Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani — liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-għoti, rifjut, sospensjoni u revoka ta’ liċenzji regolati bl-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-għoti, rifjut, sospensjoni u revoka ta’ liċenzji huma regolati bl-Istandards Regolatorji tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA), hekk kif imsemmi fil-mistoqsija parlamentari 20162.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz kellimni.com huwiex servizz anonimu? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm każijiet fejn din l-anonimità ma tibqax tapplika? Jekk iva, jista’ jgħid meta huma dawn il-każijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija tipprovdix servizz lis-servizz kellimni.com? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu dan is-servizz u jekk il-pulizija kkonċernati humiex kwalifikati f’dan ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Anzjani li jintbagħtu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul minflok l-Isptar Mater Dei — Proġett pilota
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar il-proġett pilota li ħabbar il-Gvern f’Marzu li għadda fejn l-anzjani minflok jintbagħtu l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei qed jintbagħtu fil- Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll min jiddeċiedi jekk l-anzjan imurx l-Isptar Mater Dei jew fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid jekk anzjan jistax imur minn jeddu f’każ ta’ emerġenza fil-Faċilità San Vincenz de Paul minflok imur l-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll jekk l-anzjani li diġà jirrisjedu fil-Faċilità San Vincenz de Paul humiex qed jibbenefikaw minn dan is-servizz jew f’każ ta’ emerġenza humiex xorta qegħdin jintbagħtu l-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma tħabbar f’Marzu li għadda, il-pazjenti eleġibbli li jirċievu s-servizz minn Narċis, huma anzjani residenti f’Dar tal-Anzjani li jirriżulta li jkunu ġew bżonn kura medika konsegwenza ta’ kundizzjonijiet pre-determinati. Dan is-servizz beda jingħata mit-8 ta April 2024.
Il-proċess biex jiddaħħlu Narċis jinvolvi analiżi tal-każ mediku mill-konsulent tad-Dar li jiddiskuti l-każ mal-konsulent ġerjatriku responsabbli minn Narċis. Jekk il-kundizzjoni tal-anzjan taqa’ fil-kriterji pre-determinati, isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-trasferiment tal-pazjent. Id-dħul tal-pazjent ġewwa Narċis jiġi aċċettat biss wara qbil bejn dawn iż-żewġ partijiet.
Min-naħa l-oħra, pazjenti li huma resident f’San Vinċenz de Paul, jiġu ittrattati l-isptar San Vinċenz stess. Pazjenti li jkollhom bżonn trattament mediku intensiv biss jiġu trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei. F’każ bħal dan, huma ma jkunux eleġibbli għal Narċis, peress li Narċis mhijiex f’pożizzjoni li toffri kura intensiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il CCTV camera hemm fil-Faċilità San Vincenz de Paul u fejn jinsabu dawn il-cameras? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras li jagħtu għas-swali u/jew il-kmamar tar-residenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li ġewwa San Vinċenz de Paul, hemm total ta' 107 CCTV cameras madwar il-post. L-ebda waħda mill-cameras ma tinsab fil-kmamar tal-pazjenti u dan minħabba raġunijiet ta' privatezza.
Residenza San Vinċenz de Paul — Tibdil tal-karta tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li ssegwi l-Aġenzija Identità għal tibdil tal-karta tal-identità tal-anzjani li jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kif jiskatta dan il-mekkaniżmu? Jista' jgħid ukoll jekk it-talba għal tibdil ta' indirizz tridx issir mill-anzjan innifsu, mill-amministraturi tar-Residenza San Vinċenz de Paul jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija stess?
Dar tal-anzjani — Tibdil /tiġdid tal-karta tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal tibdil u/jew tiġdid tal-karta tal-identità ta' anzjani li jirrisjedu f'xi dar tal-anzjani u kemm iddum l-Aġenzija Identità biex tagħmel dan it-tibdil? Jista' jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni pendenti antika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li meta applikazzjoni ta' karta tal-identità tkun sottomessa mill-applikant, din tiġi proċessata minnufih.
Residenza San Vinċenz de Paul — Tibdil tal-karta tal-identità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal tibdil u/jew tiġdid tal-karta tal- identità ta' anzjani li jirrisjedu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kemm iddum l-Aġenzija Identità biex tagħmel dan it-tibdil? Jista' jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar applikazzjoni pendenti antika?
Faċilità San Vinċenz de Paul — Mediċina Tegretol 200
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19197 u jgħid għaliex il-mediċina Tegretol 200 ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul qed titqassam bid-data tal-iskadenza mgħottija? Jista' jgħid ukoll jekk din il-mediċina hijiex waħda skaduta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhux minnu li l-mediċina Tegretol 200 qed titqassam bid-data tal-iskadenza mgħottija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19198 u jagħti garanzija li kull mediċina li qed tingħata fil-Faċilità San Vinċenz de Paul hija tal-għola kwalità u mhux skaduta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm proċedura apposta biex mediċini li jkunu se jiskadu, jiġu identifikati minn qabel dawn jiskadu.
Residenza San Vinċenz de Paul — Dementia Activity Centre
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19757 u jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qed jattendu fid-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm 34 anzjan li qed jattendu fid-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Residenza San Vinċenz de Paul — Dementia Activity Centre - Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19758 u jgħid kemm hemm anzjani li qegħdin fil-waiting list biex jattendu d-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li hemm 13-il anzjani li qegħdin fil-waiting list biex jattendu d-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Residenza San Vinċenz de Paul — Dementia Activity Centre - Tnaqqis fis-sigħat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19759 u jgħid jekk il-familjari tal-anzjani li jattendu d-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul humiex jintalbu biex il-membru tal-familja tagħhom li jbati mid-dimensja, jitnaqqsulu s-sigħat li fih jattendi dan iċ-Ċentru ? Jista’ jgħid għaliex qed issir din it-talba lill-familja u x’qiegħed isir biex dawn is-sigħat ma jitnaqqsux biex il-membri tal-familja jkunu jistgħu jmorru għax-xogħol rashom mistrieħa li l-membru tal-familja li jbati mid-dimensja, ikun qiegħed f’dan iċ-Ċentru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-familjari tal-anzjani li jattendu d-Dementia Activity Centre fir-Residenza San Vinċenz de Paul mhumiex jintalbu biex il-membru tal-familja tagħhom li jbati mid-dimensja, jitnaqqsulu s-sigħat li huma intitolati għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li ssegwi l-Aġenzija Identità għal tibdil tal-karta tal-identità tal-anzjani li jidħlu f'xi dar tal-anzjani u kif jiskatta dan il-mekkaniżmu? Jista' jgħid ukoll jekk it-talba għal tibdil ta' indirizz tridx issir mill-anzjan innifsu, mill-amministraturi tad-djar tal-anzjani jew fuq inizjattiva tal-Aġenzija stess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-talba sabiex isir tibdil tal-Karta tal-Identità ta’ anzjani li jidħlu fi djar tal-anzjani jew sabiex isir tiġdid tal-istess dokument ta’ anzjani li diġà jirrisjedu fi djar tal-anzjani normalment issir mill-amministraturi tal-istess djar tal-anzjani, u mhux inizjattiva minn jedda tal-Aġenzija Identità. Sussegwentement l-aġenzija Identità tiprovdi servizz fuq il-post.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il korriment ta’ tqala (miscarriage) ġew reġistrati fl-Isptar Mater Dei matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma separatament minn xulxin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella.
Year
Number of Discharge Episodes
2020
287
2021
220
2022
217
2023
236
2024 (January)
13
Fid-dawl tal-aħħar sentenza li ngħatat mill-Qorti fejn żewġ carers instabu ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ anzjana ta’ 101 sena fir-Residenza San Vinċenz de Paul, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ordnata investigazzjoni biex ikun ivverifikat li kull apparat li qed jiġi użat għall-pazjenti inkluż lifters, hoists, hammocks u slings, huwa fi stat tajjeb? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-miżuri kollha li qed jittieħdu sabiex tiġi protetta s-sigurtà tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul u biex din it-traġedja ma terġax isseħħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fi ftit ġranet wara li sar l-inċident kienet saret investigazzjoni interna fejn fost l-oħrajn ġie stabbilit li l-apparat li kien intużat kien f’kundizzjoni tajba għall-użu.
Hija wkoll prassi normali li kull apparat li jintuża f’San Vinċenz de Paul issir manutenzjoni regolari sabiex ikun ivverifikat li jkun tajjeb biex jitħaddem kemm għas-saħħa ta min ikun qiegħed jużahom kif ukoll għall-anzjani residenti. Fir-rigward tas-‘
slings u hammocks’,
dawn jiġu spezzjonati kull darba li jiġu r-ritornata l-
Medical Library,
u dawk li ma jkunux tajbin għall-użu jiġu mormija skond proċedura stabbilita.
Minn barra dawn il-proċeduri, f’San Vinċenz kienu ġew introdotti
A Manual-Handling booklet
, għall-użu tal-professjonisti li jaħdmu ġewwa San Vinċenz de Paul, kif ukoll isir
Manual Handling Course
għal carers u Nurses impjegati minn San Vinċenz de Paul u li huwa rikonoxxut mill-
Malta Further & Higher Education Authority
(MQRIC) fuq livell erba’ (4) u ħamsa (5).