Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1202 u 947 u jispjega: (a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace? (b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo? (c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu? (d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.

Mistra Village Complex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1249 u ċioe: Stante li minflok il-Mistra Village Complex se jitla' torri ġdid, u dan l-iżvilupp ta' bilfors se jkollu jerġa' jitfa' fuq l-agenda l-iżvilupp tat-triq minn ġo l-Imbordin ta' l-hekk imsejjaħ TEN-T Network, u stante li s-soluzzjoni għall-problema tax-Xemxija li jieħu wisq traffiku ġej u sejjer mill-Mellieħa u Għawdex, ma tistax tkun triq li i) tiġġenera iżjed tniġġis fil-Pwales,is-Simar u l-Imbordin ii) kontra l-liġi ta' l-EU għax tipperikola l-aquifer tal-Miżieb u iii) triq ġdida bħal din mhux se ttaffi l-vera problema tagħna cioe' dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fuq it-triq ta' l-Imbordin? Veru li l-gvern qed jikkonsidra li jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa b'ferry li jasal sal-port tal-Marsa (fejn is-Sea Malta)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1233,1038, 793 u 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-medja ta' ħlasijiet għall-kull abitazzjoni għall-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant hu kif ġej: Konsum Medju ta' l-ilma għal kull abitazzjoni għal perjodu ta’ sena € 44.76 Konsum Medju ta' l-elettriku għal kull abitazzjoni għal perjodu ta’ sena € 209.16 Fuel Surcharge fuq Konsum Medju għal kull abitazzjoni fuq perjodu ta’ sena € 126.96 Kera ta' dawl u ilma fuq perjodu ta’ sena € 55.90

Marsaskala — Triq is-Skiet

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se jsir l-embellishment meħtieġ fi Triq is-Skiet Marsaskala?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija hija nkluża fil-lista ta’toroq li jridu jsiru mill-ADT. Ix-xogħol fuq dan il-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali għadu għaddej u l-bini tat-triq imsemmija għandu jsir fix-xhur li ġejjin.

Impjanti ta' Riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jindika fejn se jiġu mibnija l-impjanti ta' riċiklaġġ f'pajjiżna oltre dak f'Marsaskala? Kemm se jkun in-numru ta' dawn l-impjanti? Kemm hu propostat li dawn ikunu kapaċi jitrattaw skart f'termini ta' tunellati ta' skart?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor. Membru li l-informazzjoni ser tkun inkluża fl-istrateġija li ser tkun ippublikata dalwaqt.

Ilma tax-Xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor. Membru biex jagħmel id-Domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Riposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mypotential

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1142 u jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nation School Attendance Policy

Question

Tista' l-Ministru tgħidilna jekk in-Nation School Attendance Policy tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hijiex dik indikata fir-rapport School Attendance Improvement? Jekk iva, liema rakkomandazzjonijiet qed jitwettqu minn dan ir-rapport? Liema huma dawk ir-rakkomandazzjonijiet li għad ma ttieħdu l-ebda iniżjattiva biex jitwettqu u għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li n-National School Attendance Policy m’hijiex il-policy tad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi kif indikati fir-rapport School Attendance Improvement. Infurmata li d-dokument School Attendance Improvement kien ippreżentat mill-Working Group imwaqqaf mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Qabel ma jiġu mplimentati xi rakkomandazzjonijiet iridu jiġu mwaqqfa l-istrutturi edukattivi.
Leg 11 PQ #1203 Sitting 23 2008-06-25 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 949 u jgħid jekk l-uffiċċju tiegħu nvestigax allegazzjonijiet serji ta' ħruġ ta' sensiela ta' direct orders f'ammonti ferm aktar milli stipulati fil-Liġijiet finanzjarji u amministrattivi li saru mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari fl-Ufiċċju tal-Prim Ministru fil-leġislatura preċedenti fejn tikkonċerna l-FAM? Jekk iva, x'miżuri ttieħdu? Jekk le, għaliex? Jista' jagħti rendikont tal-kuntratti kollha li ngħataw b'direct order mill-FAM matul il-perijodu 2004 sa 2008 u lil min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 949.

Konsum ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 1038, 793 u 572 u jieħu l-figuri ta' bejn l-1 ta' Marzu 2007 u l-1 ta' Marzu 2008 u jindika kemm hi l-medja ta' ħlas totali fis-sena li kull household tħallas lill- a) Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma b)Enemalta għall-konsum tal- i)ilma u ii)dawl inkluż konsum , kirjiet ta' arloġġi u soprataxxa? Kemm minn din iċ-ċifra, bħala medja, tmur bħala ħlas għas-surcharge?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mistra Village Complex

Question

Stante li minflok il-Mistra Village Complex se jitla' torri ġdid, u dan l-iżvilupp ta' bilfors se jkollu jerġa' jitfa' fuq l-agenda l-iżvilupp tat-triq minn ġo l-Imbordin ta' l-hekk imsejjaħ TEN-T Network, u stante li s-soluzzjoni għall-problema tax-Xemxija li jieħu wisq traffiku ġej u sejjer mill-Mellieħa u Għawdex, ma tistax tkun triq li i) tiġġenera iżjed tniġġis fil-Pwales,is-Simar u l-Imbordin ii) kontra l-liġi ta' l-EU għax tipperikola l-aquifer tal-Miżieb u iii) triq ġdida bħal din mhux se ttaffi l-vera problema tagħna cioe' dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fuq it-triq ta' l-Imbordin? Veru li l-gvern qed jikkonsidra li jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa b'ferry li jasal sal-port tal-Marsa (fejn is-Sea Malta)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pestiċidi mportati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 365 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jindika liema kategorija ta' pestiċidi jiġu mpurtati f'pajjiżna? Għal kull kategorija ta' pestiċidi liema kimiċi jiġu l-iktar importati? Minn fejn jiġu mportati? Kemm kienet l-importazzjoni ta' pestiċidi sena b'sena fl-aħħar 10 snin skond il-kategorija u l-kimika tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 797.
Leg 11 PQ #1152 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

European City Guide

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 774 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex jaġixxi kontra l-abbuż sfaċċat li qed isir mill-kumpannija bl-isem ta' European City Guide, liema kumpannija tgħid li hi bbażata f'Valenzia, Spanja u li qed tqarraq sfaċċatament bin-negozjanti Maltin u wara li tqarraq bihom titlobhom il-ħlas? X'assistenza qed jingħataw il-vittmi milquta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-pulizija diġa kellha xi rapporti dwar il-kumpanija msemmija u qed tagħmel investigazzjoni.

Għalliema

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani kemm hu l-persentagg ta' l-għalliema li qed jgħallmu s-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Maths li m'għandhomx A level jew Degree fis-suġġett li jgħallmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-perċentaġġ ta’ l-għalliema li qed jgħallmu s-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Maths li m’għandhomx A Level jew Degree fis-suġġett li jgħallmu huma dawn: Malti 0.5% Ingliż 1.4% Maths 1.9% Il-perċentaġġi huma bbażati fuq in-numru ta’ għalliema li preżentament qed jgħallmu kull suġġett fl-iskejjel sekondarji u Junior Lyceums. Dawn l-għalliema jkunu kollha gradwati f’suġġetti oħra.

Studenti — Grade C

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm hu l-persentagg ta' studenti ta' kull skola/kulleġġ tal-gvern u dawk tal-Knisja fejn l-istudenti ġabu grade C jew aktar, mill-anqas fi tliet suġġetti li jinkludu s-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Maths?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Biex tingħata l-informazzjoni, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jindika s-sena ta’ l-eżami li qed jirreferi għalih , kif ukoll il-livell (SEC, Junior Lyceum, Common Entrance, Intermediate u Advanced Level) Ta’ min wieħed ifakkar li dawn ir-riżultati ta’ din is-sena għadhom qed jinħadmu.

Dragonara Casino

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiskadi l-konċessjoni tal-liċenzja relattiva għall-operazzjoni u management ta' Dragonara Casino? Veru jew mhux veru li l-operaturi preżenti ngħataw estenzjoni tal-perjodu tal-konċessjoni? Xi tkun il-pożizzjoni tal-Gvern jekk il-ħaddiema tad-Dragonara Casino jagħżlu li jidħlu għall-operazzjoni u l-management tad-Dragonara Casino taħt il-forma ta' koperattiva?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konċessjoni eżistenti għall-operazzjoni u management tad-Dragonara Casino tiskadi fl-aħħar ta’ Frar tas-sena d-dieħla. Fl-ebda ħin ma ingħatat xi forma ta’ estensjoni ta’ din il-konċessjoni. Hi l-intenzjoni tal-Gvern illi jitnieda proċess li permezz tiegħu tingħata konċessjoni ġdida. Kif wieħed jistenna, dan ser ikun proċess trasparenti u kompetittiv.

Grounds tal-Football

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 981 u tindika liema rħula m'għandhomx ground tal-football? X'se jagħmel il-Gvern biex kull raħal ikollu għallinqas ground wieħed tal-football?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-lokalitajiet f’Malta fejn m’hemmx ground huma B’Buġia, Bormla, Iklin, Marsascala, Mtarfa, Qrendi, Swieqi, Ta’ Xbiex. Il-Ministru għal Għawdex tinforma li l-lokalitajiet fejn m’hemmx ground huma l-Fontana u l-Għasri. Il-Kunsill Malti għall-iSport qed jaħdem sabiex jkun hemm spazji f’diversi nħawi li jistgħu jintużaw mill-komunita’ biex jiġu pprattikati dixxiplini sportivi differenti.

Lukanda Jerma Palace — Art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 947 u jispjega: (a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace? (b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo? (c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu? (d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.