Il-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera u Pietà/Guardamangia — Skejjel primarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Belt Valletta, Furjana, Marsa, Ħamrun, Santa Venera u Pietà/Guardamangia? Jista’ jgħid ukoll kemm studenti huma barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel imsemmija hemm total ta’ 1,557 student u li minnhom 474 huma barranin.
Il-Ħamrun, il-Blata l-Bajda, u Santa Venera — Skejjel sekondarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji tal-Ħamrun, il-Blata l-Bajda, u Santa Venera? Jista’ jgħid ukoll kemm studenti huma barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemmx skola sekondarja f’Santa Venera. Intant ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel sekondarji tal-Ħamrun u l-Blata l-Bajda hemm total ta’ 685 student u li minnhom 160 huma barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu out of stock it-thickening powder li jitħallat mal-ikel għall-anzjani fil-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista' jgħid ukoll meta ser ikun disponibbli u x'qed isir fil-frattemp sakemm dan jerġa' jibda jingħata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, ma kellniex thickening powder out of stock. Kull sala għandha tickener powder disponibbli għar-residenti.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 24706 u jgħid min huma l-konsulenti legali li kienu u/jew għadhom qed jagħtu servizz legali lill-Ministeru tiegħu u lid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-26 ta' Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu għas-servizzi professjonali tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward tal-entitajiet għandha tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22962. Għar-rigward tad-dipartimenti ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-fornituri li jipprovdu s-servizz ta' trasport f'kull Ċentru ta' Matul il-Jum f'Malta u Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, l-fornituri li jipprovdu s-servizz tat-trasport għaċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva f’Malta huma kif ġej:
Lokalità
Kuntrattur
Dingli, Mtarfa, Hamrun, Luqa, Qormi, Żurrieq, Safi Mosta, Naxxar, Sliema u Bormla
Executive Transport
Żejtun u B’Bugia
JV Health
Il-lokalitajiet li mhumiex imsemmija fit-tabella t’hawn fuq, jiġu provduti trasport mill-Kunsill Lokali tal-lokalità stess jew inkella m’għandhomx bżonn trasport.
Iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum f’Għawdex ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel biex jara li tiżdied is-sigurtà fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun, fid-dawl ta' reati li seħħew dan l-aħħar li jistgħu jpoġġu f'periklu lir-residenti li jgħixu f'dawk l-inħawi, speċjalment anzjani?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Anke każ wieħed huwa ta’ nkwiet u għalhekk ma’ nistgħu qatt nieqfu nsaħħu l-ħidma għal iktar sigurtà. Għalhekk nappella lill-Onorevoli Interpellant li bħala persuna pubblika tibba¿a l-kummenti tagħha fuq il-fatti.
Ninsab infurmat li l-ammont totali ta’ rapporti ta’ reati li saru fil-Ħamrun fis-sena 2024, kien ta’ 23% inqas minn dawk fis-sena 2023.
Ninsab infurmat li numri ta’ reati kommessi fit-toroq fil-Ħamrun juru, li l-ammont ta’ serq kien lanqas irrapuratat mis-sena 1998. Kien hemm ukoll l-inqas numru ta’ ħsara irrapportati fl-istess perjodu u ċioe’ mis-sena 1998 u kien hemm it-tieni l-inqas ammont ta’ reati relatati ma’ offiżi fiżiċi fuq il-persuni rrapportati, għal darba oħra mis-sena 1998.
Irrid inrodd ħajr lill-ħaddiema kollha tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma li qed jagħmlu fil-Ħamrun, fejn ninsab infurmat li jsiru rondi u spezzjonijiet inkluż fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, il-Ħamrun li għamlet referenza għalihom. Dawn isiru kemm mill-Pulizija tad-distrett kif ukoll dawk tat-taqsima tal-Pulizija Komunità, kif ukoll mill-Pulizija mit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit. Tlabt li anke dawn ikunu msaħħa.
Domandi bħal tal-Onorevoli Interpellant jimmarkaw ukoll kemm hu importanti li jkollna iktar pulizija fit-toroq b’mod proattiv, u mhux biss xogħol reattiv. Din hi l-istrateġija ta’ dan il-Gvern.
Filwaqt li l-istatistika turi illi l-miżuri dwar il-prevenzjoni ta’ kriminalità, li bħalissa huma fis-seħħ, qed jagħtu riżultati sinifikanti, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol ikompli jagħti r-riżorsi lill-Korp tal-Pulizija biex jittieħdu iktar inizjattivi bil-għan li kulħadd josserva l-liġi kif mistenni, filwaqt li l-ħidma ta’ prevenzjoni tibqa’ ssir b’koperazzjoni mal-komunità, li nħeġġiġha dejjem tersaq ‘il quddiem u tkun parti minn din il-ħidma li rridu nagħmlu flimkien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha out of stock l-Methylphenidate Slow Release 18mg u meta ser terġa’ tkun disponibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li minn dawn il-pilloli hawn nuqqas globali, fil-fatt kull pajjiż qed jirċievi stokk ristrett. Pajjiżi bħar-Renju Unit, il-Portugall, u Franza ħarġu export bans biex dan il-prodott ma joħroġx barra minn pajjizhom. Sadanitant, id-Dipartiment tas-Saħħa għandu ordnijiet għal dozi differenti bil-għan li nkunu nistgħu nagħtu alternattiv għad-dozi li jiġu s-soltu. Ninsab infurmat li l-pilloli Methylphenidate 18mg slow release tqassmu fl-entitajiet tas-saħħa fit-23 ta’ Diċembru 2024. Suppost id-dipartiment għandu jirċievi stokk f’dawn il-jiem.
Armi tan-Nar – Aċċidenti minn individwi li għandhom liċenzja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24678 u jgħid kemm saru inċidenti relatati ma’ armi tan-nar mill-istess individwi li għandhom liċenzja għall-istess arma tan-nar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24698 u jgħid kemm kien hemm tfal li użaw it-trasport pubbliku fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta passiġġiera tfal li għandhom it-Tallinja card tat-tip Child u li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku mis-sena 2022 sal l-2024, huma s-segwenti:
Sena
Child
2020
3,057
2021
2,036
2022
3,073
2023
4,035
2024
6,949
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24699 u jgħid kemm kien hemm studenti li użaw it-trasport pubbliku fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta passiġġiera studenti li għandhom it-Tallinja card tat-tip Student u li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku mis-sena 2022 sal l-2024, huma s-segwenti:
Sena
Student
2020
30,972
2021
30,330
2022
39,079
2023
43,383
2024
46,523
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24700 u jgħid kemm kien hemm adulti li użaw it-trasport pubbliku fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta passiġġiera adulti li għandhom it-Tallinja card tat-tip Adult u li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku mis-sena 2022 sal l-2024, huma s-segwenti:
Sena
Student
2020
89,420
2021
80,779
2022
112,610
2023
153,960
2024
174,419
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24701 u jgħid kemm kien hemm Għawdxin li użaw it-trasport pubbliku fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta passiġġiera Għawdxin li għandhom it-Tallinja card tat-tip Gozo u li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku mis-sena 2022 sal l-2024, huma s-segwenti:
Sena
Gozo
2020
3,054
2021
3,204
2022
4,275
2023
5,605
2024
6,597
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li kienu u/jew għadhom qed jagħtu servizz legali lill-Ministeru tiegħu u lid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-26 ta' Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm tħallsu għas-servizzi professjonali tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Il-Ħamrun – Ċentru ta’ Matul il-Jum — Servizz tat-trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid min qed jipprovdi s-servizz tat-trasport liċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum fil-Ħamrun? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt għas-servizz tat-trasport għaċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva tal-Ħamrun jipprovdih l-Executive Transport. Dan il-ftehim jikkonsisti f’informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-djar tal-anzjani f'Malta u f'Għawdex li jsajru l-ikel għall-anzjani fil-kċina tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li d-djar tal-anzjani f'Malta u f'Għawdex li jsajru l-ikel għall-anzjani fil-kċina tagħhom huma:
1. Casa Antonia
2. Casa Felicia
3. Casa Leone
4. Casa Serena
5. Central Home
6. Dar Ta’ Kleru
7. Jasmine Home
8. Pax et Bonum
9. Simblija
10. St. Elizabeth
11. St Catherine
12. St Paul’s Home
13. The Imperial
Gozo
1. St Domenic
2. Villa San Lawrenz
Appuntamenti fil-Faċilità San Vinċenz de Paul — trasport għall-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid huwiex qed jiġi pprovdut trasport għall-anzjani li jkollhom appuntament fil-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jekk ma jiġix provdut dan is-servizz, jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li jibda jipprovdih?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jiġi pprovdut trasport għall-anzjani li jkollhom appuntament fil-Faċilità San Vinċenz de Paul mid-dipartimenti tat-trasport ta’ SVP u ta’ St Luke’s.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24422, jista’ l-Ministru jgħid xi trid tagħmel persuna biex titlob li jkollha żieda fin-numru ta’ nappies/pull-ups/pads minħabba żieda fil-bżonn tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li persuna tista’ titlob li jsirilha assessjar mill-professjonisti fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jekk tħoss li l-bżonnijiet tagħha nbidlu. Il-prodotti u l-kwantità li tingħata jinbidlu biss wara li jsir assessjar professjonali.