Jista' l-Ministru jgħid meta (sena u xahar) ser ikunu lesti x-xogħlijiet fuq l-għassa tal-Ħamrun u meta l-Pulizija ser ikunu jistgħu joperaw mill-ġdid minn din il-binja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 23824.
Karozzi tal-linja — Anzjani u persuni b’diżabbilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi tal-linja kollha f’pajjiżna humiex kollha aċċessibbli għall-anzjani u persuni b’diżabbilità? Jekk le, jista’ jgħid kemm hu n-numru tal-karozzi tal-linja li mhumiex aċċessibbli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-karrozzi tal-linja li jintużaw għas-servizz tat-trasport pubbliku f’Malta u Għawdex huma kollha aċċessibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24427 u jgħid kemm anzjani użaw it-trasport pubbliku fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li għandhom sittin sena jew aktar, li użaw it-trasport pubbliku permezz tat-Tallinja Card, huwa kif provdut permezz tat-tabella segwenti:
Sena
Numru ta’ persuni ta’ 60 sena jew aktar
2020
58594
2021
49425
2022
60443
2023
67631
2024
74346
Malta u Għawdex – Persuni b’liċenzja valida għal arma tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u f’Għawdex b’liċenzja valida għal arma tan-nar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni f’Malta u f’Għawdex li f’Diċembru 2024 kellhom liċenzja valida għal arma tan-nar, kien ta’ wieħed u għoxrin elf, disa’ mija u wieħed u tletin (21,931).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet sabiex persuna jkollha liċenzja għal arma tan-nar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jingħata liċenzja ta’ arma tan-nar, jinstabu fit-Taqsima 5 ta’ l-Att dwar l-Armi Kap 480 tal-ligijiet ta’ Malta, kif ukoll taħt ir-regolamenti L.S. 480.02 u L.S. 480.03 dwar Liċenzji għall-Armi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet biex ikollok liċenzja għal arma tan-nar inbidlux? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet għal dan it-tibdil?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-raġunijiet li wieħed taħthom jingħata liċenzja nbidlu, wara li ġew fis-seħħ l-emendi legali li permezz tagħhom ġew trasposti it-tibdiliet mitluba mid-Direttiva Ewropeja dwar l-Armi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li ngħataw massimu ta’ 90 nappies/pull-ups/pads fix-xahar filwaqt li hemm persuni oħra li ngħataw massimu ta’ 140 nappies/pull-ups/pads fix-xahar? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal din id-diskrepanza?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nappies/pull-ups/pads fix-xahar jingħataw skont il-bżonnijiet tal-klijent wara li jsir assessjar professjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani fix-Xlokk ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-‘occupancy rate’ ta’ kull dar tal-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-djar tal-Anzjani fix-Xlokk ta’ Malta u r-rata ta’ okkupazzjoni rispettiva tagħhom huma skont it-tabella t'hawn taħt:
Casa Paola, Raħal Ġdid
110
Dar l-Annunzjata, Fgura
224
Floriana Home - Dar il- Mistrieħ, Floriana
42
Ghigo Community Care, Ħal Għaxaq
145
Residenza San Guzepp, Fgura
297
St Thomas Community Living, Wied il-Għajn
246
Żejtun Home, Żejtun
204
Djar tal-anzjani – Ilmenti dwar l-ikel li jingħata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ilmenti li rċieva minn anzjani, membri tal-familji tagħhom jew persuni oħra dwar l-ikel li jingħata fid-djar tal-anzjani fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet ta’ dawn l-ilmenti u x’għamel biex jittratta dawn l-ilmenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Standards ta’ Persuni Anzjani (OPSA) hija l-awtorità responsabbli tal-istandards fid-djar residenzjali kollha. Ninsab infurmat illi lmenti, investigazzjonijiet u spezzjonijiet jiġu kkordinati wkoll b’mod indipendenti min-naħa ta’ din l-awtorità. Ġejt infurmat illi l-Awtorità ħadet il-passi neċessarji biex isiru l-aġġustamenti biex titraġna s-sitwazzjoni filwaqt li kien hemm ilmenti, li ma kinux ġustifikati u allura ma kien hemm bżonn ta’ ebda azzjoni ulterjuri filwaqt illi kien hemm każ wieħed li ma setax jiġi investigat minħabba nuqqas ta’ informazzjoni; u każ ieħor għadu qed jiġi investigat.
Għar-rigward tal-ilmenti li rċiviet l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, dawn jiġu spezzjonati mis-sezzjoni tal-Quality Assurance (QA) fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Waqt l-ispezzjoni, it-tim tal-QA jiddiskuti mal-anzjani u jkun preżenti waqt it-tqassim tal-ikel biex jassiguraw li l-ikel u s-servizz li qed jiġu offruti jkunu ta’ livell adattat. Meta jkun hemm nuqqas, it-tim tal-QA jiġbed l-attenzjoni tal-maniġment tad-dar u jsegwi l-każijiet sakemm jiġu indirizzati.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Faċilità San Vinċenz de Paul — Ilmenti dwar l-ikel li jingħata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ilmenti li rċieva minn anzjani, membri tal-familji tagħhom jew persuni oħra dwar l-ikel li jingħata fil-Faċilità San Vinċenz de Paul fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet ta’ dawn l-ilmenti u x’għamel biex jittratta dawn l-ilmenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull ilment li jirċievi SVDP jiġi evalwat mid-dipartiment tal-Quality Assurance, biex ikun assigurat li l-prodotti tal-ikel huma skont il-livelli ta’ kwalità. Dwar ilmenti individwali oħrajn, ninsab infurmat illi jiġu kkuntattjati l-qraba u ssir laqgħa magħhom biex jiġi vverifikat l-ilment. Min-naħa tal-OPSA, kull ilment li jasal għandha jkun investigat. Dwar l-ilmenti li rċiviet, infurmat illi ma nstabux nuqqasijiet kif kien qed jiġi allegat. L-Awtorità tagħmel spezzjonijiet varji u infurmat li nstab livell adekwat u abbundanti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
L-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech — Ilmenti dwar l-ikel li jingħata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ilmenti li rċieva minn anzjani, membri tal-familji tagħhom jew persuni oħra dwar l-ikel li jingħata fl-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech fis-snin 2021, 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-raġunijiet ta’ dawn l-ilmenti u x’għamel biex jittratta dawn l-ilmenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi kull ilment li jirċievi l-Isptar ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech jiġi evalwat mid-dipartiment tal-Quality Assurance, biex ikun assigurat li l-prodotti tal-ikel huma skont il-livelli ta’ kwalita’.
Dwar ilmenti individwali oħrajn bħal: ikel mux bit-temperatura mixtieqa, pożati u kosistenza fil-preżentazzjoni tal-ikel, ninsab infurmat li l-istaff ħa azzjoni u bidel fejn kien hemm bżonn. Rigward l-ikel li jġibu l-qraba għall-pazjenti ma jerġax jiġi msaħħan minħabba r-riskju ta’ Salmonella u dan hu skond il-policy tal-isptar. F’każijiet bħal dawn, l-isptar dejjem joffri ikel li jkun qed jiġi offrut.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ċittadini barranin u kemm twieldu lil dawk li għandhom ċittadinanza Maltija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu persuni fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kellhom aktar minn 80 sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll għal kull lokalità kemm hemm persuni li għandhom:
(a) bejn 60 u 69 sena,
(b) bejn 70 u 79 sena,
(c) bejn 80 u 89 sena, u
(d) 90+ sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva: Malta 2023 – 2030 — reklutaġġ ta' infermiera fid-djar
Question
B’referenza għall-Għan 2 (L-Anzjanità f'Saħħitha) tal-Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva: Malta 2023 - 2030, jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar s’issa sabiex jiżdied ir-reklutaġġ ta' aktar infermiera fid-djar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Settembru 2023, il-Gvern issiġilla mal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, ftehim bl-aħjar kundizzjonijiet għal ħaddiema fis-servizz tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, f’Novembru 2024 sar il-ftehim għall-ħaddiema kollha fis-settur pubbliku li jkopri żidiet fil-pagi, żidiet f’allowances ġodda u l-introduzzjoni ta’ allowances oħrajn. Dan il-ftehim daħal fis-seħħ mill-bidu ta’ din is-sena u jkopri sas-sena 2030. Minn dan kollu ibbnefikaw fost l-oħrajn l-infermierali b’dawn il-kundizzjonijiet ġodda għandhom iħajjru aktar persuni jidħlu f’din il-professjoni u minhom ikun hemm dawk li jaħdmu fis-settur tal-anzjani.
Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva: Malta 2023 – 2030 — espansjoni tas-servizzi ta’ kenn ta’ billejl
Question
B’referenza għat-Tema 2.1 (Għajxien Indipendenti) tal-Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva: Malta 2023 - 2030, jista’ l-Ministru jgħid x’investiment qed isir fuq l-espansjoni tas-servizzi ta’ kenn ta’ billejl?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità żied is-sodod fiċ-ċentru ta’ matul il-lejl ta’ Ħal Safi, fejn kien hemm domanda għas-servizz ta’ kenn ta’ matul il-lejl. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità laħqet ftehim mad-djar residenzjali privati li tixtri s-sodod mingħandhom għall-kura fit-tul, sabiex jipprovdu wkoll sodod minn fejn jingħata s-servizz ta’ kenn ta’ matul il-lejl. Barra minn hekk, m’hemmx lista ta’ stennija għal dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin isiru ‘public space risk assessments’ f’pajjiżna sabiex nassiguraw li l-ispazji pubbliċi jkunu aktar aċċessibbli u sikuri għall-anzjani tagħna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jagħmel Risk Assessment kull sentejn fil-binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha.
Fir-rigward tar-Residenza San Vinċenz, isir assessjar ta’ riskju tal-ispazji miftuħa u anke tas-swali sabiex ikunu żgurat li dawn ikunu aktar siguri u aċċessibli.