Pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ €37,624 fis-sena
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4970 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti li għandhom pensjoni ta’ €37,624 fis-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-ammont ikkwotat minnha huwa b’rabta mal-miżura tat-taxxa fuq il-pensjoni, liema miżura imsemmija, tikkonċerna kull pensjoni li potenzjalment tista’ titħallas u mhux biss tas-sigurtà soċjali. Dawn jinkludu wkoll pensjonijiet privati, tas-servizz u oħrajn. Eluf ta’ pensjonanti jirċievu aktar minn pensjoni waħda, u dawn kollha ikunu qed igawdu mill-miżura jekk tqabbel mas-sitwazzjoni kif kienet sal-2015, u mhux biss dawk li jista’ jkun għandhom pensjonijiet fl-ammont imsemmi jew iżjed.
Barra minn hekk, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jkollux l-informazzjoni dwar kull pensjoni li residenti Maltin ikunu qed jirċievu għaliex jista’ jkun xi ħadd għadu mhux jirċievi pensjoni tas-sigurtà soċjali jew it-tip ta’ pensjoni li jirċievi ma taffetwax il-pensjoni tas-sigurta soċjali.
Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4761 u jgħid kemm huwa preżentement in-numru ta’ anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Emissjonijiet eċċessivi minn vetturi – SMS reporting – Reviżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt saritx reviżjoni tal-iskema tal-SMS reporting dwar vetturi b'emissjonijiet eċċessivi minn meta ddaħħlet? Jekk iva, jista' jgħid x'kienu r-reviżjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Testijiet tal-vetturi dwar emissjonijiet eċċessivi li baqgħu ma sarux
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi msejħa għall-ittestjar minħabba emissjonijiet eċċessivi li xorta baqa' ma sarx ittestjar fuqhom? Jista' jgħid ukoll għaliex ma jkunx sar dan l-ittestjar u jgħid ukoll jekk il-vettura u/jew fuq min hija rreġistrata l-vettura jiġux ippenalizzati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Testijiet tal-vetturi dwar emissjonijiet eċċessivi – Proċedura
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura tintuża biex vettura tittella' għall-ittestjar dwar emissjonijiet eċċessivi, liema rapport dwarha jkun sar permess tal-SMS reporting? Jista' jgħid ukoll jekk iridx ikun hemm aktar minn rapport wieħed u jekk iva, wara kemm rapporti l-vettura tittella' għall-ittestjar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex vettura tissejjaħ għal spezzjoni minħabba allegazzjonijiet ta’ emissjonijiet eċċessivi rrappurtati permezz tas-sistema ta’ SMS reporting, ikun meħtieġ li l-istess vettura tkun ġiet irrappurtata tliet darbiet.
Wara li jintlaħaq dan in-numru ta’ rapporti, tintbagħat ittra lis-sid reġistrat tal-vettura sabiex din tittieħed għall-ispezzjoni fil-Vehicle Inspection Unit, fejn isiru l-verifiki neċessarji relatati mal-emissjonijiet tal-vettura.
Emissjonijiet eċċessivi minn vetturi – SMS reporting
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti permezz ta' SMS dwar emissjoni eċċessiva minn vetturi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm sar ittestjar fuq dawn il-vetturi li ġew irrappurtati permezz ta’ SMS u kemm minnhom fallew it-test?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-vetturi kollha li jissejħu għall-ispezzjoni jippreżentaw ruħhom għall-ispezzjoni mitluba. Għaldaqstant, f'dawk il-każijiet fejn il-vetturi ma jattendux għall-ispezzjoni, ir-restrizzjoni imposta fuqhom tibqa' fis-seħħ sakemm issir l-ispezzjoni neċessarja u l-vettura tiġi vverifikata mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni mitluba hija kif indikata fit-tabella segwenti:
Sena
Vetturi msejħa għall-ispezzjoni
Vetturi spezzjonati
Għaddew
Fallew
2024
227
118
89
29
2025
308
285
202
83
2026*
125
91
49
42
* L-informazzjoni għall-2026 tkopri l-perjodu Jannar sa Settembru 2026.
Pensjonanti tas-servizz li ser jieħdu l-pensjoni sħiħa minn Jannar 2027
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4599 u jgħid kemm ser ikunu l-pensjonanti tas-servizz li ser ikunu qed jieħdu l-pensjoni sħiħa minn Jannar 2027?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal-liema pensjoni qed tirreferi meta qed tgħid ‘pensjoni sħiħa’
Pensjonanti tas-servizz li qed jieħdu l-pensjoni sħiħa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4598 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti tas-servizz li bħalissa qed jieħdu l-pensjoni sħiħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal-liema pensjoni qed tirreferi meta qed tgħid ‘pensjoni sħiħa’
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4428 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 385, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta għalaq it-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani?
Response (BORG, IAN)
Infurmat li għalkemm it-terminu għalaq, dan il-Kunsill għadu kostitwit skont il-Liġi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4427 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3858, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm dewmien fix-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta meta kien ġie ddikjarat mill-Ministru ta’ qabel illi dawn ser ikunu lesti fis-sena 2027?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta għaddejjin b’ritmu tajjeb. Infurmat li matul l-implimentazzjoni tal-proġett, ġie deċiż li jiġu ndirizzati interventi strutturali addizzjonali. Madankollu, ix-xogħlijiet qed ikomplu u qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità u l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi.
Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni li qed jirċievu pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni qed jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
Inżid ninforma illi skont id-disposizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u Avviżi Legali relatati, persuni li jkollhom l-ammont stipulat ta’ kontribuzjonijiet fl-età ta’ 61 sena jistgħu jibqgħu jaħdmu, mingħajr ma’ jitolbu li jirċievu pensjoni kontributorja u ta’ dan il-pensjoni li jkollhom dritt għaliha tiżdied b’persentaġġ kull sena sakemm fl-eta ta’ 65 sena tista’ tiżdiedilhom b’29%.
Fil-fatt mill-istudju joħroġ biċ-ċar illi l-persuni li għażlu
li jitolbu pensjoni kontributorja fl-eta ta’ 61 qiegħed dejjem jonqos, minn 1,254 fis-sena 2016 għal 864 fis-sena 2024.
Anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni li għażlu li jaħdmu mingħajr ma jirċievu pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-anzjani li għalqu l-61 sena u huma eliġibbli għall-pensjoni għażlu li jaħdmu mingħajr ma jirċievu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
https://www.centralbankmalta.org/policy-notes
Mill-istudju joħroġ illi bejn is-snin 2016 u 2024, kważi 7,900 persuna bbenefikaw mid-disposizzjonijiet tad-differiment tal-pensjoni u allura għażlu li jibqgħu jaħdmu flok jieħdu l-pensjoni. Dan in-numru kompla jiżdied matul l-2025 u l-2026.
Persuni li jagħżlu li jibqgħu jaħdmu wara li jagħlqu 61 sena – Bonus ta’ €500
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bonus ta’ €500, li jingħata lil persuni li jagħlqu 61 sena iżda jagħżlu li jibqgħu jaħdmu, ma ġiex inkluż fil-Baġit għas-sena 2027?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li il-Manifest Elettorali ‘Int Malta’, bħal kull manifest elettorali, jirrapreżenta il-viżjoni strateġika tal-Gvern għall-leġislatura sħiħa. Sakemm ma jkunx ġie espliċitament imwiegħed li tali miżura tkun se tibda f’sena partikolari, dak imwiegħed jiddaħħal bi pjan skont il-prioritajiet kif jevolvu tul il-leġislatura.
Kif ġara fil-leġislaturi passati, inserraħ ras l-Onor. Interpellanta li l-wegħdi kollha mħabbra fil-Manifest Elettorali ‘Int Malta’ se jitwettqu tul il-leġislatura.
Pensjonanti li jibqgħu jaħdmu waqt li jirċievu l-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar pensjonanti li jkunu għalqu l-età ta’ 61 sena u li huma eliġibbli għall-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk jaqbilx li dawn il-persuni jibqgħu jaħdmu u jirċievu l-pensjoni? Jekk ma jaqbilx, jista’ jispjega r-raġunijiet għal dan?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2025 il-Bank Ċentrali ta’ Malta ppublika studju bit-titlu “DID THE EARLY PENSION DEFERRAL SCHEME LENGTHEN CAREERS IN MALTA?”
L-aspetti pożittivi li ħarġu minn dan l-istudju jagħtu raġunijiet u risposti ċari għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellanta.
Qiegħed nikkwota l-Abstract tar-rapport għall-benefiċċju tal-Onorevoli Interpellanta:
https://www.centralbankmalta.org/policy-notes
Inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-parir li għandu l-Gvern mill-Grupp ta’ Strateġija tal-Pensjonijiet huwa li ma jaqbilx li jiddaħħlu miżuri li jxekklu l-progress li nkiseb matul l-aħħar 10 snin fir-rigward.
Pensjonanti – Rata tal-bonus għall-għoli tal-ħajja
Question
Fid-dawl li fid-diskors tal-Baġit għas-sena 2027, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li matul is-sena 2027, kull pensjonant ser jirċievi l-istess rata ta’ bonus għall-għoli tal-ħajja, liema rata ser tkun waħda fissa ta’ €21.53 fil-ġimgħa, jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata ser ikunu qed jitħallsu dawk il-pensjonanti li illum għandhom aktar minn €21.53 fil-ġimgħa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm ebda rata ta’ Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja li teċċedi l-€21.53 fil-ġimgħa.
Ta’ min jgħid li mill-2025 ‘l hawn, iż-żieda kollha li titħabbar fil-Budget għall-pensjonanti qed tmur kollha kemm hi fir-rata tal-pensjoni, kontra kif kien isir qabel fejn terz tal-COLA ma kinitx tmur fir-rata tal-pensjoni imma fil-Bonus għall-Ogħli tal-Ħajja.