Faċilità San Vinċenz de Paul — Klinika tal-ġinekoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ nisa li użaw is-servizz tal-ġinekoloġija fil-klinika li ġiet inawgurata din is-sena fil-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu jirrisjedu fl-istess Faċilità u kemm minnhom kienu mill-komunità?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa 50 resident ta’ San Vinċenz de Paul u 67 anzjani mill-komunità użaw dan is-servizz.
Faċilità San Vinċenz de Paul – Klinika tal-ġinekoloġija — Servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li qed jingħataw fil-Klinika tal-Ġinekoloġija ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm diversi servizzi li jingħataw f’din il-klinika, servizzi ġenerali ta’ ġinekoloġija u tas-saħħa tal-mara u servizzi relatati ma’ post-menupause, servizzi ta’ ultrasound kemm taż-żaqq, kif ukoll transvaginal scans.
Barra minn hekk, isiru proċeduri mediċi żgħar bħal biopsies, Smear tests, Change of pessaries, Prolapse assessment, Post-menopausal bleeding assessment, Post D and C assessment, Vulvar lesion / Ca Endometrium surveillance, Abdominal mass and Vaginal pain assessment.
Faċilità San Vinċenz de Paul — Persuni li jaħdmu fil-Klinika tal-Ġinekoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fil-Klinika tal-Ġinekoloġija ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-grad ta’ kull persuna u jekk humiex impjegati full time jew part time?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kliniċi jinsabu fiċ-Ċentru tal-Kura Ġerjatrika huma mmexxija minn staff nurse. Jattendi wkoll tabib tal-ġinekoloġija mill-Isptar Mater Dei.
Faċilità San Vinċenz de Paul — Klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li sal-lum użaw il-klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul, kemm minnhom kienu jirrisjedu fl-istess Faċilità u kemm minnhom kienu mill-komunità? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma s-servizzi kollha li jingħataw minn din il-klinika?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li sal-lum, 236 pazjenti mill-komunità użaw dan is-servizz. Dawn huma anzjani mill-komunità. Residenti ta’ San Vinċenz de Paul sa issa ma ġewx bżonn dan is-servizz.
Faċilità San Vinċenz de Paul – Persuni li jaħdmu fil-klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fil-klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul, x’inhu l-grad ta’ kull persuna u jekk jaħdmux full time jew part time?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li din hija out-patient clinic li tikkonċentra fuq follow-ups ta’ wara interventi u sorveljanza. Noffru wkoll servizzi ta’ radjoloġija u bloodletting. In-nurse u l-clerk huma impjegati full-time ġewwa San Vinċenz de Paul. It-tabib/konsulent jiġi mill-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat ta’ San Vinċenz de Paul u r-rwol rispettiv tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx remunerazzjoni marbuta mar-rwol tagħhom u jekk iva, x’inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema kumitat qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ social workers li jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u x’inhu l-irwol tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Faċilità San Vinċenz de Paul hemm jaħdmu erba’ (4) Social Workers fuq bażi ta’ siegħat imnaqqsa (reduced hours).
Ir-rwol tas-Social Workers f’San Vinċenz ikopri diversi aspetti mill-ħajja tal-anzjani residenti fosthom li joffru sapport soċjali, emozzjonali u psikoloġiku permezz ta’ pariri u counselling dwar aspetti varji u jservu ta’ mezz importanti ta’ kommunikazzjoni bejn l-anzjan u l-kumplament tat-tim multi dixxiplinarju li jkun qiegħed jieħu ħsieb l-anzjan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fil-Faċilità San Vinċenz de Paul fis-sena 2022 u fis-sena 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u x’servizzi jagħtu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità San Vinċenz de Paul hemm jaħdmu żewġ (2) dentisti fuq bażi full-time.
Ir-rwol tad-dentisti huwa li jieħdu ħsieb tas-snien tal-persuni anzjani, jaraw li s-saħħa tal-ħalq u li ma jkunx hemm xi mard tal-ħanek, ilsien jew ħalq. Id-dentisti jieħdu ħsieb li jipprovdu dentatura għal dawk l-anzjani li jkollhom bżonn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13377 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors fl-Università ta' Malta jew li qed jagħmlu kors online ma' Università barranija separatament minn xulxin u x'korsijiet qed jagħmlu? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-grad ta' kull impjegat u jekk id-dipartiment jew l-uffiċċju kkonċernat huwiex qed jagħti xi forma ta' għajnuna?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13378 u jgħid x'tenders ħarġu mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tenderers għal kull tender u favur minn ġie aġġudikat kull tender?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13379 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ impjieg li kellha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qabel ma spiċċat mill-kariga tagħha fil-Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Minstru jgħid jekk id-djar residenzjali kollha tal-anzjani kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat għandhom kunsill/kumitat magħmul mir-residenti stess fejn ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-dar fejn ikunu qed jgħixu? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk id-djar residenzjali li ma għandhomx dan il-kunsill/kumitat u jekk huwiex fil-ħsieb tagħhom li jkollhom kunsill/kumitat bħal dan?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-djar residenzjali tal-Gvern, kif ukoll djar fejn il-Gvern jixtri sodod, kollha għandhom kumitat magħmul mir-residenti stess fejn jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-dar fejn ikunu qed jgħixu.
Jista’ l-Ministru jgħid miċ-ċifri li ħarġu mill-aħħar ċensiment kemm għandna anzjani f’pajjiżna li jgħixu waħedhom, lokalità b’lokalità? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm minnhom għandhom 80 sena u aktar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li miċ-ċifri li ħarġu mill-aħħar ċensiment tal-21 ta’ Novembru 2021, l-anzjani f’pajjiżna li kienu jgħixu waħedhom kienu jammontaw għal 20,187.
Tabella li turi l-figuri mqassma skond il-lokalità, kif ukoll kemm minn dawn huma ta’ 80 sena jew aktar, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul — Ventolin Solution for Nebulization
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Ventolin Solution for Nebulization mhuwiex qiegħed jingħata fil-Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx jingħata qabel u jekk iva x’inhi r-raġuni għaliex mhux qed jingħata aktar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, hemm stokk fl-Ispiżerija tal-Ventolin Solution for Nebulization u allura qed jingħata lil min jiġi bżonnu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors fl-Università ta' Malta jew li qed jagħmlu kors online ma' Università barranija separatament minn xulxin u x'korsijiet qed jagħmlu? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-grad ta' kull impjegat u jekk id-dipartiment jew l-uffiċċju kkonċernat huwiex qed jagħti xi forma ta' għajnuna?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tenders ħarġu mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tenderers għal kull tender u favur minn ġie aġġudikat kull tender?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil Onor. Interpellanta, li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.