Legislature:
Category:
Reset
Active:

Abbozz ta’ Ligi bit-titolu ‘Att dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni Anzjani Vulnerabbli u Persuni Adulti b’Diżabilità’

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12393, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjanità Attiva, u tgħid meta ser ikun qed jiġi ppreżentat fil-Parlament l-Abbozz ta’ Liġi bit-titolu ‘Att dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni Anzjani Vulnerabbli u Persuni Adulti b’Diżabilità’, li ħareġ għall-konsultazzjoni fis-sena 2017?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet sabiex dan l-Abbozz ta’ Liġi jerġa’ joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika biex eventwalment ikun jista’ jitla’ f’livell Parlamentari.

Residenza San Vinċenz de Paul – Standard Operating Procedures

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12139 u jgħid meta ġew aġġornati l-aħħar l-iStandard Operating Procedures fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-proċeduri kif aġġornati u jgħid fiex kien jikkonsisti l-aħħar aġġornament ta’ dawn il-proċeduri?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lista ta’ SOPs fir-Residenza San Vinċenz qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul – Sodod vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sodod vojta/mhux okkupati fir-Residenza San Vinċenz de Paul sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm sodod vojta, f’liema swali qegħdin u kemm hu n-numru ta’ sodod vojta/mhux okkupati f’kull sala?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, in-numru ta’ mhux okkupati f’San Vinċenz de Paul huwa hekk – 9 sodod f’Narċis, 32 sodda f’Rużar Briffa Ward 3 (minħabba li din hija sala riservata li tilqa’ pazjenti bil-Covid), sodda f’John Paul Ward 1. Is-Sodod mhux okkupati fil-wards Narċis u John Paul Ward 1 huma hekk għax pazjenti huma mdaħħlin skont l-għanijiet mediċi tagħhom.

Anzjani jistennew li jiġu trasferiti għal djar residenzjali tal-anzjani

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12137, fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10878, jista’ l-Ministru jgħid mid-19-il pazjent fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u mis-97 pazjent fl-Isptar Mater Dei li qed jistennew biex jiġu trasferiti fi djar tal-anzjani jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul kemm minnhom qed jistennew li jidħlu f’xi dar residenzjali tal-anzjani u kemm minnhom qed jistennew li jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant in-numru ta’ pazjenti f’Mater Dei li qed jistennew biex jidħlu f’San Vinċenz de Paul huwa għaxra (10). Ninforma lill-Onor. Interpelanta li l-pazjenti huma mdaħħlin skont l-għanijiet mediċi tagħhom. Fir-rigward tal-pazjenti mill-Isptar t’Għawdex dawk ma jkunux mdaħħlin fid-djar residenzjali tal-anzjani taħt l-AACC.

Pietà – Pjazza quddiem l-Isptar San Luqa – Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12134, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jelenka fid-dettall fiex kien jikkonsisti u kemm ġie jiswa x-xogħol fil-pjazza ta’ quddiem l-Isptar San Luqa fil-Pietà? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett huwiex konkluż u jekk le x’fadal isir u meta se jsir? Jista’ jgħid ukoll għaliex illum din il-Pjazza hija fi stat ta’ abbandun?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Pieta li l-proġett ikkoncernat huwa proġett bejn il-Kunsill Lokali tal-Pieta u l-entita`kkoncernata. Infurmat ukoll li dan il-proġett kien jammonta ghal €1,011,033, liema fondi ġew iffinanzjati fl-intier tagħhom mill-istess entita` kkoncernata. F’dan ir-rigward, infurmat li dan il-proġett kien jikkonsisti: § fit-tibdil tad-disinn tal-pjazza u anke l-użu tagħha; § inbidlu s-servizzi kollha li kien hemm fil-pjazza fosthom dawl, ilma, telekomunikazzjoni u oħrajn; § inbidlu l-bankini kollha; § ingħata wiċċ ta’ tarmac ġdid lill-Pjazza kollha u inħolqot Bus-Lane. § gie mahluq spazju fin-nofs fejn ġiet mibnija kafetterija, fejn in-nies ser ikunu jistgħu joqgħodu bilqiegħda u dan kollu minghajr ma tneħħiet l-ebda siġra mill-post; § saret ukoll sistema ta' dawl ġdida b'lampi ġodda kif ukoll street-furniture ġodda wkoll; § gew mibnija wkoll latrini ġodda. Finalment, infurmat li dan il-proġett mistenni li jkun konkluż fil-ġranet illi ġejjin.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10707 u 11527 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet t’hawn taħt qed joperaw b’mod normali; Art Scholarship Board Commercialisation of Sports Appeals Board Commonwealth Centre For Connected Learning Foundation Sport Commercialisation Board Council for Teaching Profession Education Malta Board of Governors Malta Space Task Force Tertiary Education Scholarship Scheme English Language Teaching Council EquestriMalta Board Exemptions from fees at State Educational Institutions Foundation for Educational Services Board Foundation for Human Resources Development Foundation for Tomorrow Schools Board Institute for Education Advisory Board Language Policy in Education Joint Standing Committee MFHEA Board Malta Qualifications Framework Appeals Board Malta Racing Club (MRC) Mtarfa International School - Technical Committee National Anti-Doping Disciplinary Panel National Book Council National Literacy Agency Scholarship Appeals Board SportMalta Sports Scholarship Board St Patrick's Board of Governors Statementing Moderating Panel 1 Statementing Moderating Panel 2 Students Maintenance Grants University of Malta Senate University of Malta Council Veterinary Scholarship Scheme Health and Wellbeing Board Sustainable use of Resources for Climate Change Mitigation and Adaptation Digital Technologies Board Smart Manufacturing Board Aviation and Aerospace Board Marine and Maritime Board Foundation for Information, Technology, and accessibility Board of Administrators (FITA) Youth Work Profession Board Authority for Integrity in Maltese Sport Board National Open Access Committee National Curriculum Framework Review Board Junior College Board Faculty Board of Social Wellbeing Faculty Board of Medicine and Surgery Faculty Board of Laws Faculty of Education Faculty Board of Engineering Faculty Board of Arts Faculty Board of Built Environment Faculty Board of Dental Surgery Faculty Board of Economics, Management and Accountancy Faculty Board of Theology Faculty Board of Information and Communication Technology ICT Live the Language Board MATSEC Board National Board for Compulsory Education National Anti-Doping Disciplinary Panel MCST Board Aġenzija Żgħażagħ Endeavour Post-Graduate Scholarship Board - Group A (EU Priorities) Malta Government Scholarship Scheme Board

Sptar Mater Dei — Ophthalmic Ward – Magni bil-ħsara

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il B-Scan hemm fl-Ophthalmic Ward fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid jekk hux kollha qed jiffunzjonaw jew jekk hemmx minnhom li huma bil-ħsara? Jista’ jgħid ukoll jekk jiġux ikkanċellati appuntamenti meta jkun hemm xi magna bil-ħsara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-probe li tintuża għall-B scan Ocular ultrasonography żviluppat ħsara u intbagħtet għat-tiswija barra minn Malta. Huwa mistenni li l-makna ma ddumx ma tiġi lura mit-tiswija.

Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Appelli pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm appelli pendenti quddiem l-Arbitri għall-finijiet tal-artikoli 107 u 108 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-appelli għadhom ma ġewx appuntati u kemm tmur lura, l-aktar applikazzjoni pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Appelli Sa Ottubru 2023 Appelli pendenti sat-18 Ottubru 2023 635 Appelli li għadhom ma ġewx appuntati sat-18 ta’ Ottubru 2023 178

Skema ta’ distribuzzjoni tal-ikel iffinanzjat mill-Istat (SFFD)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li llum qed jibbenefikaw mill-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel iffinanzjat mill-Istat (SFFD)? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn din l-iskema, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’jinkludi l-pakkett tal-ikel li qed jitqassam, kull meta qed jitqassam u kif qed jitqassam?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ kapijiet ta’ familji li kienu eliġibbli u li bbenefikaw s’issa mill-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel iffinanzjat mill-Istat (SFFD), huwa kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: DistribuzzjoniDataFamilji EliġibbliKaxxi MiġburaPerċentaġġ 1April 201719,49018,25293.6% 2Settembru 201722,57117,85079.1% 3April 201821,62116,31775.5% 4Diċembru 201821,07215,84775.2% 5April 201920,73615,90576.7% 6Settembru 201920,38115,65176.8% 7April 202019,44316,93187.1% 8Settembru 202018,85414,85478.8% 9April 202119,10715,08879.0% 10Ottubru 202118,84114,34276.1% 11Mejju 202219,68014,92075.8% 12Ottubru 202217,96513,73476.4% 13Ġunju 202317,90812,14567.8% Id-distibuzzjoni li jmiss hija l-14-il waħda u n-numru ta’ kapijiet ta’ familji eliġibbli fid-distribuzzjoni li jmiss huwa ta’ 17,556. Fir-rigward il-pakkett tal-ikel u t-tqassim tiegħu, ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 3 tipi ta’ kaxxi differenti: Kaxxa 1, 2, u 3. It-tip ta kaxxa li l-kapijiet tal-familji jirċievu tiddependi skont taħt liema kategorija ta’ bżonn taqa’ il-familja. - Kaxxa 1: Tikkonsiti fi 3 bottijiet kunserva, 3 pakketti għaġin, 3 landi tonn taż-żejt u pakkett ross. - Kaxxa 2: Tikkonsisti mill-istess affarijiet ta’ kaxxa 1 bid-differenza ta’ pakkett ieħor għaġin. - Kaxxa 3: Tikkonsisti mill-istess affarijiet ta’ kaxxa 1 imma jkollha, 2 bottijiet oħra kunserva, 2 landi oħra tonn taż-żejt, u pakkett ieħor għaġin. It-tqassim tal-ikel isir darbtejn fis-sena, normalment madwar Mejju u Settembru. Id-distribuzzjoni ssir billi jitqassmu n-numru ta’ familji eliġibbli fi 28 ċentru ta’ distribuzzjoni madwar Malta u Għawdex. Il-familji eleġibbli jiġu infurmati billi tintbagħtilhom ittra, fejn tingħatalhom ukoll informazzjoni bid-data u l-post ta’ meta u minn fejn għandhom jiġbru il-kaxxa li għaliha huma intitolati.

Skema li tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li kienu impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali imħallas mill-Gvern għall-iskema li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2023 biex tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li kienu impjegati f’xi korporazzjoni jew entità fis-settur pubbliku wara li għamlu xi żmien iservu f’wieħed mill-korpi tax-xogħol imwaqqfa qabel l-1979? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw u kemm minnhom ibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pagamenti tal-iskema mħabbra fil-Baġit għas-sena 2023 għadhom ma sarux u għalhekk ma tistax tingħata tweġiba f’dan l-istadju.

Skema li tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li kienu impjegati mal-Gas Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali imħallas mill-Gvern għall-iskema li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2023 biex tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li kienu impjegati mal-Gas Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ persuni li bbenefikaw, kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw u kemm minnhom ibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà weġibtha fil-mistoqsija parlamentari 12398, il-pagamenti tal-iskema mħabbra fil-Baġit għas-sena 2023 għadhom ma sarux u għalhekk ma tistax tingħata tweġiba f’dan l-istadju.

Skema li tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li kienu apprentisti mal-Malta Electricity Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali imħallas mill-Gvern għall-iskema li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2023 biex tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li kienu apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw u kemm minnhom ibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà weġibtha fil-mistoqsija parlamentari 12398, il-pagamenti tal-iskema mħabbra fil-Baġit għas-sena 2023 għadhom ma sarux u għalhekk ma tistax tingħata tweġiba f’dan l-istadju.

Skema li tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni mal-Korporazzjoni Telemalta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali mħallas mill-Gvern għall-iskema li tħabbret fil-Baġit għas-sena 2023 biex tipprovdi għotja ta’ darba għall-persuni li daħlu fl-impjieg mal-Korporazzjoni Telemalta bejn l-1 ta’ Jannar 1978 u s-16 ta’ Jannar l-1979 u li ma kkwalifikawx għal pensjoni tas-servizz u ma bbenefikawx minn xi skema ta’ għotja mill-2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ persuni li applikaw u kemm minnhom ibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà weġibtha fil-mistoqsija parlamentari 12398, il-pagamenti tal-iskema mħabbra fil-Baġit għas-sena 2023 għadhom ma sarux u għalhekk ma tistax tingħata tweġiba f’dan l-istadju.

Għajnuna/benefiċċji marbuta mal-Marda tat-Tuberkulosi jew mal-Marda ta' Koch

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kienu intitolati għal xi forma ta' għajnuna/benefiċċju marbuta mal-Marda tat-Tuberkulosi jew mal-Marda ta' Koch bejn is-sena 2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista’ wkoll jindika x'inhuma l-benefiċċji li dawn il-persuni huma intitolati għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Għajnuna dwar it-Tuberkolożi li titħallas skont l-artikolu 22 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 0 0 0 0 0 1 1 Tajjeb jingħad illi l-marda Koch hija koperta taħt l-Għajnuna dwar it-Tuberkolożi għaliex fit-terminoloġija medika huma l-istess. Ir-rata fil-ġimgħa tal-Għajnuna dwar it-Tuberkolożi fis-sena 2023 hija €32.62.

Għotja għal Ħalib — Kriterji ta' eliġibbilità u benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ommijiet kienu intitolati għal Għotja għal Ħalib bejn is-sena 2017, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji ta' eliġibbilità u x'inhuma l-benefiċċji li dawn l-ommijiet huma intitolati għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Għotja għal Ħalib li titħallas skont l-artikolu 24 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta' Benefiċjarji fis-Sena 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 60 54 52 43 59 54 38 Il-kriterji sabiex persuna titħallas din l-Għotja huma illi kap ta’ familja li jkun qed jirċievi Għajnuna Soċjali jew għal Tuberkolożi taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, jekk jippreżenta prova lid-Dipartiment li hu jew xi membru tal-familja tiegħu għandhom il-kura jew kustodja ta’ tarbija taħt l-erbgħin ġimgħa li tkun tinħtieġ tinfatam jew tingħata ikel komplementari jew li ma tkunx tista’ tingħata ħalib l-omm għal raġunijiet ta’saħħa, u għalhekk din l-għotja għandha tibqa’ titħallas sakemm dik it-tarbija tagħlaq l-erbgħin ġimgħa Ir-rata fil-ġimgħa tal-Għotja għal Ħalib fis-sena 2023 hija €25.64.

Ftehimiet reċiproċi dwar is-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ftehimiet reċiproki dwar is-sigurtà soċjali li għandu ma' pajjiżi oħra li permezz tagħhom il-persuni li jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor jistgħu jiksbu l-benefiċċji dovuti? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar ftehimiet bħal dawn u jekk iva, ma' liema pajjiżi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-lum Malta ffirmat Ftehimiet dwar is-Sigurtà Soċjali mar-Renju Unit, l-Awstralja, il-Kanada u New Zealand. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, wara l-ħruġ mir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Ftehim Bilaterali ġie sostitwit bil-Ftehim Kummerċjali ffirmat bejn l-UE u r-Renju Unit. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Bilaterali mar-Renju Unit għadhom applikabbli biss fir-rigward tat-territorju tal-Isle of Man u ta’ Guernsey. Malta ffirmat ukoll Ftehim (li mhuwiex ftehim bilaterali simili għat-tlieta l-oħra li għadhom kif issemmew) mal-Libja dwar il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għall-Maltin li jaħdmu fil-Libja. Bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, awtomatikament Malta għandha ftehim fil-qasam tas-Sigurtà Soċjali mal-Istati Membri kollha kif ukoll mal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u mal-Iżvizzera. Fil-mument ma hemmx il-ħsieb li jsiru aktar ftehimiet bħal dawn.

Abbozz ta’ Ligi bit-titolu ‘Att dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni Anzjani Vulnerabbli u Persuni Adulti b’Diżabilità’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiġi ppreżentat fil-Parlament l-Abbozz ta’ Liġi bit-titolu ‘Att dwar il-Protezzjoni ta’ Persuni Anzjani Vulnerabbli u Persuni Adulti b’Diżabilità’, li ħareġ għall-konsultazzjoni fis-sena 2017?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Bormla — Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani li kienu jirresjedu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li kienu jirresjedu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla qabel ma ngħalqet, humiex se jingħataw il-fakultà li jibdew jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum li ser ikun qed jinfetaħ ġewwa Bormla fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani li kienu jirresjedu fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla qabel ma ngħalqet, se jingħataw il-fakultà li jibdew jattendu ċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva li ser ikun qed jinfetaħ ġewwa Bormla fil-ġimgħat li ġejjin. Għal dan il-għan se jiġi organizzat it-trasport biex dawn l-anzjani, li bħalissa qed jgħixu ġo djar residenzjali oħra, ikunu jistgħu jattendu ċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva ġewwa Bormla.

Ċentru ta’ Matul il-Jum – Ġranet tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fil-ġimgħa ser ikun qed jinfetaħ iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum li ser ikun qed jinfetaħ ġewwa Bormla fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva li ser ikun qed jinfetaħ ġewwa Bormla, se jkun qed jiftaħ erba’ darbiet fil-ġimgħa. Sadanittant fil-Kottonera fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jinfetħu żewġ ċentri oħra tal-Anzjanità Attiva. Wieħed fil-Kalkara u l-ieħor fil-Birgu.