Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il test ta’ defiċit konjittiv sar fid-djar tal-anzjani, sptarijiet u faċilitajiet skont istruzzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali lill-amministraturi fid-djar tal-anzjani skont ittra maħruġa lilhom datata 8 ta’ Ġunju 2023? Jista’ jelenka kemm saru testijiet f’kull dar tal-anzjani, sptar u faċilità? Jista’ jelenka wkoll kemm anzjani ġabu 0-7 punti (meqjusa bħala normali) u kemm anzjani ġabu 8 punti jew aktar (meqjusa bħala mhux normali) f’kull dar tal-anzjani, sptar u faċilità?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-bord mediku msemmi huwa maħtur mill-Kummissjoni Elettorali skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354). Iċ-Chairperson tal-Bord Mediku msemmi tinħatar mill-Kummissjoni Elettorali bil-membri l-oħra (tnejn) jinħatru wara nomina ta’ kull partit rappreżentat fil-Parlament. Bħala Korp Kostituzzjonali, il-Kummissjoni Elettorali ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor. Interpellanta tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.
Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali — Testijiet mediċi fuq l-anzjani
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru testijiet sa issa mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u bi tħejjija għall-elezzjonijiet li ser isiru fit-8 ta’ Ġunju 2024 fid-djar tal-anzjani u f’kull sptar jew faċilità oħra? Jista’ jelenka fejn saru dawn it-testijiet u kemm testijiet saru f’kull dar tal-anzjani, sptarijiet jew faċilitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ anzjani f’kull dar tal-anzjani, sptar jew faċilità li ma baqgħux eletturi u isimhom ġie mħassar jew ser jiġi mħassar mir-reġistri elettorali?
Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali — Test mediku fuq l-anzjani li jiddetermina għandhomx jibqgħu eletturi - Proċeduri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri stabbiliti mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali li jintużaw sabiex isir it-test mediku fid-djar tal-anzjani, fl-isptarijiet u fil-faċilitajiet li fihom hemm l-anzjani li jiddetermina jekk anzjan/a għandhomx jibqgħu eletturi skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ser ikun in-numru ta' sodod fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla issa li ħareġ it-tender rigwardanti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla għandha takkomoda mhux anqas minn mija u għaxar (110) sodod bħal ma hemm indikat fit-tender dettaljat li ħareġ u li huwa fid-dominju pubbliku.
Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-footprint u s-sulari eżistenti tad-Dar tal-Anzjani ta' Bormla mhux ser ikunu qed jiżdiedu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għoli u l-volum tad-dar ser jibqgħu l-istess bħal dik eżistenti bħal ma hemm indikat fit-tender dettaljat li ħareġ u li huwa fid-dominju pubbliku.
Fid-dawl li t-tender rigwardanti d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ġie ippubblikat, u wara li l-proċess ikun magħluq u t-tenderer magħżul, jista' l-Ministru jagħti timeline ta' meta ser titwaqqa' u jibda l-bini mill-ġdid ta' din id-dar u meta ser tkun lesta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur għandu jlesti d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fi żmien mija tmienja u sebgħin (178) ġimgħa minn meta jiġi ffirmat il-kuntratt bħal ma hemm indikat fit-tender dettaljat li ħareġ u li huwa fid-dominju pubbliku.
Dar l-Annunzjata –Carers li jakkumpanjaw anzjani meta jkollhom imorru l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16370 u jgħid għaliex f’Dar l-Annunzjata mhux qed jintbagħat carer mal-anzjani li jkollhom appuntamenti l-isptar jew ikunu jeħtieġu jmorru l-Isptar Mater Dei b’emerġenza? Jista’ jgħid ukoll x’jiġri meta l-qraba ma jkunux jistgħu jattendu għal kull appuntament jew emerġenza li jkollhom l-anzjani u wkoll meta l-anzjani ma jkollhom ebda qraba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn hemm anzjani f’din id-Dar li huma skont il-ftehim mal-Anzjanitá Attiva u Kura fil-Komunità, l-anzjani għandhom safejn hu possibbli jkunu akkumpanjati mill-qraba meta jmorru l-Isptar Mater Dei. Jekk dan mhux possibbli, għandhom ikunu akkumpanjati minn Carer. Jekk ikun hemm xi nuqqas, l-ilment għandu jitressaq l-ewwel lill-Amministrazzjoni tad-Dar. Jekk jibqa’ jiġi ripetut, l-ilment għandu jitressaq lill-Awtorità għall-Istandards ta’ Persuni Anzjani (OPSA).
Il-Belt Valletta – Triq Żakkarija – Tindif ta’ Spralli
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16373 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jara li l-ispralli fi Triq Żakkarija, il-Belt Valletta jitnaddfu u dan peress illi ħierġa riħa qawwija minnhom ikkawżata mill-ilma li jinġema’ matul iż-żmien?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm min-numru ta' Guardianship Orders attivi maħruġa mill-Guardianship Board jirrigwardaw persuni 'l fuq minn 60 sena? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm 775 Ordni ta’ Kustodja (Guardianship Orders) attivi. Minn dawn hemm 607 li huma għal persuni 'l fuq minn 60 sena. 164 Ordni ta’ Kustodja huma għall-irgiel u 443 Ordni ta’ Kustodja huma għan-nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-management ta’ San Vinċenz de Paul mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista jgħid x’kien dan it-tibdil u min huma l-persuni l-ġodda li qed jokkupaw dawn l-irwoli u jekk inħarġux sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawn l-irwoli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ma kienx hemm tibdil fil-management ta’ San Vinċenz de Paul.
Dar l-Annunzjata –Carers li jakkumpanjaw anzjani meta jkollhom imorru l-isptar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’Dar l-Annunzjata mhux qed jintbagħat carer mal-anzjani li jkollhom appuntamenti l-isptar jew ikunu jeħtieġu jmorru l-Isptar Mater Dei b’emerġenza? Jista’ jgħid ukoll x’jiġri meta l-qraba ma jkunux jistgħu jattendu għal kull appuntament jew emerġenza li jkollhom l-anzjani u wkoll meta l-anzjani ma jkollhom ebda qraba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani ġiex imwaqqaf? Jekk iva, jista’ jgħid min huma l-membri ta’ dan il-Bord? Jista’ jgħid ukoll min qed jokkupa l-irwol ta’ Segretarju tal-Bord?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat, li il- Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani ġie mwaqqaf nhar it-18 ta Jannar 2024.
Il-Membri huma:
Chairperson: Dr. Joseph Dimech
Viċi Chairperson: Sur Joseph Calleja
Membru: Sa Philomena Meli
Membru: Sa Svetlana Sammut
Membru: Dr. Nadine Stivala
Membru: Sur Paul Vella
Membru: Dr. Alexander Attard (Kummissarju ghall-Anzjani) Ex-Uffiċju
Segretarju: Sur David Scicluna
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani appuntax l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-istess Awtorità? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ dan l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni; jekk kienx hemm sejħa għal applikazzjonijiet għal dan l-irwol, u kemm applikaw għal din l-istess kariga? Jekk le, jista’ jgħid meta ser ikun qed jiġi appuntat u meta ser tkun qed tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal din il-kariga?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant, li ninsab infurmat, li il-Bord tal-Governaturi tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani fl-24 ta’ Jannar 2024 ħatret lis-Sur George Fenech bħala l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni, li kien jokkupa l'istess pożizzjoni qabel ma’ l-Awtorità nfirdet minn mal-Awtorità tal-Standards tal-Ħarsien Soċjali.
Il-Belt Valletta – Triq Żakkarija – Tindif ta’ Spralli
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ispralli fi Triq Żakkarija, il-Belt Valletta jitnaddfu u dan peress illi ħierġa riħa qawwija minnhom ikkawżata mill-ilma li jinġema’ matul iż-żmien?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lil-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15440, jista' l-Ministru jagħti data preċiża jew almenu indikazzjoni f'liema xahar f'din is-sena ser tkun qed tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti għad-Dar tal-Anzjani tal-Imsida?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta jkun il-waqt nagħtu aktar dettalji.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15439, jista' l-Ministru jgħid jekk illum għadux jingħata s-servizz ta' sigurtà mad-Dar tal-Anzjani f'Bormla li issa ilha magħluqa minn Lulju 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont mogħti fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15439 jirreferi għall-bini ta’ ħitan biex jiġu blukkati l-entraturi tad-Dar tal-Anzjani f’Bormla. B’dan il-mod, ma hemmx bżonn ta’ sigurtà oħra. Is-Servizz ta’ sigurta, permezz ta’ uffiċjal tas-sigurtà ġie provdut għal 16-il ġimgħa.
Faċilità San Vinċenz de Paul u fid-djar residenzjali tal-anzjani — Statistika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15443, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' anzjani li qegħdin fid-djar residenzjali tal-anzjani li jaqgħu taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità li ma jżurhom ħadd? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tibda tinżamm din l-istatistika u x’se tkun l-istrateġija tal-Gvern biex dawn l-anzjani ma jħossuhomx waħedhom u jiġu pprovduti b'dak kollu li għandhom bżonn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dawk l-anzjani li qiegħdin f’dar tal-anzjani taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u li ma j¿urhom ħadd jistgħu jiġu riferuti biex jingħatalhom sapport permezz tas-servizzi ta’ social workers u psikoterapija fejn ikun hemm b¿onn. Hemm ukoll attivitajiet li jsiru matul is-sena li huma mmirati għal dawn l-anzjani, jekk ikunu jixtiequ jipparteċipaw.
Faċilità San Vinċenz de Paul u fid-djar residenzjali tal-anzjani — Statistika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15443, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-35 resident f'San Vinċenz de Paul li ma jżurhom ħadd, ma jħossuhomx waħedhom? Jista' jikkonferma illi l-Gvern jipprovdi lil dawn l-anzjani dak kollu li jeħtieġu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li dawn il-35 resident f'San Vinċenz de Paul li ma jżurhom ħadd qed jibenefikaw mis-servizz tal-Active Ageing Unit fi ħdan San Vinċenz de Paul. Dan is-servizz jindirizza l-ħtiġijiet soċjali u l-inklużjoni soċjali tar-residenti kollha jiġifieri jiżgura li r-residenti jinżammu fiżikament, mentalment u soċjalment attivi sabiex, biex kemm jista’ jkun, ħadd ma jkun iżolat. Il-Gvern qed jipprovdi lil dawn l-anzjani b’dak kollu li jeħtieġu, permezz ta’ bosta attivitajiet, bħal logħob tal-bord, logħob sportiv, logħob tal-pari, logħob interattiv, reminixxenza, tpinġija, qari eċċ u kif ukoll ħarġiet, u żjarat fi spazji miftuħa, bħal Ħad-Dingli, Lapsi, il-Buskett, il-Ġnejna, ħarġiet kulturali b’kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, fosthom żjarat fil-Forti Sant'Anġlu, fil-Forti Sant'Iermu u fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella f'Għawdex, fost l’oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ewlieni tal-Welfare Committee u kif dan il-Kumitat jiġġenera l-flus tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li lir-rwol tal-Welfare Committee joħrog minn Artiklu 130 tal-Att tas-Sigurtà Soċjali. Dan ir-rwol huwa li jamministra flus mogħddija mill-Gvern ghall-benefiċċju tar-residenti li qiegħdin ġewwa d-djar tal-anzjani.
Il-kontribuzzjonijiet tal-Welfare Committee ġejjin mill-Budget – Programmi u Iniziattivi u Kontribuzzjonijiet mill-Anzjani.
Welfare Committee — Rakkomandazzjoni dwar il-kontijiet pubbliċi 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid huwiex ser iwettaq ir-rakkomandazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet pubbliċi 2022 sabiex il-Welfare Committee jkollu aktar impjegati fosthom ‘accounts officer’ sabiex ma jkunx biss l-Amministrattur ta’ dan il-Kumitat li jkun responsabbli mill-operat kollu ta’ dan il-Kumitat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ Accounts Officer ser tiġi diskussa bħala parti mill-ħtiġijiet ta’ riżorsi umani tal-Ministeru.