anzjani fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tireferri għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10878.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux il-linji gwida fir-Residenza San Vinċenz de Paul sabiex il-professjonisti mediċi jkunu jistgħu jsegwu meta jsiru l-allokazzjonijiet fis-swali? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-linji gwidi ġewx adottati u implimentati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’San Vinċenz de Paul, hemm numru ta’ linji gwida li qegħdin fis-seħħ u li dawn iservu ta’ gwida biex il-professjonisti mediċni jkunu jistgħu jsegwuhom meta jsiru l-allokazzjonijiet fis-swali.
Residenza San Vinċenz de Paul – Standard Operating Procedures
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew aġġornati l-aħħar l-iStandard Operating Procedures fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-proċeduri kif aġġornati u jgħid fiex kien jikkonsisti l-aħħar aġġornament ta’ dawn il-proċeduri?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika fuq Assistive Tracker Devices
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-full synopsis report li jinkludi wkoll il-konsultazzjoni pubblika li saret dwar Assistive Tracker Devices għall-anzjani li jirrisjedu fir-Residenza San Vinċenz de Paul, kif ukoll fid-djar tal-anzjani amministrati mill-Active Ageing and Community Care (AACC)?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ġew stralċjati mir-Reġistratur tal-Kumpaniji minħabba li dawn ġew iddikjarati bħala kumpaniji li ma joperawx (defunct companies) u dan skont l-artikolu 325 tal-Att dwar il-Kumpaniji, Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta mis-sena 2013, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10089.
Għajnuna soċjali — Persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ nazzjonalità barranija f’Malta li qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna soċjali? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġejjin u x’inhu t-tip ta’ għajnuna soċjali li qed jieħdu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ persuni li jirċievu xi forma ta’ Għajnuna Soċjali huwa 189. It-tabella ta’ hawn taħt qiegħda tirreferi għan-numru totali ta’ persuni li jirċievu l-Ghajnuniet Soċjali u kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija:
Benefiċjarji
Għajnuna Soċjali
UA
SA
SUP
Total
Nazzjonalità Maltija
208
3,284
1,947
5,439
Nazzjonalità Barranija
29
135
25
189
Total
237
3,419
1,972
5,628
It-tabella li ssegwi tirreferi minn liema pajjiż ġejjin il-189 beneiċċjarju ta’ nazzjonalità barranija:
Pajjizi/Nazzjonalità
Għajnuna Soċjali
UA
SA
SUP
Total
ALGERIA
0
1
0
1
AUSTRALIA
0
2
0
2
BELARUS
0
1
0
1
BULGARIA
0
13
2
15
CROATIA
0
1
1
2
CZECH REPUBLIC
0
1
0
1
EGYPT
1
3
0
4
ENGLAND
1
6
1
8
ERITREA
0
1
1
2
ETHIOPIA
0
3
0
3
FRANCE
0
1
1
2
GERMANY
1
0
0
1
GREAT BRITAIN
1
4
1
6
HUNGARY
0
3
2
5
INDIA
0
1
0
1
IRAN, ISLAMIC REPUBLIC OF
0
1
0
1
IRAQ
0
1
0
1
ITALY
4
4
0
8
LATVIA
0
0
1
1
LIBYA
8
18
1
27
LITHUANIA
1
0
0
1
MOROCCO
0
9
2
11
NIGERIA
0
1
0
1
PAKISTAN
1
0
0
1
PALESTINE
0
1
0
1
PHILIPPINES
0
1
0
1
POLAND
1
3
0
4
REPUBLIC OF IRELAND
0
1
0
1
REPUBLIC OF NORTH MACEDONIA
0
1
0
1
ROMANIA
0
3
0
3
RUSSIA
2
8
5
15
SAINT-BARTHELEMY
0
1
0
1
SCOTLAND
0
0
1
1
SERBIA AND MONTENEGRO
0
1
0
1
SLOVAKIA
0
0
1
1
SOMALIA
1
4
1
6
SPAIN
0
1
0
1
SUDAN
2
1
0
3
SWEDEN
1
0
1
2
SYRIA
4
15
0
19
TUNISIA
0
2
0
2
UKRAINE
0
3
2
5
UNITED KINGDOM
0
13
1
14
ZIMBABWE
0
1
0
1
Total
29
135
25
189
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — impjegati barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol) li tħallas mill-impjegati barranin li jaħdmu Malta fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li tħallas minn min iħaddem (l-employers) għal dawn l-impjegati barranin li kienu jaħdmu Malta għal dan il-perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li huma kkreditati lil impjegati barranin li ħadmu f’Malta għas-sena 2022 huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Employer
Impjegati
120,412,453
120,438,601
L-informazzjoni għas-sena 2023 tkun tista’ tingħata s-sena d-dieħla wara li l-formoli tal-Final Settlement System jiġu pproċessati.
Residenza San Vincenz de Paul — Spiża fuq ħasil u tibdil ta’ lożor
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11522 dwar l-ispiża biex jinħaslu u jinbidlu l-lożor fir-Residenza San Vincenz de Paul, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega fejn isir il-proċess kollu għall-ħasil ta’ dawn il-lożor, u possibbilment kemm jintuża ilma għal dan il-proċess? Jista’ jkun aktar preċiż u jagħti breakdown tas-somma globali ta’ €257,627.12 bħala spiża u jgħid x’inhuma l-ispejjeż preċiżi? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża preċiża għas-snin 2021 u 2022 rispettivament u jagħti breakdown tal-ispiża involuta?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-bdil u l-ħasil tal-lożor tas-sodod isir minn koperattiva (KOLS) li tinsab fil-binja tal-Isptar Mount Carmel. Għaldaqstant, SVP mhuwiex f’pożizzjoni li jgħid kemm jintuża ilma f’dan il-proċess.
L-ispiża għas-sena 2021 kienet ta’ €259,813.49 VAT eskluża u tas-sena 2022 kienet ta’ €294, 405.03 VAT eskluża.
Residenza San Vincenz de Paul — Problema ta’ internet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx problema fis-servizz tal-internet fir-Residenza San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid fejn u liema wards qed jintlaqtu l-aktar minn din il-problema u x’inhi l-kawża? Jista’ jgħid ukoll meta ser ikun qed isolvi din il-problema u jekk huwiex ser ikun qed jagħmel tajjeb għall-ħlasijiet li l-anzjani qed jagħmlu għalxejn lis-service providers sabiex ikunu jistgħu jaraw it-televiżjoni meta ma jistgħux jaraw televiżjoni minħabba l-problema li teżisti fl-internet fil-wards tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’San Vinċenz de Paul hemm servizz ta’ wi-fi fiż-żoni komuni ta’ kull sala u dan qed jaħdem fiż-żoni kollha minbarra fi blokka waħda, fejn hemm is-swali St Joseph 7,8,10 u 11.
Il-ħsarat ġew ikkawżati minn ħsarat infrastrutturali li wasslu għall-qtugħ fil-provvista tas-servizz, iżda huwa ppjanat li x-xogħlijiet ta’ tiswija jitlestew fil-ġranet li ġejjin.
Kien hemm numru zgħir ta’ lmenti li ġew indirrizati fi ftit jiem.
Jista’ l-Ministru jelenka fid-dettall fiex kien jikkonsisti u kemm ġie jiswa x-xogħol fil-pjazza ta’ quddiem l-Isptar San Luqa fil-Pietà? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett huwiex konkluż u jekk le x’fadal isir u meta se jsir? Jista’ jgħid ukoll għaliex illum din il-Pjazza hija fi stat ta’ abbandun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.