Reġjun Tramuntana — Ċentru għal Persuni bid-Dimensja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex identifikat il-post għal Ċentru għal Persuni bid-Dimensja fir-reġjun tal-port tat-Tramuntana? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema lokalità ser ikun qed isir u meta ser ikun qed jopera?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li qed jitwettqu l-proċessi meħtieġa biex jiġi identifikat l-aħjar post għal dan iċ-ċentru, fir-reġjun tal-port tat-Tramuntana.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22255 u ċjoé: Wara li l-Information and Data Protection Appeals Tribunal ordnat lill-Ministeru u l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sabiex jagħmlu aċċessibbli l-kuntratti kollha li l-Ministeru għandu mad-djar tal-anzjani fuq xiri ta’ sodod, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-kuntratti kollha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru telenka s-siti kollha fejn jiltaqgħu l-Boy Scout Groups f’kull lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ dawn is-siti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru telenka s-siti kollha fejn jiltaqgħu l-Girl Guides Groups f’kull lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ dawn is-siti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Boy Scout Groups li m’għandhomx sit fejn jiltaqgħu
Question
Tista’ l-Ministru telenka liema Boy Scout Groups m’għandhomx sit fejn jiltaqgħu? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ftehim ma’ dawn il-gruppi biex jinstabilhom post fejn jiltaqgħu u jaħżnu l-equipment tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ġejt infurmata li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) m’għandux tali informazzjoni. Din hija informazzjoni li tista’ tintalab mill-għaqdiet rispettivi.
Faċilità San Vincenz de Paul – Servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx l-intenzjoni li s-servizz tat-trasport pubbliku jerġa’ jibda jidħol fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll x’kien wassal sabiex dan is-servizz jinqata'?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jiġi provdut servizz ta’ shuttle transport biex iwassal il-viżitaturi fejn is-swali madwar San Vinċenz kollu. Dan jgħaddi b’mod regolari mal-periferija ta’ San Vinċenz kollu għall-kudmitá tal-viżitaturi.
Jista’ l-Ministru jgħid min jipprovdi s-servizz tat-tindif fil-Faċilità San Vincenz de Paul u jekk dan is-servizz ingħatax b’tender jew b’direct order? Jista’ jgħid ukoll kemm jiswa kull sena dan is-servizz u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt eżistenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għal servizz ta’ tindif ingħata wara sejħa b’tender u ntrebaħ minn Xclean Ltd.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Stalevo li jintużaw minn persuni li jbatu mill-marda tal-Parkinsons huma out of stock? Jista’ jara li dawn il-pilloli jkunu disponibbli minnufih ġaladarba mhux kull spiżerija ġġib minn dawn il-pilloli u jiswew ħafna flus u li mhux kulħadd għandu l-mezzi biex jixtrihom?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali ta’ carers li jaħdmu fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-kuntrattur? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Fil-każ ta’ carers barranin jista’ jgħid ukoll mil-liema pajjiżi ġejjin dawn il-carers?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Faċilità San Vincenz de Paul – Servizz ta’ sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jipprovdi s-servizz ta’ sigurtà fil-Facilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll min huma l-kuntratturi, it-terminu u l-valur ta’ kull kuntratt eżistenti, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kuntratt għal servizz ta’ sigurtà ingħata wara sejħa b’tender li din is-sena qed jigi pprovdut mill-kumpanija Executive Security Services Ltd.
Carers barranin — Kors ta’ taħriġ fil-lingwa Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ carers barranin li jaħdmu mal-anzjani li qagħdu għal kors ta’ taħriġ fil-lingwa Maltija? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti dan il-kors?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi hemm (116) mija u sittax il-carer barranin impjegati tal-kuntrattur li jaħdmu fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Ħamsa u għoxrin (25) minn dawn il-carers qed jagħmlu il-kors filwaqt li l-91 l-oħra qed jistennew biex jibdew dan il-kors.
Dan il-kors, li huwa twil (50) ħamsin siegħa, jintroduċi lill-istudenti ma’ kliem li jintuża waqt diskursati dwar aspetti tal-mediċina, waqt li jiffoka fuq it-terminoloġija użata biex tirreferi għall-anatomija, fuq komunikazzjoni li ssir bejn professjonist u l-pazjent, jgħin lill-istudent jifhem is-sintomi tal-pazjent espressi bil-lingwa Maltija, kif ukoll jikkomunika aħjar f’ambjent kliniku Malti. Matul dan il-kors, l-istudenti ikollhom l-opportunità li jkabbru l-ħiliet tagħhom fil-komunikazzjoni permezz ta’ diskursati mediċi kif ukoll permezz ta’ logħob. Aktar minn hekk, l-istudenti jkunu esposti għall-bażi tal-grammatika Maltija u għal vokabularju li jista’ jgħinhom sabiex jikkomunikaw f’ambjent mediku.
Sal-aħħar tal-kors, l-istudenti għandhom ikunu kapaċi jifhmu s-sintomi ġenerali tal-pazjenti hekk kif espressi bil-lingwa Maltija kif ukoll iwieġbu mistoqsijiet sempliċi li jintużaw f’ambjent kliniku Malti.
Ġewwa San Vinċenz de Paul, matul din is-sena, (30) tletin carer barranin attendew b’suċċess il-kors ‘Basic Medical Maltese’. Dan il-kors jikkonsisti, f’madwar erba’ xhur fejn darbtejn fil-ġimgħa, għalliema tal-Malti mill-Universitá ta’ Malta jiġu ġewwa ċ-Ċentru ta’ t-Taħriġ sabiex jgħallmu lil impjegati tagħna, saħansitra waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom.
Dan il-kors jintroduċi l-studenti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu konversazzjoni medika bil-Malti fejn wieħed iħarres terminoloġiji mediċi kif ukoll ħarsien dwar sintomi varji li anzjan jista’ jbatti minnhom waqt li jkunu fuq il-post tax-xogħol. Dan il-kors jgħin ukoll sabiex carers barranin ikunu jistgħu jagħmlu konversazzjoni kemm mal-anzjan taħt il-kura tagħhom, qrabat, kif ukoll mal-kolleggi Maltin tagħhom.
Finalment min naħa tal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani din l-awtorità tivverifika li l-istaff li jaħdem fid-djar tal-anzjani u ma jitkellimx bil-lingwa Maltija qed jiġi mħarreġ fil-lingwa Maltija għas-settur.
Faċilità San Vincenz de Paul – Appuntamenti għall-viżiti lill-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-familjari tar-residenti fil-Faċilità San Vincenz de Paul iridu jċemplu biex jagħmlu appuntament qabel ma jmorru jaraw lill-membru tal-familja tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li sa tliet persuni fl-istess ħin jistgħu jżuru pazjent. Dan nagħmluh fl-interess tas-saħħa tal-pazjent.
Faċilità San Vincenz de Paul – Transport Section — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fit-Transport Section tal-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minnhom li huma xufiera?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li fit-transport section hemm total ta’ (13) tlettax-il ħaddiema li huma xufiera.
Faċilità San Vincenz de Paul – Transport Section — Vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jintużaw vetturi mit-Transport Section tal-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll x’servizzi qed jagħtu dawn il-vetturi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul jintużaw 13-il vettura. Dawn joffru diversi servizzi, inkluż it-trasport intern ta’ residenti, fosthom għall-appuntamenti mediċi ġewwa San Vinċenz de Paul (SVP) stess fid-Day Clinic u Fiżjoterapija; trasport ta’ residenti għall-appuntamenti f’Mater Dei jew ġewwa Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC); u trasport ta’ residenti ġodda ġejjin mill-komunitá. Uħud minn dawn il-vetturi jintużaw ukoll għat-trasport ta’ laundry lejn u mis-swali, ċilindri tal-ossiġnu; provvisti għas-swali bħal ħrieqi, sapun, kitchen rolls; trasport ta’ għamara; trasport ta’ demm, files jew apparat mediku lejn f’Mater Dei (MDH); mediċinali u ħalib. Infurmat ukoll li l-messaġġiera jagħmlu użu mill-vetturi u skont il-ħtieġa. Infurmat illi jsir ukoll użu minn shuttle van biex joffri li jwassal lill-qraba fis-swali.
Faċilità San Vincenz de Paul – Servizz ta’ kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażel dan is-service provider u jagħti dettalji tal-kuntratt li għandu mal-Faċilità? Kemm għandu vetturi joperaw minn din il-Faċilità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-kumpanija kkonċernata topera żewg vetturi ġewwa San Vincenz De Paule – wieħed jipprovdi shuttle service ġħall-viżitaturi bejn 9.00a.m. u 1.00p.m. u bejn is-2.00p.m. u 7.00p.m. u l-ieħor jaġħmel transfers għad-Day Clinics bejn 8.00a.m. u 1.00p.m.
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jipprovdi l-hearse sabiex iġorr l-anzjani li jkunu mietu fis-swali tal-Faċilità San Vincenz de Paul għall-kamra mortwarja tal-istess Faċilità? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ servizz u jgħid kemm jitħallas għal kull vjaġġ li jsir?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-risposta qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Minkejja li l-Faċilità San Vincenz de Paul għandha s-servizz ta’ hearse, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani li jkunu mietu jdumu biex jitwasslu sal-kamra mortwarja tal-istess Faċilità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li meta jmut resident, hemm ħafna fatturi li jaffetwaw il-ħin li jittella’ fil-kamra mortwarja, fosthom it-tabib irid jiċċertifika l-mewt, iridu jaslu l-qraba, iridu jistennew il-ħwejjeġ ta’ dfin, irid isir it-tkeffin u jridu jaslu wkoll min ikun ser jipprovdi s-servizz tal-hearse.
Faċilità San Vincenz de Paul – Human Resources — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Human Resources fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni f’kull grad u kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern u kemm minnhom jaħdmu mal-kuntrattur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li n-numru ta’ impjegati li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Human Resources fil-Faċilità San Vincenz de Paul huwa ta’ (34) erbgħa u tletin impjegat, li minn dawn hemm disa’ (9) impjegati tal-kuntrattur fil-grad ta’ Skrivan/a, kif ukoll impjegata tal-Engineering Resources Ltd.
Jista’ l-Ministru jelenka d-Diretturi kollha li jaħdmu fil-Faċilità San Vincenz de Paul?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Diretturi f’San Vinċenz de Paul huma:
·
Director Nursing Services
;
·
Medical Director (Agent);
·
Director Support Services
;
·
Director Operations
.
Faċilità San Vincenz de Paul – Trasport għal kampjuni tad-demm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-trasport ta’ kull kampjun tad-demm mill-Faċilità San Vincenz de Paul isir bis-servizz ta’ trasport privat meta l-Faċilità għandha x-xufiera tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li x-xufiera ġewwa SVP jaħdmu matul il-jum biss. Il-kampjuni tad demm jiġu trasportati lejn MDH matul il-lejl.