Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li għandhom dawn l-etajiet:
i. bejn 65 u 70 sena;
ii. bejn 71 u 75 sena;
iii. bejn 76 u 80 sena;
iv. bejn 81 u 85 sena;
v. bejn 86 u 90 sena;
vi. bejn 91 u 95 sena;
vii. bejn 96 u 100 sena; u
viii. minn 101 ’il fuq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz li tħallsu fl-aħħar t’Ottubru 2026 kien ta’ 12,519.
In-numru ta’ pensjonanti skont l-etajiet indikati huwa skont it-tabella t’hawn taħt:
Etajiet
Numru ta’ pensjonanti
bejn 65 u 70 sena
1,283
bejn 71 u 75 sena
1,773
bejn 76 u 80 sena
2,960
bejn 81 u 85 sena
2,092
bejn 86 u 90 sena
1,363
bejn 91 u 95 sena
595
bejn 96 u 100 sena
109
minn 101 ’il fuq
8
Irid jingħad li pensjonanti tas-servizz speċjalment dawk tal-forzi dixxiplinati jistgħu joħorġu bil-pensjoni qabel l-età propja tal-irtirar. Fil-fatt hemm 2,336 pensjonant iehor li ghandhom anqas minn 65 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda ta’ €3.59 fil-pensjoni li ser ikun qed jagħti l-Gvern hijiex ser tingħata mill-1 ta’ Jannar, 2027? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-pensjonanti li ser jieħdu din iż-żieda, maqsuma f’pensjonanti li jieħdu l pensjoni tal-irtirar, dik tal-invalidità, dik tar-romol kif ukoll l-anzjani li jirċievu l-pensjoni tal-età?
Response (FALZON, MICHAEL)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellanta li minn Jannar illi ġej, il-pensjonanti ser jaraw żieda ta' €10 fil-ġimgħa, inkluża l-COLA, mhux kif skorrettament qed tipprova timplika hi u l-Oppożizzjoni. Eventwalment, tul il-leġislatura l-pensjonanti ser jiżdiedu b'€50 fil-ġimgħa. Dan filwaqt li l-limitu tad-dħul minn pensjonijiet eżenti mit-taxxa se jiżdied b'€520, għal €37,624 fis-sena. Dan il-Gvern iwettaq dak li jwiegħed a kuntrarju tal-Oppożizzjoni.
Intant, d-diskussjoni fuq l-estimi finanzjarji marbuta mal-Ministeru se jiġu diskussi it-Tlieta 17 ta' Novembru 2026, hekk kif stipulat fil-Mozzjoni nru 70, Mozzjoni ta' Proċedura li tirregola s-seduti konnessi mal-Estimi Ġenerali, diskussa fis-Seduta Nru 25, nhar it-Tlieta, 20 Ottubru 2026.
Baġit 2027 – Trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi
Question
B’referenza għall-Baġit tas-26 ta’ Ottubru 2026, fejn ġie mħabbar li ser ikun jista’ jsir trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma n-nisa miżżewġa li ser jibbenefikaw minn din il-miżura? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx irġiel miżżewġa li ser ikunu qed jibbenefikaw minn din il-miżura, u jekk iva, kemm huwa n-numru tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li bis-saħħa tal-miżura msemmija mħabbra fil-Budget għas-sena 2027, madwar 3,200 mara ser ikunu eliġibbli għall-Pensjoni taż-Żewġ Terzi maħduma fuq għaxar snin kontribuzzjonijiet, għall-ewwel darba. Raġel wieħed ser ikun eliġibbli taħt din il-miżura.
Barra minn hekk, madwar 3,800 mara u tlett (3) irġiel ser ikunu eliġibbli għal żieda fil-bonus li jitħallas darba fis-sena (DCB), bis-saħħa tal-miżura tat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi.
Ninforma ukoll illi permezz tal-Budget 2027 il-bonus li jitħallas darba fis-sena (DCB) ser ikun qiegħed jiżdied ukoll permezz taż-żieda tal-Għoli tal-Ħajja.
Baġit 2027 – Trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi
Question
B’referenza għall-Baġit tas-26 ta’ Ottubru 2026, fejn ġie mħabbar li ser ikun jista’ jsir trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn il-konjuġi, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar din il-miżura u minn meta ser tibda din il-miżura? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern huwiex ser jimponi massimu ta’ kontribuzzjonijiet li jistgħu jiġu trasferiti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-miżura mħabbra fil-Budget għas-sena 2027 tkompli tibni fuq miżuri oħrajn mħabbra f’Budgets preċedenti sabiex aktar persuni jiġu eliġibbli għal ħlas tal-Pensjoni Kontributorja. Fil-fatt, dawn il-miżuri flimkien mal-aħħar miżura, ser ikunu b’kollox ippermettew lil 7,000 persuna, kważi kollha nisa miżżewġin, li għall-ewwel darba jibdew jirċievu Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar li mingħajr tali miżuri ma kien qatt ikollhom.
Il-parametri tal-miżura huma dawn
· Trasferiment ta’ kontribuzzjonijiet bejn konjuġi, sħab f’unjoni ċivili u koabitanti reġistrati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet.
· Jistgħu jiġu ttrasferiti sa 260 kontribuzzjoni — ekwivalenti għal ħames snin.
· Il-kontribuzzjonijiet trasferiti jistgħu iwasslu għal pensjoni minima jew żieda fil-Bonus Annwali (DCB) imħallas lil min ma jikkwalifikax għall-pensjoni.
Min jista jibbenefika
· Iż-żewġ membri tal-koppja jkunu laħqu l-età rispettiva tal-irtirar.
· Min jittrasferixxi jkun qed jirċievi Pensjoni Kontributorja tal-Irtirar, b’medja ta’ mill-inqas 50 kontribuzzjoni fis-sena.
· Min jirċievi jkun qed jieħu d-DCB jew meta jagħlaq l-età tal-irtirar ikun intitolat biss għad-DCB, mingħajr dritt għal pensjoni abbażi tal-kontribuzzjonijiet tiegħu/tagħha stess.
· Min jirċievi għandu jkollu mill-inqas 50 kontribuzzjoni mħallsa (kważi sena).
Ir-rekwiżiti għal min jittrasferixxi
· Jekk twieled qabel l-1962: ikollu aktar minn 1,820 kontribuzzjoni mħallsa u akkreditati — 35 sena.
· Jekk twieled fl-1962 jew wara: ikollu aktar minn 2,080 kontribuzzjoni mħallsa u akkreditati — 40 sena.
· Jista’ jittrasferixxi biss il-kontribuzzjonijiet li jaqbżu l-limitu applikabbli, sa massimu ta’ 260 (5 snin).
Minn meta ser tidħol fis-seħħ il-miżura
· Il-miżura ser tidħol fis-seħħ mit-2 ta’ Jannar 2027 ‘il quddiem u mhux ser ikun hemm il-ħtieġa ta’ applikazzjoni. Kull min hu eliġibbli ser ikun qiegħed jiġi nfurmat mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali stess.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3858, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm dewmien fix-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta meta kien ġie ddikjarat mill-Ministru ta' qabel illi dawn ser ikunu lesti fis-sena 2027?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3080, 3314 u 3862 u jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-estimi finanzjarji tas-snin relattivi li kopja tagħhom diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk huwiex qed jikkunsidra li dawk in-nisa li għalqu s-70 sena li jixtiequ jibqgħu jagħmlu breast screening jkunu eliġibbli jagħmlu dan? Jekk iva, jista' jgħid meta ser ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea (ECIBC), il-livell ta’ ċertezza tal-evidenza fl-iskrinjar tan-nisa f’dik l-età huwa ta’ benefiċċju baxx ħafna.
Testijiet ta’ Breast Screening minn eta ta’ 45 sena
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed idaħħal il-miżura msemmija fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista li jibda jsir breast screening mill-età ta' 45 sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Manifest elettorali għandu 5 snin sabiex jigi mwettaq. Madanakollu ninsab infurmat li t-tnaqqis fl-età tal-iskrinjar għandu jiġi implimentat b’mod gradwali, f’fażijiet, peress li l-iskrinjar isir kull sentejn.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Professjonisti esterni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3316 u 3860 u jgħid kemm-il konsulent, advisor, espert jew professjonist estern kien ingaġġat mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità matul l-2024, l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena u għal kull persuna jew entità, jagħti l-isem, is-servizz jew il-konsulenza mogħtija, id-data tal-ħatra, it-tul tal-kuntratt u l-valur totali tal-kuntratt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ingaġġar tal-konsulenti mal-Ministeru jsir skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 385 jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għalaq it-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3080 u 3314 u jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3315 u jippreżenta lista tal-kuntratti kollha li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tat lil entitajiet privati għall-provvista ta’ servizzi lill-anzjani matul l-2024, l-2025 u l-2026, u għal kull kuntratt jagħti l-isem tal-kuntrattur, is-servizz ipprovdut, il-valur tal-kuntratt, id-data tal-għoti, it-tul tal-kuntratt, in-numru ta’ benefiċjarji u jekk kienx hemm estensjonijiet jew varjazzjonijiet fil-valur tal-kuntratt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li -Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ssegwi l-proċeduri u r-regolamenti li joħorġu mir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Infurmat li l-informazzjoni tkun diġa pubblika u aċċessibbli fl-EPPS.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Professjonisti esterni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3316 u jgħid kemm-il konsulent, advisor, expert jew professjonist estern kien ingaġġat mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità matul l-2024, l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena u għal kull persuna jew entità, jagħti l-isem, is-servizz jew il-konsulenza mogħtija, id-data tal-ħatra, it-tul tal-kuntratt u l-valur totali tal-kuntratt?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1087, 2065, 3203 u 3404 u jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 4678 pazjent dijanjostikat bil-kundizzjoni tad-dimensja. 4,325-il persuna qed jagħmlu użu mis-servizz tad-
Dementia Intervention Team
. Ukoll 1,097 -il benefiċjarju użaw is-servizz ta’ Ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni bid-dimensja.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3078, 3202 u 3403 u jgħid meta ser tkun lesta d-Dar tal-Anzjani tal-Mosta? Jista' jgħid ukoll għaliex ix-xogħlijiet qed idumu daqshekk u meta ser jirritornaw lura l-anzjani li nħarġu mid-dar biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta huma mistennija jitlestew matul is-sena 2028. Wara li jsiru l-verifiki meħtieġa mill-persuni u l-awtoritajiet kompetenti, id-dar tkun tista’ terġa’ tilqa’ lir-residenti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3086 u 3400 u jgħid min huma l-membri tal-Kunsill għall-Anzjani stabbilit taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani għalaq, u fil-preżent għaddej process ta’ ħatriet għat-terminu li jmiss.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hawnx apparat sabiex issir investigazzjoni teknika u monitoraġġ adegwat biex jiġi identifikat is-sors tal-ħoss li r-residenti ta’ Triq il-Ħaddiem fil-Marsa qed jisimgħu regolarment u li jaffettwa wkoll iż-żona fil-viċinanzi tal-ERA? Jekk ma hawnx dan l-apparat, x’passi ser jittieħdu biex jinġieb l-apparat jew jitqabbdu l-esperti meħtieġa biex jidentifikaw is-sors ta' dan il-ħoss?
Tista' l-Ministru tgħid x'sar matul din l-aħħar sena u x’qed isir bħalissa, biex jiġi identifikat is-sors tal-ħoss li r-residenti ta’ Triq il-Ħaddiem fil-Marsa qed jisimgħu regolarment u li qed jaffettwa wkoll iż-żona fil-viċinanzi tal-ERA? Fid-dawl li l-Kunsill Lokali tal-Marsa ressaq din il-problema quddiem diversi entitajiet iżda għadha ma ġietx solvuta, tista’ tagħti time-frame ċar dwar meta se jsiru aktar testijiet u investigazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1503 u 3088 u jgħid kemm-il persuna għamlet użu mill-krediti tal-kontribuzzjonijiet minħabba trobbija tat-tfal jew caregiving matul l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-krediti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fir-rigward ta’ trobbija tat-tfal u tal-Carers jingħataw biss għal finijiet ta’ pensjoni tal-irtirar u għalhekk l-ammont ta’ persuni li bbenefikaw minn dawn il-krediti iridu bilfors ikunu persuni li jirċievu l-pensjoni msemmija.
Minn informazzjoni miksuba jirriżulta li mill-2021 ‘l hawn, l-ammont ta’ pensjonanti tal-irtirar li ngħataw il-krediti tal-kontribuzzjonijiet minħabba trobbija tat-tfal jew caregiving huwa kif ġej:
1. Krediti minħabba t-Trobbija tat-Tfal (Child Credits): 4,345 persuna; u
2. Krediti tal-Carers Allowance (CRA u ICRA) : 32 persuna.
Naturalment in-numru jikber kull sena kull meta persuni bħal dawn jibdew jirċievu l-pensjoni tal-irtirar.