Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20068 u 20276 u jgħid kemm persuni għamlu użu mis-servizz kellimni.com minn meta ġie mwaqqaf, u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-istatistika mogħtija ma tinkludix klijenti li għamlu użu mis-sessjonijiet ta’ konsulenza individwali (onlajn jew wiċċ imb’wiċċ) u sessjonijiet ta’ gruppi terapewtiċi; liema żewġ servizzi ġew introdotti fl-2020.

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20069 u 20277 u jgħid jekk is-servizz kellimni.com huwiex servizz anonimu? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm każijiet fejn din l-anonimità ma tibqax tapplika? Jekk iva, jista’ jgħid meta huma dawn il-każijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li permezz ta’ Public Social Partnership li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal għandu mal-SOS Malta, s-servizz Kellimni.Com, is-servizz onlajn ta’ appoġġ għas-saħħa mentali, jingħata fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u huwa servizz anonimu. F’każ fejn ikun każijiet ta’ persuni f’riskju li jagħmlu ħsara lilhom infushom jew ħsara lil ħaddieħor, jintużaw mezzi tekniċi li jaslu għal rapport tal-każ lil ‘Cybercrime Unit’. Dawn ir- rapporti jsir f’każijiet bħal vjolenza domestika, abbuż ta’ minuri, ħsibijiet suwiċidali jew ħsara lil ħaddieħor.

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20070 u 20278 u jgħid jekk il-Pulizija tipprovdix servizz lis-servizz kellimni.com? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu dan is-servizz u jekk il-pulizija kkonċernati humiex kwalifikati f’dan ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Cyber Crime Unit tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta tipprovdi servizzi lill-programm Kellimni.Com. Dan is-servizz jiġi offrut meta is-servizz onlajn ikun iffaċċjat b’każijiet serji li jeħtieġu rappurtar u azzjoni ulterjuri mill-pulizija. Informazzjoni dwar il-kwalifiki tat-tim tal-pulizija li jittratta ma’ każijiet irrappurtati mis-servizz Kellimni.Com, għandha issir lil-Ministeru ikkonċernat responsabbli mill-Pulizija.

Is-servizz Kellimni.com — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20071 u 20279 u jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu mas-servizz kellimni.com? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-rwol u l-kwalifiki ta’ kull impjegat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ammont ta` impjegati jaħdmu mas-servizz kellimni.com huwa dak ta` sittax. Ir-rwol u l-kwalifiki ta’ kull impjegat huwa dak li jissoddisfaw il-kriterji tal-professjoni.

Dimensja – tobba kwalifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna tobba f'pajjiżna li għandhom kwalifiki fid-dijanjożi u l-kura tad-dimensja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fl-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunitá, it-tobba kollha tal-familja huma mħarrġa fid-dijanjożi u l-kura tad-dimensja. F'ċerti każijiet jistgħu jirreferu għal speċjalisti tal-Ġerjatrija, Psikjatrija jew Newroloġija skond il-ħtiġijiet tal-każ. Filwaqt li t-tobba kollha f’San Vinċenz, li jinkludu Psikjatri u Newrologi, huma mħarrġin fl-immaniġġjar tal-kundizzjoni tad-dimensja, dawn jinkludu, sbatax-il (17) Konsulent fil-Ġerjatrija u disa’ (9) resident specjalists fil-Ġerjatrija.

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20069 u jgħid jekk is-servizz kellimni.com huwiex servizz anonimu? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm każijiet fejn din l-anonimità ma tibqax tapplika? Jekk iva, jista’ jgħid meta huma dawn il-każijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20070 u jgħid jekk il-Pulizija tipprovdix servizz lis-servizz kellimni.com? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu dan is-servizz u jekk il-pulizija kkonċernati humiex kwalifikati f’dan ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Is-servizz Kellimni.com — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20071 u jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu mas-servizz kellimni.com? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-rwol u l-kwalifiki ta’ kull impjegat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ċekkijiet — Spiża fuq proċessar, stampar u posta

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19893 u 20081, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali fuq proċessar, stampar u posta taċ-ċekkijiet li nħarġu fil-ġimgħat li għaddew?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani – Fornituri tas-servizz liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-fornituri kollha tas-servizz liċenzjati skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-lista li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) tilliċenzja, ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista qed tirreferi għall-fornituri kollha tas-servizz liċenzjati skont l-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA).

Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani – applikazzjonijiet għal liċenzjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzjar biex topera kwalunkwe servizz marbut mal-kura ta’ persuni anzjani? Jekk iva, jista’ jagħti informazzjoni dettaljata dwar kull applikazzjoni pendenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani, bħalissa ma għandha l-ebda liċenzja pendenti.

Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani – liċenzji sospiżi/revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani għandhiex liċenzji sospiżi u revokati bħalissa? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji tal-liċenzji li ġew sospiżi jew revokati u f’kull każ, ir-raġuni jew raġunijiet għaliex il-liċenzja ġiet sospiża jew revokata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani, bħalissa ma għandha l-ebda liċenzji sospiżi jew revokati.

Djar tal-anzjani privati — Sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tad-djar tal-anzjani privati f’Malta u f’Għawdex li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod mill-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha ftehim ma’ djar tal-anzjani privati f’Malta biss u mhux f’Għawdex, hekk kif spjegat mill-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa – Dar Residenzjali – Każ ta’ suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex fil-25 ta' Mejju 2024, seħħ suwiċidju ta' anzjan li kien jirrisjedi fid-Dar Residenzjali tal-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll jekk saritx investigazzjoni separata minn dik tal-Pulizija u jekk iva, x'kien l-eżitu ta' din l-investigazzjoni? Jekk le, għaliex ma nħassitx il-ħtieġa li ssir din l-investigazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunitá (AACC) u l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA), irriżulta li ma kien l-ebda nuqqas fil-kura, attenzjoni u servizz li l-anzjan kien qed jingħata.

Residenza San Vincenz de Paul — Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju 2024

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19901 u 19902, jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li kien hemm 194 resident fir-Residenza San Vindenz de Paul li fl-aħħar elezzjonijiet tat-8 ta' Ġunju 2024 ivvotaw f'kaxxa mħallta, u ċjoè fuq il-lokalità li kienu jgħixu fiha qabel ma daħlu fir-Residenza San Vincenz de Paul?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ċentru ġdid għall-persuni bid-dimensja

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19760, jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalità fir-reġjun tal-port tat-Tramuntana se jkun qed jinfetaħ iċ- ċentru ġdid għall-persuni bid-dimensja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitwettqu l-proċessi meħtieġa biex jiġi identifikat l-aħjar post għal dan iċ-ċentru.

Kummissjoni Elettorali – Bord Mediku – Testijiet mediċi fil-Faċilità San Vincenz de Paul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Bord Mediku maħtur mill-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali ma marx fil-Faċilità San Vincenz de Paul qabel l-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Ġunju li għadda sabiex jagħmel testijiet mediċi biex jiddetermina jekk anzjan/a għandhomx jibqgħu eletturi skont l-istess Att, u dan meta 478 anzjan mill-597 test konjittiv li kienu saru mill-amministrazzjoni fil-Faċilità ma għaddewx mill-ewwel test?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lil Onor. Interpellanta, li l-bord mediku msemmi huwa maħtur mill-Kummissjoni Elettorali. Skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354), iċ-Chairperson tal-Bord Mediku msemmi tinħatar mill-Kummissjoni bil-membri l-oħra (tnejn) jinħatru wara nomina ta’ kull partit rappreżentat fil-Parlament. Bħala Korp Kostituzjonali, l-imsemmi Kumissjoni Elettorali ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor. tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.

Kummissjoni Elettorali – Bord Mediku – Testijiet mediċi fi djar tal-anzjani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Bord Mediku maħtur mill-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali żar biss għaxart idjar tal-anzjani mill-31 dar tal-anzjani li kellu jżur sabiex jagħmel testijiet mediċi biex jiddetermina jekk anzjan/a għandhomx jibqgħu eletturi skont l-istess Att? Jista’ jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu dawn id-djar tal-anzjani? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fatt li dan il-Bord ma żarx il-kumplament tad-djar tal-anzjani jikkostitwixxix nuqqas tat-twettiq tad-dmir li għandu l-Bord kif stipulat fl-istess Att?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lil Onor. Interpellanta , li l-bord mediku msemmi huwa maħtur mill-Kummissjoni Elettorali. Skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354), iċ-Chairperson tal-Bord Mediku msemmi tinħatar mill-Kummissjoni bil-membri l-oħra (tnejn) jinħatru wara nomina ta’ kull partit rappreżentat fil-Parlament. Bħala Korp Kostituzjonali, l-imsemmi Kumissjoni Elettorali ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor. tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.

Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani — standards regolatorji minimi għas-servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards regolatorji minimi għas-servizzi regolati bl-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani tirregola fuq l-Istandards Regolatorji. Dawn ser ikunu qed jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra: ‐ ​ Servizzi ta' Kura għal Anzjani b'Kundizzjonijiet Kroniċi u b'Dipendenza ‐ ​ Servizzi Residenzjali għall-Anzjani ‐ ​ Servizzi Residenzjali għal Persuni li jgħixu bid-Dimenzja fid-Djar tal-Anzjani