Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn sussidju għal stairlift bejn l-2013 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Total Stairlifts
2013
55
2014
103
2015
87
2016
136
2017
112
2018
129
2019
139
2020
165
2021
183
2022
152
2023*
72
* sat-13 ta’ Novembru 2023
Skema ta’ sussidju — Helper tal-Għażla tiegħek - Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu użu mill-iskema tas-sussidju għall-Helper tal-Għażla tiegħek? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti u jindika wkoll jekk hemmx applikazzjonijiet approvati iżda sa issa għadu ma ngħatax is-sussidju?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 306 persuni li qed jagħmlu użu mill-iskema tas-sussidju għall-Helper tal-Għażla Tiegħek. Applikazzjonijiet pendenti m’hemm xejn. Hemm applikazzjoni waħda li waslet l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità f’dawn l-aħħar ġimagħtejn li hija approvata u qed tiġi proċessata biex tibda tingħata s-sussidju.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bit-termini u l-kondizzjonijiet kollha tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12396, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir minn naħa tal-Ministeru tiegħu sabiex in-numru ta’ appelli pendenti quddiem l-Arbitri, kif ukoll appelli li sallum għadhom ma ġewx appuntati, jara li jitnaqqsu drastikament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din is-sena kien appuntat arbitru ieħor biex kemm jista’ jkun jitnaqqas in-numru ta’ każijiet li għadhom ma ġewx appuntati. Fil-fatt fil-preżent hemm 11-il arbitru.
Tajjeb li nżid li mhux kull każ ikun l-istess u filwaqt li xi wħud mill-każi jiġu deċiżi malajr, il-biċċa l-kbira minnhom ikunu jirrikjedu aktar minn seduta waħda biex ikunu konklużi, ġieli anke erbgħa jew aktar. Dan isir sabiex l-appellant jingħata l-opportunità kollha li jissostanzja l-każ tiegħu. Dan naturalment ikompli jtawwal il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw sa issa mill-iskema ta’ sodod motorizzati għall-anzjani li jgħixu fill-komunità? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ser ikompli b'dan l-investiment u fiex ser jikkonsisti?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa qed jibbenefikaw 44 anzjan/a mill-iskema ta’ sodod motorizzati minn meta tħabbar is-servizz fil-31 t’Awwissu. Il-kuntratt eżistenti ġie estiż sabiex tintlaħaq id-domanda għal dan is-servizz. Sadanittant qed tiġi ppreparata sejħa oħra għall-offerti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm anzjani rċevew assistenza legali b’xejn minn meta ġie ffirmat il-ftehim għal dan is-servizz? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu ta’ natura ċivili u kemm minnhom kienu ta’ natura kriminali?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa t-taqsima tas-social work irreferiet erba’ każijiet sabiex dawn jingħataw għajnuna legali, dan wara l-ftehim li sar bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Legal Aid Malta. Dawn il-każijiet kienu kollha ta’ natura ċivili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu magni tal-ECG sa issa u f’liema djar tal-anzjani qegħdin? Jista’ jgħid min jista’ jagħmel użu minn dawn il-magni u kemm anzjani bbenefikaw sa issa minn dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ magni tal-ECG, waħda f’kull dar tal-anzjani tal-gvern. Dawn id-djar huma Dar il-Madonna tal-Isperanza, Mosta; Dar il-Madonna tal-Mellieħa, Mellieħa; Dar il-Ġmiel, Mtarfa u Dar il-Mistrieħ, Furjana.
Dan it-test huwa rakkomandat li jsir darba fis-sena lil kull resident ġewwa dawn id-djar bħala parti minn assessjar annwali. Huwa jittieħed ukoll meta l-anzjan jesperjenza sintomi relatati ma’ problemi tal-qalb jew ċirkulazzjoni. Sa issa bbenefikaw 110 anzjan. Wara diversi sejħiet pubbliċi ġiet impjegata ECG technician fuq bażi part time fl-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Dan ser iwassal li fil-ġranet li ġejjin aktar anzjani f’dawn id-djar ser jibbenefikaw minn dan is-servizz.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12627, jista’ l-Ministru jgħid għaliex hemm 81 applikant li għadhom qed jistennew is-servizz approvat? Jista’ l-Ministru jgħid x’qed iwassal għal dan id-dewmien?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dan id-dewmien huwa riżultat ta’ nuqqas ta’ ħaddiema li jagħmlu x-xogħol ta’ homehelpers.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żaħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12621, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti ta’ kull bord u entità li rrefera għalihom fir-risposta tiegħu u jgħid ukoll x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull membru ta’ dawn il-bordijiet u entitajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-lista ta’ stennija għas-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (Home Help) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ġewwa Malta hemm 103 applikanti li qed jistennew is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar.
Persuni li bbenefikaw minn sentejn krediti ta' bolol
Question
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2023 kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn sentejn krediti ta' bolol peress li ma jkunux ħadmu għal xi perjodu bejn l-età ta’ 18-il sena u l-età ta' 30 sena u kienu ċċertifikati li matul dak il-perjodu rċevew kura regolari minn psikjatra li jkun jew li kien konsulent impjegat mal-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm tliet persuni li ma kienux jaħdmu bejn it-18-il sena u t-30 sena li bbenefikaw minn sentejn krediti ta’ bolla wara li kienu ċċertifikati li f’dak il-perjodu rċevew kura regolari minn psikjatra li kien konsulent mal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huma l-pensjonanti li għandhom il-pensjoni tas-servizz u jaqsam din l-informazzjoni skont kemm minnhom għandhom:
a. inqas minn 72 sena;
b. bejn 72 sena u 79 sena;
ċ. bejn 80 sena u 89 sena; u
d. 90 sena jew aktar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li jirċievu pensjoni tas-servizz jammonta għal 13,010.
In-numru ta’ persuni skont l-etajiet imsemmija huma kif ġej:
a. inqas minn 72 sena: 4,346 persuna
b. bejn 72 sena u 79 sena: 4,778 persuna
ċ. bejn 80 sena u 89 sena: 3,180 persuna
d. 90 sena jew aktar: 706 peruni
Persuni li jirċievu l-Pensjoni tar-Romol u benefiċċji oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li kienu qed jirċievu pensjoni tar-romol u li kienu wkoll intitotali għal xi benefiċċji soċjali fis-sena 2023? Jista' jgħid kemm minnhom ibbenefikaw mill-benefiċċju kontributorju tal-qgħad, kemm minnhom ibbenefikaw mill-benefiċċju tal-mard u kemm minnhom ibbenefikaw mill-benefiċċju kontributorju tal-korriment fuq ix-xogħol? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tabella li ssegwi tirreferi għall-pensjonanti romol li bbenefikaw mill-Benefiċċju għal Qgħad, Benefiċċju għal Mard u il-Benefiċċju għall-Korriment fuq ix-Xogħol:
Sa Ottubru 2023 - Pensjonanti Romol li rċivew :
Nisa
Irġiel
Total
Benefiċċju Għal Qgħad (UB)
2
0
2
Benefiċċju Għal Qgħad (UB) u Benefiċċji Soċjali oħra*
4
4
8
Benefiċċju tal-Mard (SB)
46
14
60
Benefiċċju tal-Mard (SB) u Benefiċċji Sojali oħra*
17
5
22
Benefiċċju tal-Mard (SB) u Benefiċċju Korriment fuq Xogħol (IB)
1
0
1
Benefiċċju Korriment fuq Xogħol (IB)
3
1
4
Benefiċċju Korriment fuq Xogħol (IB) u Benefiċċji Soċjali oħra*
1
0
1
Total UB/SB/IB
74
24
98
Qiegħed ukoll jiġi riferut in-numru ta’ pensjonanti romol li jirċievu xi benefiċċji soċjali oħra:
Sa Ottubru 2023 - Pensjonanti Romol li rcivew :
Nisa
Irġiel
Total
Benefiċċji Soċjali oħra*
8,383
166
8,549
*Benefiċċji Soċjali oħra jinkludu :
ADCL/AP/BLD/CA/CAFR/CAS/CRA/CRG/DA/DCA/
ENRG/FCA/ICRA/ISDA/
IWB/LA/SA/SDA/SKA/SPA/UA/UAT
Persuni li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru ta' persuni li laħqu l-età tal-irtirar li ħallsu anqas minn ħames snin kontribuzzjonijiet u li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja? Jista' jgħid kemm hu l-bonus li qed jieħdu fis-sena? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, n-numru ta’ persuni li laħqu l-età tal-irtirar li ħallsu anqas minn ħames snin kontribuzzjonijiet kien ta’ 6,368. Minnhom kien hemm 5,789 mara u 579 raġel.
Ta’ min jgħid li sal-aħħar tas-sena dan in-numru jkun akbar minħabba l-fatt li min jagħlaq żmienu minn issa sal-aħħar tas-sena, jitħallas pro-rata.
Il-bonus fis-sena għal min ikun ħallas anqas minn ħames snin bolol (bejn sena sa erba’ snin bolol), fil-preżent, jammonta għal €450. Fl-2024, hekk kif ġie mħabbar fil-baġit, dan il-bonus ser jitla’ minn €450 għal €500 fis-sena.
Persuni li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru ta' persuni li laħqu l-età tal-irtirar li ħallsu aktar minn ħames snin imma inqas minn għaxar snin kontribuzzjonijiet u li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja? Jista' jgħid kemm hu l-bonus li qed jieħdu fis-sena? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li laħqu l-età tal-irtirar li ħallsu aktar minn ħames snin imma anqas minn għaxar snin kontribuzzjonijiet fil-preżent jammonta għal 6,932. Minnhom hemm 6,627 mara u 305 irġiel.
Ta’ min jgħid li sal-aħħar tas-sena dan in-numru jkun akbar minħabba l-fatt li min jagħlaq żmienu minn issa sal-aħħar tas-sena, jitħallas pro-rata.
Il-bonus fis-sena għal min ikun iħallas aktar minn ħames snin imma inqas minn għaxar snin kontribuzzjonijiet, fil-preżent, jammonta għal €550. Fl-2024, kif imħabbar fil-baġit, dan il-bonus ser jitla’ minn €550 għal €600 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar tliet snin kienx hemm addozzjonijiet ta' tfal li kienu qed jiġu fostered? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kien in-numru fis-snin 2021, 2022 u 2023 u jgħid ukoll kemm minnhom ġew addottati mill-istess familja li kienet qed tiffosterjahom u kemm minnhom ġew addottati minn persuni oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, f’dawn it-tliet snin, kien hemm 13-il minuri li kienu qed jitrabbew f’foster care placement u li ġew freed-up għall-addozzjoni b’suċċess mill-Qrati ta’ Malta. Dawn l-addozzjonijiet jinqasmu kif ġej:
Sena
Tip ta’ Foster Care
Addottati mill-istess Foster carer/s
Addottati minn ġenituri addottivi prospettivi
2021
Żewġ minuri kienu f’foster care placement; u
Żewġ minuri kienu f’respite foster care placement
1
3
2022
Minuri kien f’kura alternattiva (dar residenzjali) qabel ma ġie addottat;
u
Minuri ieħor kien f’foster care placement
1
1
2023
7 minuri kienu kollha f’
foster care placement
7
0
Total
9
4
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-proċess biex wieħed jaddotta, huwa proċess li jrid jgħaddi minn diversi stadji tal-Qorti u, għaldaqstant, fl-2023 qed naraw l-frott tal-ħidma tas-snin preċedenti li bdiet mad-dħul tal-liġi tal-Protezzjoni tat-Tfal (Kura Alternativa) fl-2020.
Preżentement hemm ukoll 4 każijiet oħra ta’ minuri li qed jinstemgħu fil-Qrati ta’ Malta, b’rakkomandazzjoni għall-addozjoni.
Każjiet fejn il-minuri li jkunu rilaxxati għall-addozzjoni, ma jiġux addottati mill-istess foster carers iżda minn ġenituri prospettivi oħra, iseħħu biss jekk dik tkun l-aħjar deċiżjoni fl-aħjar interessi tal-istess minuri skont il-care plan tal-istess minuri. Il-matching ta’ dawn il-minuri isir minn professjonisti mħarrġa apposta fi ħdan id-Direttorat Kura Alternattiva, sabiex nassiguraw li verament tinstab l-aħjar familja għalihom, skont l-ħtiġijiet tal-istess minuri.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-avukati tat-tfal li jservu fil-Qrati Maltin u min huma l-avukati tat-tfal li jservu fil-Qorti ta’ Għawdex? Jista’ jgħid jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti illi l-avukati tat-tfal li jservu fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex huma dawn:
Qorti ta’ Malta:- Av. Charmaine Cherrett, Av. Mary Muscat, Av. Sandra Sladden, Av. Stephanie Galea, Av. Tanya Sammut, Av. Tatianne Scicluna Cassar
Qorti ta’ Għawdex:- Av. Tatianne Scicluna Cassar
Fir-rigward tal-ingaġġ tagħhom, ninsab infurmat illi l-imsemmija avukati tat-tfal jiġu nominati mill-Qorti każ b’każ, u mhux fuq bażi full jew part-time. Dawn intgħażlu billi wara li nħarġet espressjoni ta’ interess pubblikata fil-gazzetti lokali, ġew intervistati minn Bord ta’ Selezzjoni. Dawk magħżula ġew nominati mill-Ministeru għal-Ġustizzja skont artikolu 3(1)(b) tal-Liġi Sussidarja 12.20.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li bħalissa hemm sejħa pubblika miftuħa għall-avukati tat-tfal li tagħlaq fl-10 ta’ Novembru 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal fil-Qorti ta’ Malta u ta’ Għawdex bejn l-2015 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u wkoll separatament minn xulxin? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew riferuti każijiet lil kull avukat separatament fis-snin imsemmija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ka¿ijiet riferuti lill-avukati tat-tfal fil-Qrati ta’ Malta u ta’ Għawdex għas-snin 2022 u 2023 huma skont it-tabella indikata ta’ hawn taħt. Din l-informazzjoni bdiet tinżamm mill-2022 u għalhekk l-informazzjoni għas-snin 2015 sa 2021 mhux disponibbli.
Sena
Qorti ta’ Malta
Qorti ta’ Għawdex
2022
70 *
4
2023
69 *
6
* Ma’ dan l-ammont irid jiżdied l-ammont ta’ 94 li huma inkarigi nominati fil-care orders bejn Lulju 2021 sal-lum, liema proċeduri jinstemgħu bil-magħluq u l-informazzjoni ma tinżammx sena b’sena.
It-tabelli ta’ hawn taħt jindikaw kemm ġew riferuti każijiet lil kull avukat separatament għas-snin 2022 u 2023.
Qorti ta’ Malta
Sena 2022 **
Sena 2023 **
Av. Charmaine Cherrett
10
11
Av. Mary Muscat
10
11
Av. Sandra Sladden
10
11
Av. Stephanie Galea
10
10
Av. Tanya Sammut
10
10
Av. Tatianne Scicluna Cassar
10
10
Dr. Martha Travers Tauss (sa Ġunju 23)
10
6
** Ma' dan l-ammont irid jiżdied l-ammont ta’ 94 li huma inkarigi nominati fil-care orders bejn Lulju 2021 sal-lum, liema proċeduri jinstemgħu bil-magħluq u l-informazzjoni ma tin¿ammx sena b’sena. L-istess avukati jiġu nominati skont roster.
Qorti ta’ Għawdex
Sena 2022
Sena 2023
Dr. Tatianne Scicluna Cassar
4
6
Home Help – Persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-Home Help skont il-lokalità u skont l-età, kemm minnhom huma anzjani u kemm huma b'diżabilità? Jista’ jgħid ukoll kemm għandhom sigħat ta' għajnuna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-etajiet ta’ dawk li jagħmlu użu mis-servizz tal-Home Help ivarjaw minn 65 sena 'l fuq. Madankollu, hemm ukoll xi każijiet ta' persuni bi bżonnijiet speċjali li għandhom anqas minn 65 sena. Min-naħa l-oħra, is-servizz tal-għajnuna fid-dar ivarja bejn sagħtejn u ħames siegħat fil-ġimgħa. Is-servizz jingħata lill-persuni li għandhom 'il fuq minn 65 sena u persuni li għandhom bżonnijiet speċjali.
Attachments:PQ 12626 Persuni li jaghmlu uzu minn dan is-servizz - tabella.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għas-servizz tal-Home Help fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew milqugħa u kemm minnhom effettivament bdew jieħdu s-servizz u kemm minnhom għadhom jistennew is-servizz approvat? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet kienu ta' persuni anzjani u kemm minnhom kienu ta’ persuni b'diżabiltà?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.