Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità San Vincenz de Paul — Stennija għal dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qed jistennew biex jidħlu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li fil-ġimgħat li ġejjin, f’SVP mistenni li jinfteħu żewġt’iswali li kien qed isir ix-xogħol ta’ rinovar fuqhom. B’hekk tkompli tonqos il-lista ta’ stennija li s’issa infurmat li hemm madwar 60 persuna.

Għawdex — Servizz tal-Handyman - Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Għawdex li għamlu użu mis-servizz tal-Handyman fis-sena 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2024 mija u tletin (130) persuna bbenefikaw mis-servizz ta’ Handyman. B’kollox saru mal-mitejn u għoxrin (220) biċċiet tax-xogħol.

Għawdex — Continence Service - Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Għawdex li qed jagħmlu użu mill-Continence Service?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data li nkitbet din ir-risposta kien hemm disa’ mija u tlieta u disgħin (993) persuna li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.

AACC — Rapporti dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27980, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru jew ġew ikkummissjonati mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) fl-aħħar tliet snin dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi li jaqgħu taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

AACC — Quality Service Charter

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-“Quality Service Charter” tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) li jistabbilixxi l-proċeduri tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u ż-żmien li fih irid jingħata kull servizz li jaqa’ taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Residential Respite - Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Għawdex li qed jagħmlu użu mir-Residential Respite?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li n-numru ta’ anzjani f’Għawdex li qed jagħmlu użu mir-Residential Respite jvarja ħafna. Fid-data li nkitbet din ir-risposta, kien hemm ħames klijenti li qed jibbenifikaw minn dan is-servizz. Mill-bookings li diġa daħlu, jider li n-numru ta’ klijenti mistenni li jiżdied fil-ġimgħat li ġejjin. Mill-ewwel ta’ Jannar 2025 sa issa kien hemm ‘l fuq minn ħmistax-il klijent differnti li ibbenifikaw minn dan is-servizz.

Għawdex — Home Help - Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Għawdex li għandhom is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li fid-data li nkitbet din ir-risposta kien hemm elf ħames mija u sebgħa u erbgħin (1,547) persuna li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (Home Help).

Għawdex — Meals on Wheels - Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Għawdex li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data li nkitbet din ir-risposta kien hemm mija u wieħed u tletin persuna li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.

CT2369/2023 — Tender to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tender CT2369/2023 - Tender to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards, għadu ma ġiex konkluż? Jista’ jgħid ukoll f’liema stadju jinsab bħalissa dan it-tender u għaliex qed idum daqshekk biex jiġi finalizzat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab inufrmat, li r-rapport tal-evalwazzjoni relatat mat-tender CT2369/2023, Tender to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards, ġie ffinalizzat u tressaq lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-proċeduri sussegwenti skont ir-regolamenti tal-akkwist pubbliku.

Allowance supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27659 u jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni f’pajjiżna li kienu jieħdu l-allowance supplimentari bejn is-snin 2013 u 2024, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Għajnuna Supplimentari 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 2024 Irġiel 13,106 12,657 12,021 11,602 12,794 12,611 12,216 11,658 11,365 10,909 10,534 10,151 Nisa 13,324 13,159 12,776 12,550 12,431 12,220 11,916 11,612 11,405 11,147 11,018 10,767 Total 26,430 25,816 24,797 24,152 25,225 24,831 24,132 23,270 22,770 22,056 21,552 20,918

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527 u 27837 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528 u 27838 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529 u 27839 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530 u 27840 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Servizz tal-Handyman — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizz tal-Handyman? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2024 kien hemm 2,116 anzjani li bbenefikaw mis-servizz tal-Handyman. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz tat-Telecare — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi 6,117 anzjani jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare. 5,686 anzjani jirċievu s-servizz f’Malta, filwaqt li 431 jirċievu s-servizz f’Għawdex.

Servizz tat-Telecare on the Move — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare on the Move? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li qed igawdu mis-servizz tat-Telecare on the Move huwa dak ta’ 221. 213 minnhom huma f’Malta, filwaqt li 8 huma f’Ghawdex.

Telephone Rent Rebate — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jieħdu t-Telephone Rent Rebate? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li qed igawdu mis-servizz tat-Telephone Rent Rebate huwa 2,019. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex informazzjoni dwar liema minnhom huma f’Malta jew f’Għawdex.Ninsab infurmat, li n-numru ta’ anzjani li qed igawdu mis-servizz tat-Telephone Rent Rebate huwa 2,019. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex informazzjoni dwar liema minnhom huma f’Malta jew f’Għawdex.

Continence Service — Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mill-Continence Service? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ anzjani u persuni b’diżabilità li huma eliġibbli għall-Continence Service f’Malta huwa ta’ 8,693. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Djar tal-Anzjani — Stennija għal dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom applikaw biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani f’Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 1,388 anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani f’Malta. Infakkar lill-Onor. Interpellant li għal tweġiba li tajt bħal daż-żmien sena (PQ 1881), il-lista ta’ stennija kienet ta’ 1,670. Dan ifisser li l-lista ta’ stennija naqset b’282. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.