Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet is-sena l-oħra fejn il-Qorti tat "Community Service Order" lil persuni ħatja għal xi reat? X'kien ix-xogħol li dawn in-nies kellhom iwettqu u kemm -il siegħa ingħataw kull wieħed? Min kien responsabbli li jara li dawn in-nies qed jagħmlu x-xogħol fil-komunita'?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fl-2007 inħarġu tlett Ordnijiet ta' Xogħol fil-Komunita' li kienu jinvolvu pwieni ta' 100, 100 u 240 siegħa rispettivament. Ix-xogħol kien jikkonsisti f'manutenzjoni f'dar residenzjali għal persuni b'diżabilita' (bħal tqegħid ta' madum, restawr ta' siġġijiet u xogħol fi ġnien) u xogħol fi ħdan kunsilli lokali (bħal żebgħa ta' sinjali ta' toroq, tqattigħ ta' ħaxix u tisbiħ ta' postijiet pubbliċi).
F'kull każ ġie appuntat Uffiċċjal tal-Probation sabiex jieħu ħsieb is-superviżjoni ta' dawn il-persuni u jżomm kuntatt mal-placement provider fejn ikunu qed jitwettqu x-xogħlijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx studju dwar l-impatt li kellha l-għeluq tal-Lukanda Jerma Palace fuq l-attivita' turistika f'Marsaskala? Sar xi sforz biex jiġi attirat investiment għal twaqqif ta' lukanda ġdida f'Marsaskala? X'qed isir biex it-turiżmu f'Marsaskala ma jmutx mewta naturali? Kuntent il-Gvern bil-livell ta' attivita' turistika f'Marsaskala?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li għandhom targa (number plate) ta' pajjiż Membru ta' l-Unjoni Ewropea li m'huwiex Malta jħallsux ukoll taħt l-iskema tas-CVA meta jidħlu fil-Belt Valletta? Minn mindu ġiet introdotta din l-iskema, kemm hu l-ammont ta' flus li nġabar mis-CVA mingħand sidien ta' karozzi li m'għandhomx targa (number plate) ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tas-CVA tirrikonoxxi l-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta' Malta biss u ma tirrikonoxxix pjanċi ta' pajjiżi oħra inkluż dawk ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja. B'hekk ma nġabrux flus mis-CVA fuq dawn il-vetturi.
Dan japplika għal dawk il-vetturi ta' turisti jew ta' sidien mhux residenti ġo Malta li għandhom permess temporanju biex ikomplu jużaw il-pjanċi barranin. Sidien ta' karozzi li huma residenti ġo Malta għandhom jirreġistraw il-vettura bi pjanċa Maltija
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx ikkonsidra jew studja l-possibilita' ta' l-introduzzjoni ta' mezzi alternattivi ta' transport pubbliku li huma iktar eco-friendly komparati ma' dawk konvenzjonali bħal a) solar-powered vans fi traġitti komparattivament qosra bħalma huma dawk tal-park-and-ride mill-Furjana għall-Belt u b)sistema ta' mono-rail fi traġitti itwal?
Jista' jgħid ukoll jekk il-Gvern qattx ikkonsidra jew studja bis-serjeta' l-idea ta' underground/metro/tube-system f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħala parti minn proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea (Interreg III PAGUS Component C), fl-2007 l-Awtorita’ dwar it-Trasport kienet ippreżentat riċerka fuq l-introduzzjoni tal-Bus Rapid Transit f’Malta. Sa issa, ma kien hemm l-ebda studju fuq l-introduzzjoni ta’ sistemi solar-powered, mono-rail jew underground/metro/tube-system.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tat-tariffa li se tiġi użata biex xi ħadd jintavola rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni mwaqqaf taħt Kap. 490 tal-Liġijiet ta' Malta? Meta se jidħol fis-seħħ it-Tribunal ta' Reviżjoni?
Jista' jindika wkoll jekk hijiex l-intenzjoni tal-Gvern li l-bordijiet jew tribunali amministrattivi preżenti elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Kap. 490 jiġu nkorporati fit-Tribunal ta' Reviżjoni, mwaqqaf taħt Kap. 490 tal-Liġijiet ta' Malta sabiex ikun hemm Tribunal wieħed amministrattiv li jiġbor taħt nomenklatura u kappa legali waħda u f'post fiżiku wieħed it-tribunali u l-bordijiet kważi ġudizzjarji kollha?
In oltre jista' jispjega kif qed jipprospetta li l-Artiklu 469A tal-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili l-Kap. 490 se jikkoeżistu flimkien?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tariffi legali li talab għadhom qed jitħejjew.
Jista' l-Ministru jagħti lista xahar, b'xahar bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-1 ta' Mejju 2008 ta' ċittadini Maltin li żżewġu ċittadini li ġejjin minn pajjiż mhux mill-Unjoni Ewropea? Minn dawn, kemm miċ-ċittadini Maltin kienu diġa' miżżewġin preċedentement u kellhom iż-żwieġ tagħhom imħassar b'sentenza tal-Qorti qabel ma reġgħu żżewġu għal darb'oħra? Kemm miċ-ċittadini Maltin diġa' kellhom tfal reġistrati f'isimhom qabel ma żżewġu ċittadini li ġejjin minn pajjiżi mhux mill-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi kif tidher it-tabella annessa. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija, ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tinżammx taħt forma ta’ statistika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 456 u jindika x'inhi l-proċedura li għandha tiġi adottata f'każ li jkun se jsir żvilupp privat li jmiss ma' triq li għalkemm tintuża mill-pubbliku tkun għadha proprjeta' tal-privat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċedura li trid tintuża fil-każ msemmi mill-Onor Interpellant hija dik kif indikata fil-Kodiċi tal-Pulizija Kap 10 II 'Fuq Toroq'.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 457, b' "għat-twaqqif" l-interpellant jifhem l-attwazzjoni ta' dak sanċit bil-permess tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li z-zona ta’ l-akkwakultura barra l-Ponta ta’ Żonqor, bdiet topera sentejn ilu u minn nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju reġa’ beda jkollha l-ħut fiha għal dan l-istaġun.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna ta' ċittadinanza Niġerjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed isib impediment legali biex ikun jista' jikkontratta ż-żwieġ tiegħu mal-partner Maltija tiegħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant qiegħed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Prim Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni legali ta' l-art li fuqha eventwalment ġiet mibnija l-lukanda Jerma Palace f'Marsaskala? Stante li sar l-għeluq ta' din il-lukanda, jista' jgħid inkisritx xi kundizzjoni oriġinali meta saret il-konċessjoni mill-gvern? Jista' jindika jekk hijiex se titressaq mozzjoni fil-Parlament biex tiġi ratifikata l-pożizzjoni legali tat-trasferiment imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-parti l-kbira ta’ l-art li fuqha nbniet il-lukanda Jerma Palace Hotel hija art privata. Parti żgħira nbniet fuq art li ġiet esproprijata mill-Gvern sabiex ssir triq. L-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda qatt ma nbiegħet lill-investituri tal-lukanda u għalhekk għadha tal-Gvern.
Qed isiru diskussjonijiet mas-sidien ta’ din l-art sabiex tingħata lura lilhom.
Tista' l-Ministru tiddikjara jekk, in vista tad-dikjarazjonijiet tal-coach nazzjonali tar-Rugby Damien Neill, il-Gvern huwiex se jieħu bis-serjeta' l-ħtieġa li jinbena stadium tar-rugby f'Malta? Se jiżdiedu l-fondi għal dan l-isport?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isports (KMS) ilu mit-twaqqif tar-Rugby Football Union jagħti s-sehem tiegħu għall-iżvilupp tal-logħba tar-Rugby f’pajjizna.Tul dawn l-aħħar ħames snin saret ħidma konġunta għal żieda fil-parteċipazzjoni tat-tfal f’dan l-isport. Dan qed isir bl-introduzzjoni tat-Tug Rugby kif ukoll tar-Rugby stess f’diversi programmi tal-KMS. Fl-istess waqt il-gvern qed jissusidja l-ħlas tal-faċilita’fejn isir it-taħriġ tar-rugby u l-kompetizzjonijiet tar-rugby fil-livelli differenti.
Il- Gvern diġa’ kellu diskussjonijiet preliminari mar-Rugby Football Union dwar trasferiment ta’ art u l-iżvilupp ta’ l-art mill-Malta Rugby Football Unionpermezz tal-assistenza finanzjarja mill-International Rugby Football Union. Dan kien dikjarat ukoll fil-programm elettorali li fuqu ġie elett dan il-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jersaq għall-pubblikazzjoni tal-kuntratti finali ta' l-artijiet fil-Gudja, fil-parti magħrufa bħala Ta' Xlejli, li kien daħal f'konvenju fuqhom fil-bidu tas-snin tmenin ma' diversi terzi, illum residenti fil-proprjeta' mibnija fuq l-istess artijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru koċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jipprezenta White Paper għal emendi f'diversi liġijiet li jolqtu l-istitut tal-kera partikolarment b'referenza għal a)Ordinanza dwar il-Kontroll tad-Djar (Kap.69) b) Ordinanza li trazzan il-Kera fuq id-Djar (Kap. 116)? Jekk iva, meta? Fuq liema linji gwidi qed jaħdem il-ministeru f'dan kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Nikkonferma li, dalwaqt, il-Gvern ser jippubblika White Paper għall-konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-liġijiet tal-kera.
Din il-
White Paper
hi bażata, fost oħrajn, fuq analiżi:
· tal-liġijiet relevanti eżistenti;
tad-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni għar-Reviżjoni tal-Ligijiet tal-Kera, mwaqqfa fl-1997;
· tad-dokumentazzjoni tal-
Working Group
dwar ir-Riforma fil-Liġijiet tal-Kera, imwaqqaf fl-2005;
· tar-riformi li saru f’numru ta’ pajjiżi Membri ta’ l-Unjoni Ewropea;
· ta’ statistika miġbura miċ-Ċensiment tal-2005.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' speċjalisti mediċi kollha li huma reġistrati f'pajjiżna taħt ir-Reġistru tal-Ispeċjalista skond l-ispeċjalita' tagħhom? Kemm kienu t-tobba li ġew rrifjutati milli jidħlu fir-Reġistru ta' l-Ispeċjalisti minn kemm ilu mwaqqaf? Kemm kien hemm tobba li kienu fir-Reġistru ta' l-Ispeċjalisti li mbagħad tneħħew? Għal liema raġuni tneħħew?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta’tobba li huma reġistrati bħala speċjalisti skond Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa Att XII 2003 Art. 29. (Cap.464) huwa 825. Dak ta’ dentisti huwa ta’ 14.
In-numru maġenb il-lista ta’ speċjalizzazzjoni rispettiva jindika n-numru f’kull speċjalita skond il-Ħames Skeda ma’ l-imsemmi Att.
SPE
Ċ
JALITA’
1.
Accident and Emergency Medicine
7
2.
Anaesthetics and Intensive Care Medicine
59
3.
Audiology/ Phoniatry
2
4.
Chemcial Pathology
1
5.
Cardiology
9
6.
Cardio-thoracic Surgery
5
7.
Clinical Neurophysiology
3
8.
Clinical Pharmacology & Therapeutics
0
9.
Dermato – Venereology
8
10.
Radiology
10
11.
Endocrinology and Diabetes
7
12.
Family Medicine
318
13.
Immunology
2
14.
Forensic Medicine
4
15.
Gastroenterology
6
16.
General/ Internal Medicine
57
17.
Dermatology
4
18.
General Surgery
27
19.
Genetics
6
20.
Geneto-Urinary Medicine
1
21.
Geriatrics
7
22.
Haemotology
5
23.
Histopathology including Cytopathology
8
24.
Infectious Disease
2
25.
Maxillo - facial Surgery
0
26.
Microbiology/ Bacteriology
5
27.
Neonatology
2
28.
Nephrology
5
29.
Neurology
5
30.
Neurosurgery
3
31.
Nuclear Medicine
2
32.
Obstetrics and Gynaecology
38
33.
Occupational Medicine
18
34.
Ophthalmology
18
35.
Orthopaedic Surgery
20
36.
Otorhinolaryngology
9
37.
Paediatric Surgery
2
38.
Paediatrics
45
39.
Palliative Medicine
4
40.
Plastic Surgery
4
41.
Psychiatry
17
42.
Public Health Medicine
43
43.
Oncology
3
44.
Rehabilitation Medicine
1
45.
Respiratory Medicine
5
46.
Rheumatology
6
47.
Urology
6
48.
Vascular Surgery
4
49.
Virology
1
50.
Baromedicine
1
Orthdontics
7
Oral Surgery
7
Kien hemm 848 applikazzjonijiet li ġew rrifjutati milli jidħlu fir-Reġistru ta’ l-Ispeċjalisti minn kemm ilu mwaqqaf.
Ma kien hemm l-ebda każ fejn speċjalista tneħħa minn fuq ir-Reġistru ta’ l-Ispeċjalisti.
L-ismijiet ta’ dawk fuq ir-Reġistru ta’ l-Ispecjalisti tinstab fuq il-
web site
tal-Kunsill Mediku u tiġi aġġornata kull l-aħħar ta’ kull xahar.
Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk id-diparimenti jew entitajiet governattivi li joffru l-faċilita' ta' vann tax-xogħol għall-impjegati tagħhom? Jaħseb il-Ministru li l-Gvern, bħala l-ikbar employer fil-pajjiż għandu jagħti eżempju u jinċentiva l-organiżżazzjoni u l-użu ta' vannijiet tax-xogħol għall-impjegati tiegħu f'attentat biex jitnaqqas l-ammont ta' karozzi u konsegwentement it-tniġġis fit-toroq tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega fuq liema bażi l-Gvern jipprova jagħmel forecast taċ-ċaqliq tal-prezz taż-żejt internazzjonali minn qabel ma' dan iseħħ? Kemm fil-fatt il-forecast li kellu l-Gvern ikkombaċjaw ma' dak li seħħ realment fl-aħħar xhur?
Jista' jgħidilna wkoll jekk ikkonsidrax il-Gvern li jidħol f'xi tip ta' arranġament (partikolarment
hedging
) fejn jorbot bil-quddiem il-prezz taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega x'għamel il-Gvern hekk kif waslitlu l-aħbar tal-ħtif ta' ħaddiem Malti fin-Niġerja, partikolarment fid-dawl ta' l-istqarrijiet tal-qraba ta' dan l-ħaddiem skond kif ġew irrappurtati f'xi ġurnali lokali?
Response (BORG, TONIO)
F'dan il-kuntest saru kuntatti mal-Gvern Taljan u Ingliż li għandhom Ambaxxati fil-kapitali Niġerjana.
Il-Gvern, fil-jiem li ġejjin, ser jibgħat delegazzjoni Maltija sabiex issegwi s-sitwazzjoni mill-viċin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex kuntent bis-sistema tal-gwardjani lokali f'pajjiżna? X'bidliet qed jipprospetta li jdaħħal il-Gvern f'din il-leġislatura f'dan is-settur ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li hu wieħed mill-Membri Parlamentari b’esperjenza fil-gvern lokali li, kif semmejt fl-ewwel diskors tiegħi lill-Kunsillieri Lokali eletti fl-Elezzjoni Lokali tat-8 ta’ Marzu 2008, issa li għaddew ħmistax-il sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, inbeda l-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li għandha twassal għal riforma sħiħa f’dan il-qasam.
Din ir-riforma għandha l-għan li ssaħħaħ fejn hu sejjer tajjeb u tbiddel fejn l-affarijiet mhux sejrin daqstant tajjeb. F’dan l-istadju, għalhekk, m’inix f’pożizzjoni ngħid minn issa x’bidliet ser ikun hemm fis-settur ta’ l-infurzar lokali.
Intenni li hemm l-impenn sħiħ tal-Gvern li jisma’ mingħand kulħadd, inkluż l-Onorevoli Interpellant, kull suġġeriment u proposta għal titjib fil-qasam kollu tal-gvern lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu work permits għal persuni li m'humiex ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Mejju 2007 u l-1 ta' Mejju 2008 xahar b'xahar? Ta' liema nazzjonalita' huma dawn il-persuni? Fuq liema tip ta' xogħol ħarġu dawn il-work permits?
Response (DALLI, JOHN)
Se nghaddi l-informazzjoni lill-onorevoli interpellant.