Jista' l-Ministru jindika jekk il-Gvern huwiex se jħejji White Paper biex jirregola l-konkubinaġġ? Jekk iva, meta? Jista' jindika x'inhuma l-punti ewlenin li l-Gvern beħsiebu jitratta f'din il-White Paper?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru huwa kommess li jipproponi leġislazzjoni bil-għan li jiġu mħrsa minn kull sfruttament persuni li jgħixu flimkien bara mir-rabta taż-żwieġ u beda l-ħidma sħiħa u neċessarja. Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant sabiex titħejja White Paper ser tittieħed in konsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1447 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet rriferuta lilu u jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1434, jista' l-Ministru jindika kif se jinkwadra l-Impjanti ta' Riċiklaġġ f'Marsaskala fl-istrateġija li se tkun ippublikata dalwaqt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru li anki din l-informazzjoni se tkun inkluża fl-Istrateġija li se tkun ippublikata dalwaqt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1202 u 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jiddikjara jekk jarax aċċettabbli l-fatt li rekluta titkeċċa mill-Korp tal-Pulizija għax tinqabad tqila? B'referenza għall-każ li ġie rapportat fil-ġurnal Malta Today li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' jgħarraf lill-Kamra kif spiċċat il-kwestjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari kienet diġa' saret matul il-Leġislatura li għaddiet, bin-numru 29183. Qed nerġa' nissottometti r-risposta, li kienet taqra hekk:-
Ninsab infurmat li rekluta mara li kienet qed tattendi t-taħriġ bażiku fil-kors ta' kuntistabbli fl-Akkademja tal-pulizija, kienet ippreżentat ċertifikat mediku li hija ma' setgħetx tkompli t-taħriġ fiżiku minħabba li kienet ħarġet tqila. Stante li t-taħriġ fiżiku kif ukoll taħriġ ieħor ta' strapazz huwa parti integrali mill-kors ta' taħriġ ta' kuntistabbli, din l-istess rekluta kienet twaqqfet milli tkompli r-reklutaġġ.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-każ ta' persuna li hija nieqsa mid-dawl u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ma tibqax tirċievi kontijiet tat-televiżjoni, meta hi diġa' nfurmat lill-entita' relattiva li t-televiżjonijiet ma jiffunzjonawx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Gvern qed jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari? Xi pjani għandu l-Gvern dwar dan? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar riċentement proprju dwar dan il-punt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati?
Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?
In segwitu tar-risposta li l-Prim Ministru ta lill-Interpellant odjern għall-mistoqsija parlamentari 362, jista' l-Ministru jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
(a) It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx informazzjoni dwar min huma is-sidien ta’ proprjeta’ privata.
(b) Mill-arkivji tat-Taqsima ma jirriżultax li l-awtur tas-sid ta’ l-art privata li fuqha inbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-Gvern ta’ Malta ħlief għal parti zgħira ħafna fejn kien hemm ‘pill-box tas-servizzi Ingliżi li kienet nbiegħet bħala libera u franka;
(c) It-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern ma żżommx kopji tal-kuntratt ta’ trasferiment ta’ artijiet bejn sidien ta’ artijiet privati;
(d) It-trasferiment irid isir skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 851 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u t-tieni parti tagħha qed tiġi riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħallissa bdew it-tħejjijiet għat-tfassil tal-programm finanzjarju tal-Gvern għas-sena d-dieħla u dan l-element ta’ estenzjoni ta’ myPotential ikun parti mill-għażliet li l-Gvern jagħmel meta jiġi biex jikkonkludi kif u fejn jiġu mqassma u allokati l-fondi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 947 u jispjega:
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spieri privati legali f'Malta u f'Għawdex? Kemm hu stmat li hawn spieri illegali f'Malta u f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru ta' spieri privati registrati f'Malta huwa ta' 3485 waqt li f'Għawdex hemm 1,859.
Infurmat ukoll li ma teżistix stima ta’ spieri illegali.
Jista' l-Ministru jgħid liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb unikament mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers? Liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb b'taħlita ta' ilma li ġej mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' Prim Ministru jgħid xi sforzi konkreti saru biex pajjiżna jingħata aktar minn €12,500 li ġie indikat f'risposta parlamentari mill-Unjoni Ewropea in konnesjoni mal-Frontex? Jaħsibx li l-ammont ta' €12,000 huwa wieħed miżeru ? Kemm hi n-nefqa tal-gvern Malti fit-tħaddim taċ-ċentru tal-Frontex f'pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn din is-sena l-Forzi Armati ta' Malta ser jiġu rifonduti l-ispejjeż kollha relatati ma’ Frontex, kemm dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet kif ukoll dawk li jikkonċernaw iċ-Ċentru tal-Frontex u li jammontaw ferm aktar mill-figura msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Fir-rigward taċ-Ċentru ta’ l-operazzjonijiet din il-figura tkopri spejjeż ta’ natura amministrattiva kif ukoll xiri ta’ Office Equipment, bħal lap tops u apparat ieħor relatat.
Ir-referenza li għamel l-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Unjoni Ewropea mhix ċar u għaldaqstant nitolbu jkun aktar speċifiku.
Tista' l-Ministru tindika x'pożizzjoni se jieħu l-gvern in vista tal-protesta massiċċa li beħsiebhom jagħmlu l-istudenti li qed jistennew ir-riżultati ta' l-eżamijiet tagħhom? X'inhu jipprospetta li jagħmel il-gvern f'każ li t-tilwima industrijali tissokta u jkun qrib wisq tas-sena skolastika l-ġdida biex wieħed jagħmel resit f'każ li dan ir-resit ikun meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-direttivi tal-Unions ġew sospiżi l-ġimgħa l-oħra, u r-riżultati ta’ l-eżamijiet qegħdin jiġu pproċessati u ppublikati. In-negozjati qed ikomplu biex il-kwestjoni tiġi riżolta fl-iqsar żmien possibli.