Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ser tinbidel is-sistema fiċ-ċentri tas-saħħa fejn anzjani li għandhom ’il fuq minn 75 sena mhumiex ser jitħallew aktar jaqbżu l-kju? Jekk iva, jista’ jgħid kif ser ikun assigurat li anzjani ta’ ’l fuq minn 75 sena ma jdumux fil-kju?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhemmx ħsieb li jsir xi tibdil fir-rigward taċ-Ċentri tas-Saħħa fir-rigward ta’ anzjani li għandhom ’il fuq minn 75 sena.
Anzjani li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha u li qed jirċievu l-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27525 u 30376 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li għandhom bejn il-61 sena u l-64 sena li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali u li qed jirċievu l-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru għal kull sena (jiġifieri 61, 62, 63, 64 sena) u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-aħħar Gvern li-ġħolla l-eta tal-irtirar kien Gvern Nazzjonalista bir-riforma li kienet saret fl-2006, kważi 20 sena ilu.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt. Qed tingħata dettaljata sabiex in-numri jkunu spjegati aħjar. L-informazzjoni hija sas-sena 2024 u tikkonċerna persuni li jekk twieldu qabel l-1962 b’mill-anqas 35 sena ta’ kontribuzzjonijiet setgħu jirtiraw qabel l-età tal-irtirar, waqt li jekk twieldu wara kellhom bżonn 40 sena:
Males by Birth Year and Age of Pension - Average Contribution 50
Retirement age 62
Retirement age 63
Retirement age 64
Retirement age 65
Age
1952
1953
1954
1955
1956
1957
1958
1959
1960
1961
1962
1963
Total
61
1,011
991
949
1,008
1,037
954
854
878
864
853
651
575
10,625
62
471
516
586
643
229
224
243
240
272
241
223
3,888
63
13
19
14
27
549
528
513
171
164
129
2,127
64
1
1
3
4
35
24
43
359
379
849
65+
8
4
6
6
14
21
15
28
102
Total
1,504
1,531
1,558
1,688
1,864
1,751
1,668
1,676
1,679
1,223
874
575
17,591
Females by Birth Year and Age of Pension - Average Contribution 50
Retirement age 62
Retirement age 63
Retirement age 64
Retirement age 65
Age
1952
1953
1954
1955
1956
1957
1958
1959
1960
1961
1962
1963
Total
61
122
116
122
159
162
196
187
226
241
216
168
75
1,990
62
53
49
80
53
61
64
49
76
83
66
83
717
63
2
5
2
3
66
57
75
44
54
39
347
64
0
0
0
4
0
4
7
68
79
162
65+
1
2
5
2
7
7
7
10
41
Total
178
172
209
221
296
328
325
424
457
321
251
75
3,257
Tajjeb li jkun ippreċiżat li l-eta’ tal-irtirar ta’ persuni li twieldu bejn l- 1952 u l-1955 kienet ta’ 62 sena, jekk twieldu bejn l-1956 u l-1958 l-età tal-irtirar kienet ta’ 63 sena u jekk twieldu bejn l-1959 u l-1961 hija ta’ 64 sena, u allura dawn meta laħqu l-eta tal-irtirar setgħu jirtiraw, kien kemm kien in-numru ta’ kontribuzzjonijiet li kellhom. Għal dawk imwielda wara, l-età tal-irtirar hija ta’ 65 sena. Dawn tal-aħħar, fl-2024 għalqu 61 jew 62 sena skont meta twieldu.
L-informazzjoni mogħtija hija biss dwar dawk li kellhom l-ammont stipulat ta’ kontribuzzjonijiet skont l-età tat-twelid rispettiva kif mitlub mill-Onor. Interpellant u ma tinkludix dawk li kellhom anqas kontribuzzjonijiet u rtiraw fl-età propja tal-irtirar tagħhom jew wara.
Fil-fatt, minbarra in-numri ikkwotati fuq, fl-istess perjodu bdew jirċievu l-pensjoni 8,549 oħra rġiel u 10,781 oħra nisa b’numru ta’ kontribuzzjonijiet anqas mill-massimu. Dawn irtiraw fl-età tal-irtirar tagħhom jew wara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta’ Birkirkara fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta’ Fleur de Lys fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalitajiet ta’ Fleur de Lys u Birkirkara (li fis-sistema tal-Pulizija huma miġbura flimkien), għas-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sa Awwissu 2025, maqsum sena b’sena, jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi wkoll id-dettalji ta’ kull reat, skont il-kategorija rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Pietà fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta’ Gwardamanġa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi dettalji ta’ kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi dettalji ta’ kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi dettalji ta kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-Belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tabella tinkludi dettalji ta’ kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ bullying ġie rraportat fl-iskejjel kollha tal-Gvern fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti u kemm kien in-numru f’kull skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tad-Djar kemm assistiet għaqdiet volontarji li jipprovdu servizzi ta’ housing lill-persuni fil-bżonn fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża u f’liema forma ngħatat din l-assistenza, min kienu l-organizzazzjonijiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont li ngħata f’kull każ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ viżitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm-il talba rċeviet l-Awtorità tad-Djar minn fuq dan is-sit fis-snin imsemmija?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-ammont ta’ vizitaturi fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2022, 2023, 2024 u 2025.
Il-websajt tipprovdi informazzjoni dwar l-iskemi u l-programmi tal-Awtorità u l-programmi tal-Awtorità, iżda ma tippermettix li jsiru talbiet direttament online.
Faċilità San Vincenz de Paul - Lift tal-viżitaturi - Ħsara
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiffunzjona l-lift tal-viżitaturi fil-Faċilità San Vincenz de Paul li issa ilu aktar minn tliet xhur bil-ħsara? Jista’ jgħid ukoll x’qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li wieħed miż-żewġ lifts li hemm fil-
foyer
ilu bil-ħsara għal dawn l-aħħar erba’ ġimgħat. Partijiet minnu kellhom jiżżarmaw u jiġu ordnati oħrajn ġodda minn barra minn Malta. Sakemm jaslu dawn il-partijiet, il-pubbliku jista’ jagħmel użu mil-lift l-ieħor li hemm ftit metri ‘il bogħod.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri tal-Anzjanità Attiva f’Malta u f’Għawdex? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet ser ikunu qed jinfetħu u meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità hija kontinwament impennjata f’diskussjonijiet, bil-għan li jinfetħu ċentri ġodda f’lokalitajiet madwar Malta. Għar-rigward taċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva f’Għawdex ninforma lill-Onorevoli Interpellanta biex tindirizzaha l-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.
Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Belt Valletta - anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jattendu anzjani fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Belt Valletta jattendu 40 anzjani. Minn dawn 37 huma nisa u 3 huma rġiel. F’dan iċ-ċentru l-anzjani ġejjin mill-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Gżira, Siġġiewi, Msida u Pietà.
Ċentru tal-Anzjanità Attiva ta’ Santa Venera - anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jattendu anzjani fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva ta’ Santa Venera? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva ta’ Santa Venera jattendu 53 anzjan. Minn dawn 50 huma nisa u 3 huma rġiel. F’dan iċ-ċentru l-anzjani ġejjin mill-lokalitajiet ta’ Sta Venera, Mtarfa, Pieta, B’Kara, Naxxar, Ħamrun u Ħal Għargħur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jattendu anzjani fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Ħamrun? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Ħamrun jattendu 74 anzjan. Minn dawn 67 huma nisa u 7 huma rġiel. F’dan iċ-ċentru l-anzjani ġejjin mill-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta Venera, Marsa, Ħ'Attard, Msida, Pieta, Mosta, B’Kara, Rabat, San Pawl il-Baħar u Valletta.