Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-anzjani – Servizz ta’ Respite fid-Dar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani li joffru s-servizz ta’ Respite Residenzjali fi-djar tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha li jsiru ma’ djar tal-anzjani jkopru sodod għal respite. In-numru ta’ djar ivarja skond il-ħtieġa u is-soddod vakanti disponibbli, għaliex sodda ta’ respite tista’ tiġi użata għal kura fit-tul. Dan isir skont l-eżiġenza.

San Vinċenz de Paul – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani qed jistennew biex jidħlu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul wara li sarilhom l-assessment u ġie stabbilit li għandhom jiġu rikoverati f’din il-Faċilità sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li hemm seba’ persuni jistennew biex jidħlu f’San Vinċenz de Paul ( Kategorija 1 – Dependenza Għolja).

Djar tal-anzjani – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani wara li sarilhom l-assessment u ġie stabbilit li għandhom jiġu rikoverati f’dar tal-anzjani sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,670 anzjan li qed jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani sal-ġurnata li fiha ġiet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.

Faċilità San Vinċenz de Paule – Bdil fil-ħinijiet tal-viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jiġi kkunsidrat tibdil fil-ħinijiet tal-viżitaturi tal-Faċilità San Vinċenz de Paule? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma l-ħinijiet il-ġodda u meta se jsir dan it-tibdil?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant, li il-ħinijiet tal-viżitaturi huma mill-10.00 a.m. sa nofsinhar u bejn is-2.30 p.m. u s-7.30 p.m.

Ħrieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta’ ħrieqi li anzjani huma ntitolati fil-ġurnata? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura sabiex anzjan/a tkun intitolata għall-aktar ħrieqi skont in-neċessità u l-bżonnijiet tagħha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Anzjanita u Kura fil-Kommunita, kull individwu li japplika għal servizz ta’ kontinenza jiġi eżaminat minn infermiera imħarrġa f’dan is-servizz. L-għan ta’ kull vista huwa li l-infermiera jippromovu biex l-individwu jibqa’ kontinenti. Fejn hemm meħtieġ, kull infermier jara li l-individwu jingħata il-prodott/i addattat/i għal bżonnijiet tiegħu u n-numru adegwat ta’ prodotti meħtieġa li l-individwu għandu bżonn. Fi ħdan San Vinċenz De Paul, ma hemm ebda massimu ta’ ħrieqi ( ‘capping’ ) li anzjani huma intitolati għalihom. L-anzjani huma intitolati għal ħrieqi skont il-bżonnijiet tagħhom.

Faċilità San Vinċenz de Paule — Entitajiet li jipprovdu l-ikel lir-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li jipprovdu l-ikel lir-residenti fil-Faċilità San Vinċenz de Paule? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti relattivi u jgħid ukoll kemm hu l-valur ta’ kull kuntratt u t-terminu tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Tender CT2369/2023 — Kriterji

Question

B’referenza għat-tender CT2369/2023 (to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including High Energy and Environmental Performance Standards), jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji sabiex persuna/entità tkun tista’ tapplika? Jista’ jgħid x’inhuma s-snin ta’ esperjenza li l-operatur/applikant huwa meħtieġ li jkollu fis-settur sabiex ikun jista’ japplika? Jista’ jgħid ukoll jekk applikant iridx ikun ilu jopera dar tal-anzjani li jkollha ’l fuq minn numru ta’ sodod? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu n-numru ta’ sodod rikjest?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi kriterji sabiex persuna/entità tkun tista’ tapplika u dawn huma kollha indikati fit-tender li huwa fid-dominju pubbliku (section 1, point 5, page 8). Rigward snin ta’ esperjenza, l-operatur/applikant irid juri evidenza dokumentata li spiċċa proġett b’suċċess matul l-aħħar għaxar (10) snin, mis-sena 2014 sad-data ta’ meta ġie ippublikat it-tender, liema proġett irid jissodisfa xi kriterji. L-operatur irid juri li opera dar tal-anzjani ta’ minn tal-inqas 200 resident għal tal-inqas tlett (3) snin kontinwi qabel ma’ ġie ippublikat it-tender.

Anzjani li jidħlu fi Djar tal-Anzjani – Persentaġġ tat-tnaqqis mid-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persentaġġ tat-tnaqqis mid-dħul tal-anzjani li jidħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fi djar oħra li magħhom il-Gvern għandu ftehim għal xiri ta’ sodod taħt l-iskema ta’ Sħubija Pubblika-Privata mhuwiex ugwali għal kull anzjan imma jiddependi jekk dawn jidħlux min-naħa tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) jew mid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista’ jgħid jekk hux qed issir inġustizzja mal-anzjani li mhux qed jiġu ttrattati l-istess?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persentaġġ tat-tnaqqis mid-dħul tal-anzjani li jidħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fi djar oħra li magħhom il-Gvern għandu ftehim għal xiri ta’ sodod taħt l-iskema ta’ Sħubija Pubblika-Privata hija rregolata skond l- A.L. 151 tas-sena 2018: ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI (KAP. 318) - Regolamenti tal-2018 dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Finanzjati mill-Istat.

Djar tal-Anzjani – Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi kollha li l-anzjani huma ntitolati għalihom meta dawn jidħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fi djar oħra li magħhom il-Gvern għandu ftehim għal xiri ta’ sodod taħt l-iskema ta’ Sħubija Pubblika-Privata? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn is-servizzi jingħatawx lil kull anzjan indipendentement jekk jidħlux mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) jew mid-Dipartment tas-Saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi kollha li l-anzjani huma ntitolati għalihom meta dawn jidħlu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fi djar oħra li magħhom il-Gvern għandu ftehim għal xiri ta’ sodod taħt l-iskema ta’ Sħubija Pubblika-Privata mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) huma kif ġejjin:- Tissue Viability Nurse, Dementia Nurse, Continence Nurse, Infection Control Nurse, Clinical Nutritionist, Psychotherapy, Physiotherapy, Speech Language Pathology, Occupational Therapy, Podology, Dietician, Consultant Geriatrician. Huma ntitolati wkoll għall-kolazjon, ikla ta’ nofsinhar u ta’ filgħaxija, ħasil ta’ ħwejjeġ, hairdressing, quddies, TV, u Wifi.

San Pawl il-Baħar/Buġibba — Dar tal-Anzjani Casa Serena

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18133 u jgħid kemm hemm anzjani jirrisjedu bħalissa fid-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu jgħixu f'din id-dar mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li jirrisjedu hu tagħrif kummerċjali, apparti li jista’ jvarja minn jum għall-ieħor.

San Pawl il-Baħar/Buġibba — Dar tal-Anzjani Casa Serena - Liċenzja

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17817 u 18134 jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar, hux qiegħda topera mingħajr liċenzja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja ta’ Casa Serena għal Servizz Residenzjali għall-Anzjani ma ġietx irtirata.

San Vinċenz de Paule — Testijiet mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru sa issa testijiet fil-faċilità ta’ San Vinċenz de Paule mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali bi tħejjija għall-elezzjonijiet li ser isiru fit-8 ta' Ġunju 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17818.

Dementia Intervention Team — Interventi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi mid-Dementia Intervention Team sa mit-twaqqif tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm-il care plan qed jingħata bħalissa minn dan it-tim u jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti li għad iridu jiġu pproċessati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqaf id-Dementia Intervention Team sa Frar ta’ din is-sena, it-tim wettaq 8,365-il żjara fid-djar, filwaqt li wettaq 46,737-il intervent permezz tat-telekomunikazzjoni. Bħalissa dan it-tim speċjalizzat qed jagħti appoġġ lil 986-il każ uniku li jgħixu fil-komunità. Applikazzjonijiet ġodda biex jiġu pproċessati m’hemmx pendenti. L-applikazzjonijiet jiġu vvalutati fiż-żmien stipulat.

San Pawl il-Baħar/Buġibba — Dar tal-Anzjani Casa Serena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jirrisjedu bħalissa fid-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu jgħixu f'din id-dar mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

OPSA — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) din is-sena jew minn meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid ukoll jekk saritx spezzjoni u/jew spezzjonijiet, jekk sarx/ux rapport/i li jirrakkomandaw bidliet li għandhom isiru mill-fornitur? Jista' jgħid ukoll x'inhuma dawn il-bidliet li qed jiġu rrakomandati u f'kemm żmien iridu jsiru dawn il-bidliet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani bejn Jannar u Marzu tal-2024 għamlet total ta’ 264 spezzjonijiet fis-servizzi liċenzjati tal-anzjani li minnhom saru 264-il rapport. Minn dawn l-ispezzjonijiet l-Awtorità rrimarkat 272 nuqqas li kienu rigward is-servizz mogħti, l-ambjent, l-istaff u l-amministrazzjoni. Tajjeb li ngħidu li l-Awtorità se tkun qed tagħmel żjarat ta’ spezzjoni oħra fi żmien qasir sabiex tara illi dawn in-nuqqasijiet qed jiġu indirizzati. L-Awtorità ma teskludix illi fid-dawl illi dak li rrakomandat minnha ma jidħolx fis-seħħ, ma jkolliex triq oħra iżda li tieħu passi oħra sabiex il-benessere tal-anzjani jkun imħares kif suppost.

OPSA — Uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' uffiċjali pubbliċi li ġew assenjati biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom mal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA)? Jista' jgħid ukoll mil-liema dipartiment jew dipartimenti ġew trasferiti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Intrpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18136.

Dementia Helpline

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ċemplu fuq id-Dementia Helpline 1771 sa mit-twaqqif tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġiet stabbilita l-helpline tad-dimensja ċemplu 6,107 persuni. Il-maġġoranza tat-telefonati jistaqsu dwar sintomi tal-kundizzjoni u informazzjoni dwar servizzi relatati mad-dimensja.

Buġibba, San Pawl il-Baħar — Dar tal-Anzjani Casa Serena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet irtirata l-liċenzja tad-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar u x’wassal biex din il-liċenzja tiġi rtirata? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-anzjani li jirresjedu f’din id-dar għadhom jgħixu hemmhekk sal-lum?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja ta’ Casa Serena għal Servizz Residenzjali għall-Anzjani ma ġietx irtirata.