Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega kif persuni li m’għandhomx e-ID, fosthom anzjani, jistgħu jħallsu t-taxxa fuq id-dħul minn kera (TA24)? Jista’ jgħid għaliex sa ftit ilu persuna setgħet tniżżel din il-formola (TA24) minn fuq il-website uffiċjali tat-Taxxa, iżda issa l-ħlas jista’ biss isir online permezz tal-e-ID?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MTCA qed tagħmel sforz sabiex aktar persuni jużaw servizzi elettroniċi.
Għal dawk il-persuni li jeħtieġu assistenza, speċjalment dawk anzjani, qegħdin noffru l-assistenza kollha neċessarja miċ-ċentri tas-servizz.gov madwar Malta u l-uffiċċju tal-MTCA ġewwa Għawdex.
Ministeru għall-Finanzi – Applikazzjonijiet u ħlasijiet online
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema applikazzjonijiet u ħlasijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jistgħu jiġu sottomessi biss online, permezz tal-e-ID? Jista’ jgħid ukoll għaliex persuni ma jistgħux japplikaw jew iħallsu billi jniżżlu l-formola u jissottomettuha fiżikament jew bil-posta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift hemm fil-komun f’binjiet tal-Awtorità tad-Djar li bħalissa huma bil-ħsara? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar fejn qegħdin dawn il-liftijiet u kemm ilhom bil-ħsara?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward ta’ kemm hemm liftijiet bħalissa bil-ħsara, l-Awtorità tad-Djar ma żżommx dokumentazzjoni f’dan is-sens. Dan għaliex, ladarba jgħaddi n-numru ta’ snin stipulat fil-kuntratt li matulu l-Awtorità tieħu ħsieb il-manutenzjoni, ir-responsabbiltà għat-tiswijiet u l-manutenzjoni tal-liftijiet taqa’ fuq ir-residenti. Fejn ikun hemm liftijiet li ma jkunux qed jaħdmu, u jkun hemm bżonn somma sostanzjali biex dawn jiġu msewwija, l-Awtorità tad-Djar għandha proċedura stabbilita biex tgħin finanzjarjament lir-residenti, basta dawn juru x-xewqa li jerġgħu jibdew jużawhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm binjiet tal-Awtorità tad-Djar li sal-lum għad ma għandhomx lift komuni? Jista’ wkoll jagħti lista tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-proċess jiskatta biss meta tkun sottomessa applikazzjoni formali mill-istess residenti tal-blokka kkonċernata. Wara s sottomissjoni tal-applikazzjoni, ikunu kkunsidrati l-ispeċifitajiet tal-blokka kkonċernata, minħabba li hemm limitazzjonijiet u dispożizzjonijiet legali li jistgħu jipprojbixxu l-installazzjoni ta’ lift jekk it-tromba eżistenti tkun iżgħar mill-minimu stipulat. Sal-lum, l-Awtorità tad-Djar għandha 630 binja mingħajr lift.
L-Awtorità tad-Djar — Binjiet - Stennija għal liftijiet komuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm binjiet tal-Awtorità tad-Djar li qed jistennew li jsirilhom lift komuni? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-binjiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 78 applikazzjoni fejn ġie kkonfermat li jista’ jiġi akkomodat lift, filwaqt li hemm 34 applikazzjoni oħra li jinsabu f’fażijiet differenti ta’ proċessar sabiex jiġi ddeterminat jekk lift jistax jiġi installat jew le. Barra minn hekk, hemm 7 liftijiet eżistenti li bħalissa jinsabu fil-proċess li jiġu mibdula.
L-Awtorità tad-Djar — Blokok ta’ appartamenti - Liftijiet komuni - Aċċess għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi qed tieħu l-Awtorità tad-Djar biex tara li l-anzjani li jgħixu fi blokok ta’ appartamenti jkollhom aċċess permezz ta’ liftijiet komuni u dan biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl-appartament fejn jgħixu preżentement?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ skemi li jindirizzaw l-aċċess: l-iskema għall-persuni b’diżabilità (DIS) u l-iskema għall-installazzjoni ta’ lifts (LFT). L-iskema DIS toffri għajnuna finanzjarja biex jiġi indirizzat l-aċċess, kemm fil-partijiet komuni tal-binja kif ukoll f’appartamenti individwali. Min-naħa l-oħra, taħt l-iskema LFT jiġu installati lifts f’binjiet eżistenti fejn il-lift ma kienx ġie maħsub oriġinarjament u xorta jista jsir. Dejjem jiġi kkunsidrat li jinħoloq aċċess adegwat, mit-triq sal-intern tal-binja fejn ikun possibbli.
Anzjani li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha u li qed jirċievu l-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li għandhom bejn 61 sena u 64 sena li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali u li qed jirċievu l-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru għal kull sena (jiġifieri 61, 62, 63, 64 sena) u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Anzjani li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha — Pjan biex jibqħu jaħdmu filwaqt li jirċievu l-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex jara li dawk l-anzjani li għalqu l-61 sena u aktar u li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali jkunu jistgħu jibqgħu fid-dinja tax-xogħol filwaqt li jirċievu l-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-kawża għal din il-ħsara u meta ser ikun aċċessibbli għar-residenti l-lift f’dan il-blokk, peress li ilhom ibatu ħafna minħabba dan l-inkonvenjent?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift f’din il-blokka m’għandux ħsarat, imma qiegħed fl-istadju li jrid jinxtegħel għall-ewwel darba u jgħaddi għand ir-residenti wara li jiġi installat il-meter three-phase. Din il-handover lir-residenti hija ppjanata li ssir sal-aħħar ta' April 2025.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet li jimtlew mill-persuni li japplikaw u jibbenefikaw mill-iskema tal-istairlift taħt l-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-Sezzjoni 5 tal-applikazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn tista’ ssib id-dikjarazzjoni li l-applikanti jiffirmaw.
L-Awtorità tad-Djar — Skema tal-istairlifts - Rifużjoni ta’ ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kull min jibbenefika mill-iskema għall-stairlift jew l-eredi tagħhom, iridux jagħtu xi forma ta' rifużjoni tal-ħlas li jkun sar mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ta' koabitazzjoni ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi ta’ koabitazzjoni fis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
SENA
KUNTRATTI TA’ KOABITAZZJONI ĠEW RREĠISTRATI FIR-REĠISTRU PUBBLIKU TA’ MALTA U GĦAWDEX
2020
16
2021
57
2022
32
2023
36
2024
55
2025
19
Faċilità San Vincenz de Paul — Impjegati li jaħdmu mal-kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26238 u jgħid jekk l-impjegati li jaħdmu mal-kuntrattur fil-Faċilità San Vincenz de Paul humiex qed jirċievu l-istess remunerazzjoni, salarji, benefiċċji bħall-impjegati kollha l-oħra li jaħdmu mal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Gvern jixtri s-servizz mingħand il-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26239 u jgħid kemm-il passiġġier għamel użu mill-vannijiet tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fil-Faċilità San Vincenz de Paul minn meta ilu jagħti dan is-servizz sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'kien in-numru ta' passiġġiera maqsuma xahar b'xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni miġbura ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jiftaħ in-Night Shelter li kien hemm fil-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista' jgħid ukoll x'kienet ir-raġuni tal-għeluq tiegħu meta n-Night Shelter kien ikun dejjem mimli meta kien għadu miftuħ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li peress li fi żmien il-pandemija tal-Covid 19, in-Night Shelters ma baqgħux miftuħin, matul dan il-perjodu, il-binja inbidlet fi kwartieri għat-tobba li kienu jaħdmu qrib residenti bil-Covid.
Hemm pjanijiet biex fiż-żmien li ġej, f’din il-binja jinħoloq dipartiment ġdid b’servizzi li se jibdew jingħataw għall-ewwel darba f’San Vinċenz de Paul.
Faċilità San Vincenz de Paul — Residents' Board - Ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ilmenti li rċieva r-Residents' Board fil-Faċilità San Vincenz de Paul fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li dan il-Bord twaqqaf fl-aħħar tas-sena 2022 u għaldaqstant, ma teżistix informazzjoni għas-snin 2020, 2021 u 2022. Kull ilment li ġie mressaq ġie nvestigat u fejn kien meħtieġ ittieħdet l-azzjoni neċessarja.
Matul is-sena 2023 tressqu dawn l-ilmenti jew talbiet -
· 4 fuq ikel, 4 fuq ħasil ta’ ħwejjeġ, 2 fuq pensjoni, 3 fuq tv/network, 2 fuq iġjene minħabba l-ħamiem fil-bitħa, 2 talbiet għal pitch tal-boċċi, 1 fuq il-mobile van tax-xiri ta’ affarijiet ta’ kuljum u 2 dwar impjegati barranin.
Matul is-sena 2024, tressqu dawn l-ilmenti jew talbiet -
· 3 fuq ikel, 2 talbiet għal pitch tal-boċċi, 2 fuq il-mobile van tax-xiri ta’ affarijiet ta’ kuljum, 2 talbiet għal magna tal-bank (ATM), 1 talba għal magna tal-BCRS, 3 talbiet għal korsijiet edukattivi għall-adulti, 1 dwar membru tas-sigurtà fl-entratura, 2 dwar membru tas-sigurta’ fil-blokka l-ġdida, 2 dwar is-sound fit-teatru, 2 dwar ir-residents bracelet tracker device u 4 talbiet għal aktar attivitajiet fil-Ġimgħa l-Kbira u ħruġ ieħor.
Faċilità San Vincenz de Paul — Residents' Board - Ilmenti/rakkomandazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet jittieħdu meta r-Residents' Board fil-Faċilità San Vincenz de Paul jagħmel xi ilment jew rakkomandazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kwalunkwe ilment li jiġi mressaq quddiem il-bord tar-residenti jiġi diskuss mas-sezzjonijiet relevanti, inkluż mal-amministrazzjoni, jiġi investigat mad-dipartiment konċernat, skont x’ikun il-każ, u jekk jiġi vverifikat, jittieħdu l-passi neċessarji biex tissolva l-kwistjoni u jingħata rispons lil min ikun ressaq l-ilment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Rosuvastatin għadhomx out of stock? Jista' jgħid ukoll meta ser ikunu available għall-pazjenti li jeħtieġu din il-mediċina?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-Rosuvastatin hija disponibbli.