Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar tal-anzjani — Xiri ta’ sodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema djar tal-anzjani sar ftehim ġdid għal xiri ta’ sodod fis-sena 2024 u fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm sodod ġodda nxtraw u b’liema rata nxtraw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2024 sar ftehim ġdid ma’ dawn id-djar tal-anzjani: · Villa Anna Teresa · Casa Francesco · Golden Care · St Thomas Community Living · Dar Pinto Sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari, matul is-sena 2025 sar ftehim ġdid ma’ CareMalta, li jinkludi d-djar li ġejjin: · Casa Arkati · Casa San Paolo · Roseville · Villa Messina L-informazzjoni relatata man-numru ta’ sodod li nxtraw u r-rati rispettivi tagħhom ma tistax tingħata, peress li hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837, 27993, 28303 u 28476 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838, 27994, 28304 u 28477 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839, 27995, 28305 u 28478 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840, 27996, 28306 u 28479 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni b’diżabilità li jagħlqu s-60 sena — Trasferimenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex persuni b’diżabilità li jkunu jgħixu fid-djar residenzjali fil-komunità u li jagħlqu s-60 sena qed jiġu trasferiti fid-djar residenzjali tal-anzjani? Tista’ tgħid ukoll jekk id-deċiżjoni hijiex ibbażata biss fuq l-età u jekk isirx assessment fuq dawn il-persuni biex jiġi deċiż jekk ir-rilokazzjoni tkunx waħda ta’ benefiċċju jew ta’ detriment għalihom; u jekk il-gwardjani legali ta’ persuni b’diżabilità jkunux involuti fl-assessment li jsirilhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala punt ta’ kjarifika, persuni b’diżabilità li jirrisjedu f’residenzi tal-Aġenzija Sapport, f’residenzi privati li għandhom kuntratt ma’ Aġenzija Sapport u f’residenzi ta’ NGOs li għandhom ftehim (PSP) mal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, jibqgħu jirrisjedu fir-residenza anke wara li jagħlqu s-60 sena, sakemm ma jurux ix-xewqa li jimxu min-naħa tagħhom. Persuni ta’ ’l fuq minn 60 sena huma eliġibbli għas-servizzi u l-iskemi tal-Aġenzija Sapport. Rigward servizzi residenzjali, ċentri ta’ matul il-jum u assistenza personali hemm kriterji partikolari li nies li jkollhom 60 sena li mhux diġà qed jieħdu servizz tal-Aġenzija jiġu ggwidati mill-professjonisti tagħha għal servizzi alternattivi minn dipartimenti kkonċernati. Din l-istrateġija qed tintuża biex l-entitajiet tal-Gvern jaħdmu b’mod konġunt sabiex niżguraw li jkun hemm kontinwazzjoni ta’ servizz provdut skont il-bżonnijiet tal-individwu kkonċernat. Dan jallinja ruħu mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità biex is-servizzi jkunu “mainstreamed”.

AACC — Quality Service Charter

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28237 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-“Quality Service Charter” tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) li jistabbilixxi l-proċeduri tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u ż-żmien li fih irid jingħata kull servizz li jaqa’ taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar eżerċizzju bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u d-Direttorat dwar il-Kwalità tas-Servizz sabiex il-“Quality Service Charter” tas-servizzi offruti minn Ċentru Servizz Anzjan ġie aġġornat. Il-“Quality Service Charter” aġġornat sejjer jiġi ppubblikat fi żmien qasir hekk kif iċ-Ċentru Servizz Anzjan jngħata l-“Quality Label”.

AACC — Rapporti dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28236 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27980, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru jew ġew ikkummissjonati mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) fl-aħħar tliet snin dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi li jaqgħu taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar tliet snin ġew ikkummissjonati u mwettqa diversi rapporti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) relatati mas-sodisfazzjon ta’ dawk li jirċievu s-servizzi offruti. Dawn ir-rapporti ġew użati għall-iskopijiet ta’ evalwazzjoni interna sabiex jitjiebu s-servizzi offruti u jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-utenti b’mod aktar effettiv.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837, 27993 u 28303 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838, 27994 u 28304 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839, 27995 u 28305 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840, 27996 u 28306 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837 u 27993 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838 u 27994 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839 u 27995 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840 u 27996 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

CT2122/2024 — Tender to design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Msida Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-tender CT2122/2024 - Tender to design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Msida Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards? Jista’ jgħid għaliex dan il-proċess għadu ma ġiex konkluż?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rapport tat-tender CT2122/2024 - Tender to design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Msida Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards, jinsab fl-aħħar stadji. Bħalissa qiegħda ssir l-aħħar reviżjoni amministrattiva.

Faċilità San Vincenz de Paul — Security li jaħdmu barra - Protezzjoni mix-xemx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-security fil-Faċilità San Vinċenz de Paul li jaħdmu fuq barra, mhumiex qed jingħataw protezzjoni mix-xemx u qed jitħallew jaħdmu f’kundizzjonijiet mingħajr ebda tinda li tipproteġihom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li mhux minnu li s-security fil-Faċilità San Vinċenz de Paul li jaħdmu fuq barra, m'għandhomx protezzjoni mix-xemx. Barra minn hekk, waqt li jkunu qed jagħmlu ronda l-ħaddiema jingħataw suncream apposta.

Il-Gżira — Dar residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ilmenti kollha li qed isiru mill-anzjani u mill-membri tal-familji tagħhom rigward dar residenzjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti assigurazzjoni li dawn l-ilmenti kollha se jiġu solvuti fi żmien qasir? F’każ li dawn l-ilmenti jibqgħu mhux solvuti, jista’ jgħid x’passi ulterjuri bi ħsiebu jieħu biex jiġu salvagwardjati l-anzjani kollha li jgħixu f’din ir-residenza?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull ilment jiġi investigat mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) skont il-proċeduri stabbiliti. L-AAKK tieħu dawn il-każijiet b’mod serju u, fejn meħtieġ, jittieħdu l-passi neċessarji. Fejn l-ilmenti jindikaw problemi ikbar, jittieħdu miżuri korrettivi skont l-obbligi kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz. Fl-istess ħin, l-Awtorità ta’ l-Istandards għall-Anzjani (OPSA) tinvestiga l-ilmenti riċevuti u, fejn jinstabu nuqqasijiet, toħroġ rakkomandazzjonijiet segwiti bi spezzjonijiet mhux imħabbra.