Legislature:
Category:
Reset
Active:

NAO — Follow-up Audits Report 2023

Question

Fid-dawl tal-Follow-up Audits Report 2023, Volume 11, tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), b’risposta għar-rakkomandazzjoni tal-NAO li jkun stabbilit ‘an independent multi-disciplinary internal audit team’, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) iddikjarat li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata b’mod sħiħ (The Audit and QA Section was established in August 2020 and carried out audits on residential care homes and on some services provided by AACC. The Audit and QA Section monitors the Facebook page and performs mystery shopping on different services to establish the quality of service provided. - p. 61), jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għandha din is-sezzjoni fuq is-servizzi kollha li jaqgħu taħt l-AACC? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar surveys riċenti li nġabru dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi li jaqgħu taħt l-AACC bis-servizzi li qed jirċievu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, illi d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq li tgħid li “l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) iddikjarat li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata b’mod sħiħ” ma saritx mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, iżda hija dikjarazzjoni li għamel l-NAO wara li saru l-verifiki neċessarji mill-istess NAO waqt il-Follow-up Audit. Għalhekk din id-dikjarazzjoni saret abbażi tar-rapporti li raw l-NAO. Maħniex infurmati li hemm xi entità li f’rapport li joħroġ l-NAO jiċċertifika lilu nnifsu.

Servizz tal-Meals on Wheels

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25734, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-1,425 persuna li qed tagħmel użu mis-servizz tal-Meals on Wheels tirċievi dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li l-1,425 persuna li qed tagħmel użu mis-servizz tal-Meals on Wheels tirċievi dan is-servizz f’Malta. Għar-rigward tas-servizz tal-Meals on Wheels f’Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru ikonċernat.

Carer at Home — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom carer id-dar u li qed jagħmlu użu mill-iskema ‘Carer at Home’? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom carerid-dar u li qed jagħmlu użu mill-iskema ‘Carer at Home’ huwa ta’ 1,141. F’Malta hemm 992 u f’Għawdex hemm 149 anzjan li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Home Help — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li hemm 8,095 persuna li qed jingħataw is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar f’Malta. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Respite at Home — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mir-Respite at Home? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li għamlu użu mis-Servizz tar-Respite at Home, fl-2024, kien ta’ 329 anzjani f’Malta u 38 anzjani f’Għawdex.

Residential Respite — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mir-Residential Respite? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024, 242 anzjan għamel użu mir-Residential Respite f’Malta. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Allowance supplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni f’pajjiżna li kienu jieħdu l-allowance supplimentari bejn is-snin 2013 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27527 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27528 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27529 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27530 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Finanzi — Applikazzjonijiet u ħlasijiet online

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27652 u jgħid liema applikazzjonijiet u ħlasijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jistgħu jiġu sottomessi biss online, permezz tal-e-ID? Jista’ jgħid ukoll għaliex persuni ma jistgħux japplikaw jew iħallsu billi jniżżlu l-formola u jissottomettuha fiżikament jew bil-posta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Erba’ snin bolol - Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’bonus tirċievi llum persuna li tkun ħallset sa erba’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2015 iddaħħal għall-ewwel darba ħlas lil dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u minħabba li ma’ jkunux ħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet, ma jkunux eliġibbli għall-pensjoni kontributorja. Qabel l-2015, dawn il-persuni ma kienu jirċievu l-ebda forma ta’ ħlas għal dan. Meta tnieda għall-ewwel darba dan il-ħlas fl-2015, persuni li jkollhom bejn sena u erba’ snin kontribuzzjonijiet mħallsin bdew jitħallsu €100 darba fis-sena u dawk li kellhom bejn ħames u disa’ snin kontribuzzjonijiet imħallsin, bdew jitħallsu €200 pagament darba fis-sena. Dan il-benefiċċju baqa’ jiġi msaħħaħ matul is-snin u ġie rriformat bis-saħħa tal-Budget 2025. Għaldaqstant, dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u għandhom bejn sena u disa’ snin kontribuzzjonijiet mħallsin, huma eliġibbli għall-pagament skont it-tabella ta’ hawn taħt: Numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa 50 - 99 100 – 149 150 - 199 200 -249 250 - 299 Ħlas fis-sena €550 €600 €650 €700 €800 Numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa 300 - 349 350 – 399 400 - 449 450 - 519 Ħlas fis-sena €850 €900 €950 €1,000

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Erba’ snin bolol - Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jirċievu bonus għax ħallsu sa erba’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb jingħad li dan il-bonus ġie introdott għall-ewwel darba fl-2015 u preċedentament għal din id-data, persuni f’din is-sitwazzjoni ma’ kienu jirċievu xejn. Numru ta' Rata Nisa Irġiel Total Kontribuzzjonijiet fis-Sena € 50-99 550 1,175 188 1,363 100-149 600 1,259 154 1,413 150-199 650 1,462 112 1,574 200-249 700 1,533 108 1,641 Total 5,429 562 5,991

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Minn ħames sa disa’ snin bolol - Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’bonus tirċievi llum persuna li tkun ħallset minn ħames sa disa’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi matul is-sena 2015 iddaħħal għall-ewwel darba ħlas lil dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u minħabba li ma’ jkunux qiegħdin jissodisfaw il-kundizzjonijiet statutorji ma’ jkunux eliġibbli għall-pensjoni kontributorja. Preċedentament għas-sena 2015 dawn il-pesuni ma’ kienux rikonoxxuti u għalhekk ma’ kienu jirċievu l-ebda forma ta’ ħlas. Meta ġie mniedi għall-ewwel darba dan il-ħlas, fis-sena 2015, persuni li jkollhom bejn sena u erba snin kontribuzzjonijiet mħallsin bdew jitħallsu €100 pagament ta’ darba fis-sena u dawk li kellhom bejn ħames u disa’ snin kontribuzzjonijiet imħallsin bdew jitħallsu €200 pagament ta’ darba fis-sena. Dan il-benefiċċju baqa’ jiġi msaħħaħ matul is-snin u ġie riformat bis-saħħa tal-Budget għas-sena 2025. Għaldaqstant, dawk il-persuni li jilħqu l-età pensjonabbli u għandhom bejn ħames u disa’ snin kontribuzzjonijiet mħallsin, huma eliġibbli għall-pagament skont it-tabella ta’ hawn taħt: Numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa 250 - 299 300 - 349 350 - 399 400 - 449 450 - 519 Pagament €800 €850 €900 €950 €1000

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Minn ħames sa disa’ snin bolol - Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jirċievu bonus għax ħallsu minn ħames sa disa’ snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. Tajjeb jingħad li, dan il-bonus ġie ntrodott għall-ewwel darba fis-sena 2015 u preċedentament għal din id-data, persuni f’din is-sitwazzjoni ma’ kienu jirċievu xejn. Numru ta' Rata Nisa Irġiel Total Kontribuzzjonijiet fis-Sena € 250-299 800 1,633 80 1,713 300-349 850 1,546 56 1,602 350-399 900 1,479 68 1,547 400-449 950 1,194 55 1,249 450-519 1000 1,052 57 1,109 Total 6,904 316 7,220

Fostering tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji f’pajjiżna li qegħdin jiffosterjaw? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-familji jiffosterjaw aktar minn tifel jew tifla?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm 169 familja li kellhom placement attiv fuq bażi ta’ fostering. Minn dawn, · 118-il familja kellhom tifel/tifla waħda, · 51 familja kellhom żewġt itfal, jew iktar.

Allowance supplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni f’pajjiżna li qegħdin jirċievu l-allowance supplimentari sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba hija kif Għajnuna SupplimentariTotal Irġiel9,626 Nisa10,111 Total19,737

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.