Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-timetable uffiċjali ta' l-eżamijiet tat-tfal li jattendu year 4 u 5 fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tiddikjara jekk taqbilx illi l-eżamijiet isiru fuq timetable ta' main subject kuljum fl-aħħar ġimgħa skolastika u mhux tnejn kuljum? Dan peress li t-tfal ikunu lestew is-sillabu u fuq l-ewwel jumejn ma jkollhomx lezzjonijiet ġodda, tant li l-għalliema u t-tfal joqgħodu jiżbarazzaw il-klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-iskop li l-eżamijiet isiru fuq tlett ijiem u mhux fuq ħamsa huwa ntiż biex it-tfal ikollhom jumejn addizzjonali ta’ tagħlim.
Kopja tat-timetable uffiċjali ta’ l-eżamijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1804 u 1482 li oriġinarjament saret lill-Ministru Għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati?
Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Membri sabiex jirreferi għat-tweġiba tal- Mistoqsija Parlamentari numru 1804.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-istat ta' l-iskavi fit-Tempju Ruman f'Tas-Silġ f'Marsaxlokk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Universita ta’ Malta ikkonkludiet l-iskavi tagħha fin-naħa tan-nofsinhar tas-sit u se jiġi ppubblikat rapport komplut is-sena d-dieħla. L-iskavi fin-naħa tat-tramuntana tas-sit, li qed isiru mill-Missione Archeologica Italiana, għadhom sejrin u se jkomplu fix-xhur li ġejjin.
Wara seminar li kien organizzat minn Heritage Malta fl-2006, iktar tard din is-sena Heritage Malta se tippubblika ktieb bir-riċerka u bil-konkluzjonijiet kollha li saru fuq is-sit matul dawn l-aħħar snin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex jitranġaw t-toroq li miż-Żejtun jgħaddu għal Delimara biex tagħmilha possibbli li ċittadini kuxjenżjużi jkunu jistgħu jagħmlu passiġġati fil-kampanja jew imorru dawra bir-rota u li t-turisti kuxjenzjużi jagħmlu ġiti ta' ekoturiżmu f'dawn l-inħawi sbieħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex titranġa Triq il-Foss bejn il-Mina ta' Hompesch, f'Haz-Zabbar u Vjal l-Kunsill ta' l-Ewropa, fil-Fgura ħalli t-traffiku għall-Kottonera jkun jista' jgħaddi b'iktar faċilita' minn hemm flok jiġġammja fi Triq il-Labour, f'Zabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabbadt lill-ADT tistħarreġ x'miżuri jistgħu jittieħdu biex titnaqqas il-konġestjoni fiż-żona indikata.
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx pjani biex titranġa l-parti diżastruża ta' Triq S. Gużepp bejn Triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun u Triq Villabate f'Haż-Żabbar ħalli jiġi faċilitat t-traffiku li jixtieq imur Marsaskala?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 200.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jindika x'politika għandu l-Gvern fil-Qasam ta' l-Overseas Development Aid? X'kien l-kontribut ta' Malta bħala Overseas Development Aid?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern fassal politika ta' għajnuna umanitarja u ta' żvilupp biex jgħin lill-ifqar pajjiżi, partikolarment dawk il-pajjiżi ta' taħt is-Sahara u Lvant ta' l-Afrika, l-Mediterran, il-Lvant Nofsani partikolarment it-territorju Palestinjan u ġżejjer żgħar bil-għan li jintlaħaq livell ta' progress soċjali u ekonomiku f'dawn il-pajjizi. Il-politika ta' għajnuna umanitarja u ta' żvilupp hija ibbazata fuq l-idea li nikkumbattu l-faqar bl-izvilupp u tfittex li tagħti kontirbut għal inizjattivi kurrenti fuq livell internazzjonali, partikolarment mill-Unjoni Ewropea. Din il-politika tindirizza wkoll azzjonijiet u proġetti speċifiċi fejn Malta tpoġġi fis-servizz ta' dawn l-inizjattivi ċertu specjaliżżazzjonijiet partikolari tagħha.
Matul is-sena 2006 il-kontribut ta' Malta bħala għajnuna ta' żvilupp kien jammonta għal Lm 3,201,640.15 jew 0.15% tad-Dħul Gross Nazzjonali.
Jista' l-Ministrujwieġeb mistoqsija parmalentari 1477 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Gvern qed jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari? Xi pjani għandu l-Gvern dwar dan? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport li sar riċentement proprju dwar dan il-punt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Gvern mhux jikkonsidra l-użu ta' enerġija nukleari. Pajjiżna qed jikkunsidra iżda, li jkollu interconnection mal-grid ewropea sabiex ikun jista jixtri/ibiegħ enerġija.
Nitlob lill-Onor Membru li jispeċifika għal liema rapport qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1483 u jiddikjara jekk il-Gvern huwiex edatt mill-fatt li hemm tour agencies lokali li qegħdin jitolbu ħlas addizzjonali għas-surcharge u mbagħad meta l-konsumatur jiċċekkjaw ma' l-Airmalta jiġi ndikat lilu li din mhijiex ġejja mill-Airmalta? X'se jagħmel il-Gvern biex din il-prassi ma taqbadx art fost l-operaturi fis-settur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tissorvelja r-reklami li jiġu ppubblikati fil-gazzetti lokali rigward ivjaġġar. Fl-eżerċizzju ta’ din is-sorveljanza d-Diviżjoni diġà infurmat lill-operaturi ta’ dan is-settur biex jindikaw il-prezz totali li għandu jinkludi t-taxxi kollha u spejjeż kollha relattivi. Dan l-eżerċizzju għadu għaddej u nħarġu xi twissijiet lil xi kumpaniji biex jirregolarizzaw xi reklami.
Fir-rigward ta’ pakketti ta’ l-ivjaġġar, kemm-il darba jiġi stipulat fil-kuntratt li l-prezz jista’ jiġi modifikat minħabba, fost affarijiet oħra hemm indikati, żieda fil-
fuel
costs
, dan jista’ jsir sa għoxrin (20) ġurnata qabel it-tluq. F’dan ir-rigward id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni ġieli rċeviet xi ilmenti.
Kemm-il darba dan is-
surcharge
mitlub mill-aġent ikun aktar milli xieraq, wara konferma mal-linja ta’ l-ajru konċernata, il-konsumatur jista’ jressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.
Sakemm saret din it-tweġiba jirriżulta li d-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni rreġistrat ilment wieħed li jista’ jiġi kklassifikat taħt il-prattika kummerċjali li għaliha tirriferi din il-mistoqsija parlamentari, liema ilment qiegħed jiġi investigat. Din il-prattika kummerċjali tista’ tiġi identifikata biss wara li l-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni u għalhekk huwa essenzjali li l-konsumatur iressaq l-ilment tiegħu lid-Diviżjoni.
Stante li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari 947 ma tweġibx d-domanda 1359, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1359, 1202 u cioe':
(a) Min hu s-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace?
(b) Jekk l-awtur tas-sid ta' l-art privata li fuqha nbniet il-Lukanda Jerma Palace kien il-gvern ta' Malta u b'liema titolu dan is-sid akkwta l-art de quo?
(c) Jekk kienx hemm kondizzjonijiet fil-kuntratt tat-trasferiment li bih is-sid ta' l-art privata li fuqha eventwalment inbniet il-Lukanda Jerma Palace akkwista l-art de quo, u jekk iva, x'kienu?
(d) Dwar l-art esproprijata li fuqha nbniet parti mil-lukanda u li għadha tal-Gvern, xi proċeduri se jintużaw biex isir l-eventwali trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1418 u 1249 u ċioe: Stante li minflok il-Mistra Village Complex se jitla' torri ġdid, u dan l-iżvilupp ta' bilfors se jkollu jerġa' jitfa' fuq l-agenda l-iżvilupp tat-triq minn ġo l-Imbordin ta' l-hekk imsejjaħ TEN-T Network, u stante li s-soluzzjoni għall-problema tax-Xemxija li jieħu wisq traffiku ġej u sejjer mill-Mellieħa u Għawdex, ma tistax tkun triq li i) tiġġenera iżjed tniġġis fil-Pwales,is-Simar u l-Imbordin ii) kontra l-liġi ta' l-EU għax tipperikola l-aquifer tal-Miżieb u iii) triq ġdida bħal din mhux se ttaffi l-vera problema tagħna cioe' dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat, jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern fuq it-triq ta' l-Imbordin? Veru li l-gvern qed jikkonsidra li jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa b'ferry li jasal sal-port tal-Marsa (fejn is-Sea Malta)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett propost għall-bini ta’ by-pass fl-inħawi ta’ l-Imbordin, San Pawl il-Baħar hu fl-istadju ta ‘concept design’.
Din il-proposta trid tiġi iktar iddetaljata u jsir studji ta’ l-impatt ambjentali u konsultazzjoni skond ir-regolamenti qabel ma tittieħed id-deċisjoni dwar il-proġett kif propost.
Naturalment il-pjanijiet għad-domanda ta' traffiku fuq it-toroq li nibnu jieħdu, kif jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant , każ tal-kunsiderazzjonijiet għat-tnaqqis 'tad-dipendenza kbira fuq il-karozzi u trasport privat'.
Ninsab infurmat ukoll li L-Awtorita` Marittima m’għandha l-ebda pjanijiet sabiex il-Port il-Kbir jibda jintuża b’mod regolari għas-servizz ta`
ferry
bejn Malta u Għawdex sabiex jitnaqqas l-użu tal-port taċ-Ċirkewwa.
Jista' l-Ministru jippreżenta organisation chart tad-Drugs Control Unit, bl-iskali rispettivi? X'inhu x-xogħol ta' dan il-unit? Jista' jgħid jekk huwiex kuntent bil-ħidma ta' dan il-unit u jekk hux se jkun hemm tibdil fl-istruttura u l-mansjonijiet ta' l-istess unit?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi d-Drug Control Unit tifforma parti mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali li jaqa taħt id-Divizjoni tar-Regulazzjoni tas-Sahha Pubblika. Il-Unit huwa mmexxi minn Spettur Prinċipali għas-Saħħa. L-istaff l-ieħor jinkludi skrivani, assistenti principali, kif ukoll numru ta’ ‘Ward Clerical Assistants’. Dwar l-iskali, l-Ispettur Prinċipal għas-Saħħa huwa fi skala 8. Warajh hemm skrivan fi skala 9 (ex Maltapost), żewġ assistenti prinċipal fi skala 11 u tliet ‘Ward Clerical Assistants’ fi skala 17. Hemm ukoll skilled labourer. Ser inpoġġi Organistaion Chart fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-funzjoni ta’ dan il-Unit joħrog mill-Avviz Legal 22 ta’ l-1985 li huwa li jinħargu
Control Cards
lil dawk il-persuni li jieħu mediċini narkotiċi jew psikotropiċi. Isiru madwar 24,000
Control Card
fis-sena. Issir l-awtoriżżazzjoni għal min ikun ser isiefer u jkun ser iġorr mediċini narkotiċi jew psikotropiċi fiż-żona Schengen. Barra minn hekk, jingħataw guramenti lil min jitlef jew aċċidentalment jiddistruġġi l-
Control Card
li jkollu. Jinħarġu wkoll avvizi lit-tobba u spiżeriji meta jinqabad xi ħadd jabbuża bil-
Control Card
. Xogħol relatat ma’ dawn il-funzjonijiet huwa li tinżamm informazzjoni ta’ min jieħu overdose biex jiġi żgurat mat-tobba tagħhom li tista’ tinħarġilhom il-
Control Card
.
Il-ħidma ta’ din il-Unit hija regolata minn ‘Quality Service Charter’ biex jiġi aċċertat li l-pubbliku jinqeda tajjeb. Dawn l-aħħar xhur id-Dipartiment ħass il-ħtieġa li jżid in-numru ta’ ħaddiema biex ilaħħqu aktar mad-domanda tal-pubbliku, kemm għal Control Cards ġodda kif ukoll biex dawk qodma jigu mibdula kull sena. Huwa ukoll maħsub li f’qasir żmien il-Unit tiċċaqlaq għal post aktar akkoljenti kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-istaff. Preżentament ma’ hemm l-ebda intenzjoni li jsir l-ebda tibdil fl-istruttura u l-mansjonijiet ta’ l-istess Unit.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1451 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb unikament mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers? Liema nħawi f'Malta u f'Għawdex jirċievu ilma tax-xorb b'taħlita ta' ilma li ġej mir-reverse osmosis plants u mill-aquifers?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1465 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lili u jinvestiga l-każ ta' persuna li hija nieqsa mid-dawl u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ma tibqax tirċievi kontijiet tat-televiżjoni, meta hi diġa' nfurmat lill-entita' relattiva li t-televiżjonijiet ma jiffunzjonawx?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tad-dipartiment tat-12 ta’ Settembru 2006, b’risposta għar-rikjesta tiegħu bil-miktub tat 3 ta’ Settembru, fejn ġiet indikata il-proċedura meħtiega fil-każ tal-persuna indikata fil-mistoqsija.
Ma dana kollu jekk tippersisti xi diffikulta huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt dirett mad-dipartiment biex jingħata servizz immedjat..
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1482 li oriġinarjament saret lill-Ministru Għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati?
Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1142 u jgħid: Prevja l-fehma tal-Gvern li l-iskema ta' myPotential kienet suċċess, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jestendiha f'setturi li jinħass li hemm bżonn ta' aktar riżorsi, bħal ma hu s-settur finanzjarju?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1142.
Jista' l-Ministru jindika:
i) kemm kien l-ammont ta' żewġijiet bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-1 ta' Ġunju 2008
ii) kemm kien l-ammont ta' annullamenti ċivili bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-1 ta' Ġunju 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-ewwel ta’ Ġunju 2008 kien hemm sitt mija u erbgħa u erbgħin (644) żwieġ, waqt li n-numru ta’ Annullamenti Ċivili reġistrati fir-Reġistru Pubbliku bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-ewwel ta’ Ġunju 2008 huwa ta’ sebgħin (70).