Jista’ l-Ministru jagħti l-gradi kollha tal-primary caregivers fil-Faċilità San Vincenz de Paul, kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema f’kull livell?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità San Vincenz de Paul — Infermiera u carers
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29247 u jgħid kemm hu n-numru ta’ primary caregivers (infermiera u carers) li bħalissa qed jaħdmu ġewwa l-Faċilità San Vincenz de Paul, kemm dawk li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma barranin u minn dawn il-barranin, jista’ jgħid kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom huma third country nationals?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ primary caregivers (infermiera u carers) li bħalissa qed jaħdmu f’San Vinċenz de Paul huwa ta’ 625. Il-gvern jixtri s-servizz, bis-siegħat, mingħand il-privat abażi ta’ kuntratt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29249 u jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fid-Dentistrija tal-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista jgħid ukoll jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm żewġ dentisti u jaħdmu full time.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jingħataw fid-Dentistrija tal-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn is-servizzi jvarjawx skont l-utenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li fid-Dentistrija ta’ San Vinċenz de Paul jiġu offruti servizzi lir-residenti tagħna, kif ukoll lil residenti f’Homes u persuni ta’ iktar minn 60 sena li jgħixu fil-komunità. Is-servizzi, li jiġu offruti mingħajr ħlas, jinkludu tindif (scale and polish), testijiet, estrazzjonijiet u X-rays. Pazjenti dijabetiċi li għandhom Karta Safra jew Karta Roża huma intitolati wkoll għal servizzi ta’ mili u dentaturi.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser jikkonsisti l-proġett nazzjonali li tħabbar reċentement għall-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv dwar il-kura fit-tul għall-anzjani? Jista’ jgħid ukoll b’mod konkret x’ser ikunu t-temi inklużi f’din il-liġi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa bażi soda ta’ evidenza għall-politika dwar il-kura fit-tul permezz ta’ analiżi tal-leġislazzjoni eżistenti marbuta mal-persuni anzjani, statistika, skambju ta’ għarfien ma’ esperti Ewropej u pajjiżi sħab magħżula u valutazzjoni dettaljata tas-sistema tal-kura fit-tul u l-esperjenza tal-persuni anzjani f’Malta. Infurmat li se jsegwu dan il-proċess, sensiela ta’ konsultazzjonjiet ma’ stakeholders ewlenin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun l-appoġġ finanzjarju li pajjiżna ser jirċievi mill-Unjoni Ewropea għall-proġett nazzjonali li tħabbar reċentement rigward l-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv dwar il-kura fit-tul għall-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li dan il-proġett qed jitwettaq taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (Technical Support Instrument – TSI) tal-Kummissjoni Ewropea. Il-proġett huwa mistenni li jiswa madwar €700,000. Dan l-istrument jipprovdi assistenza teknika lill-Istati Membri biex jimplimentaw riformi strutturali importanti. L-appoġġ jingħata f’forma ta’ għarfien espert, gwida teknika u kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
F’dan il-każ partikolari, il-proġett nazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ qafas legali komprensiv għall-kura fit-tul għall-anzjani ġie magħżul mill-Kummissjoni Ewropea, u s-Segretarjat Ġenerali għar-Riformi (SG Reform) fforma sħubija mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa – Reġjun Ewropew (WHO Europe), li ser jipprovdu l-appoġġ tekniku u l-gwida meħtieġa sabiex dan il-proġett jitwettaq b’suċċess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali li għadhom pendenti preżentament? Jista’ jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar waħda antika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ April, 2025 l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali pendenti huwa dak ta’ 1,716 fil-Qrati ta’ Malta u 44 fil-Qrati ta’ Għawdex bl-aktar waħda antika tirrisali għall-1977. Dawn l-inkjesti ilhom miftuħin kif fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità San Vincenz de Paul — Infermiera u carers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ primary caregivers (infermiera u carers) li bħalissa qed jaħdmu ġewwa l-Faċilità San Vincenz de Paul, kemm dawk li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma barranin u minn dawn il-barranin, jista’ jgħid kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom huma third country nationals?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fid-Dentistrija tal-Faċilità San Vincenz de Paul? Jista jgħid ukoll jekk dawn jaħdmux full-time jew part-time?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837, 27993, 28303, 28476 u 28707 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli, kif ukoll miżżewġin.
Persuna singola, minbarra l-pensjoni, jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra.
Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra, dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn.
Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn.
Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali.
Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità.
Dan kollu qed jingħad sabiex l-Interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata.
Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 519 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €500 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi.
Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena.
Dħul kull 4 Ġimgħat
Total
Anqas minn
Nisa
Irġiel
Total
€500
292
227
519
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838, 27994, 28304, 28477 u 28708 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli u kif ukoll miżżewġin.
Persuna singola, minbarra l-pensjoni jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra.
Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra jew dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn.
Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn.
Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali.
Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità.
Dan kollu qed jingħad sabiex l-interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata.
Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 735 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €600 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi.
Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena.
Dħul kull 4 Ġimgħat
Total
Anqas minn
Nisa
Irġiel
Total
€600
419
316
735
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839, 27995, 28305, 28478 u 28709 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli u kif ukoll miżżewġin.
Persuna singola, minbarra l-pensjoni jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra.
Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra jew dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn.
Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn.
Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali.
Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità.
Dan kollu qed jingħad sabiex l-interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata.
Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 1,083 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €700 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi.
Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena.
Dħul kull 4 Ġimgħat
Total
Anqas minn
Nisa
Irġiel
Total
€700
646
437
1,083
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840, 27996, 28306, 28479 u 28710 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonanti jistgħu ikunu kemm persuni singoli u kif ukoll miżżewġin.
Persuna singola, minbarra l-pensjoni jista’ jkollha dħul ieħor. Dan jista’ jkun jew minn benefiċċji soċjali oħra inkella minn sorsi oħra.
Pensjonanti miżżewġin jista’ jkun li jkunu qed jirċievu pensjoni waħda u benefiċċji soċjali oħra jew dħul minn sorsi oħra, jew żewġ pensjonijiet jekk il-konjuġi jkunu jirċievu pensjoni t-tnejn.
Il-persuni singoli jista’ jkun li jkollhom żewġ pensjonijiet, eżempju tas-servizz u tas-sigurtà soċjali waqt li l-pensjonanti miżżewġin jista’ jkollhom saħansitra tlett pensjonijiet, jekk ikun hemm xi ħadd mill-konjuġi jirċievi l-pensjoni tas-servizz, jew saħansitra erba’ pensjonijiet jekk iż-żewġ konjuġi jkollhom dritt għall-pensjoni tas-servizz it-tnejn.
Jista’ jkollok ukoll persuni li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali u differenza f’pensjoni tal-età non-kontributorja. F’dawn iċ-ċirkostanzi jitħallsu wkoll benefiċċji addizzjonali.
Jista' jkollok ukoll pensjonanti romol jew tal-invalidità.
Dan kollu qed jingħad sabiex l-interpellanta tifhem aħjar it-tweġiba li qed tingħata.
Fid-dawl ta’ dan kollu jirriżulta li hemm 2,686 pensjonanti u lid-dħul kollu tagħhom, inkluż il-pensjoni, jidher li huwa anqas minn €800 kull 4 ġimgħat. It-tabella ta’ hawn taħt tirreferi.
Din l-informazzjoni kienet ivverifikata mal-informazzjoni li għandu d-Dipartiment li tinkludi sorsi ta' dħul oħra kif magħrufa mill-Kummissarju tat-Taxxi għas-sena 2023. Kien ikkunsidrat il-fatt li mill-2023 'l hawn il-pensjonijiet għolew bħala minimu €1,196 fis-sena.
Dħul kull 4 Ġimgħat
Total
Anqas minn
Nisa
Irġiel
Total
€800
1,698
988
2,686
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ romance scams bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn saru minn vittmi anzjani?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġiba parlamentari 28927, fejn ninsab infurmat li Romance Scams huma parti minn dik l-informazzjoni.
Nieħu l-okkażjoni biex filwaqt li ngħid kemm huwa kruċjali li nibqgħu noħolqu kuxjenza dwar ir-riskji li jeżistu online, u nappoġġja diversi kampanji ta’ tagħrif u reklamar li jsiru minn żmien għal żmien, nappella wkoll liż-żgħażagħ tagħna u persuni li għandhom għarfien tajjeb tat-teknoloġija biex jitkellmu ma’ qraba tagħhom ikbar minnhom, partikolarment anzjani, biex permezz ta’ dan l-għarfien huma wkoll jiftħu l-għajnejn dwar ċerti riskji li jeżistu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ on line fraud bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn saru minn vittmi anzjani?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija, data dwar online fraud hija disponibbli mis-sena 2022. In-numru ta’ każi ta’ online fraud għal kull sena f’dan il-perjodu kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Għall-fini ta’ statistika, is-sistema tiġbor ir-rapporti kollha f’daqqa.
Sena
2022
2023
2024
2025
sa 31/05
Total ta’ każi ta’ online fraud irrapurtati
1088
2517
1552
707
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-carers kollha li jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul humiex qed jitħallsu bl-istess rata fis-siegħa? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-rata hijiex differenti għal dawk li kisbu ċ-ċertifikat ta’ carer qabel l-MQF u x’inhuma r-rati li bihom qed jitħallsu l-carers kollha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont il-LN 128/24, il-Health Care Workers illum magħrufa bħala Carer 1 u Carer 2 fil-Faċilità San Vinċenz de Paul se jkunu qed igawdu mill-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema tal-istess kategorija fis-Servizz Pubbliku minn l-1 ta’ Jannar 2025, ċjoè skala rispettiva Step 1 u allowances. Ir-rata ta’ ħlas hija bbażata fuq il-kwalifika li għandhom u se tingħata pro rata skont in-numru ta’ sigħat li jaħdmu. Minn l-1 ta’ Jannar 2026, jew wara li jilħqu “FULL TIME equilvalence” u dawn il-ħaddiema se jibbenefikaw mill-ewwel increment kif ukoll minn żieda tas-sena fis-salarju. Jekk hemm minnhom bi kwalifiċi inferjuri se jiġu upskilled sabiex igawdu mill-istess kundizzjonijiet ta’ paga.
Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti kollha li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu, kif ukoll lid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll it-terminu ta’ kull konsulenza kif ukoll il-valur tiegħu?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha tad-direct orders li ngħataw fis-sena 2024 u fis-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll lil min ingħataw dawn id-direct orders u x’kien il-valur ta’ kull wieħed minnhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.