Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1989,1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1747.

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern talbet lid-Dipartiment għal-Bini u Tiswija ta’ Djar sabiex, wara li jeżamina l-każ, jieħu l-passi li jkunu xierqa.

Aċċess għal garage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1747 u 1458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex jiġi mogħti lilha aċċess effettiv għal garage mibni lilha mid-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1747.

Azzjonisti ta' kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ammont globali ta' persuni naturali Maltin li huma azzjonisti ta' kumpannija/kumpanniji reġistrati taħt l-MFSA? Minn dawn, kemm hu l-ammont ta' persuni li għandhom bejn 18 u 35 sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba mhix disponibbli u mhijiex tat-tip li normalment tinġabar la mir-Reġistru tas-Soċjetajiet u lanqas mill-NSO. Ikun jeħtieġ wisq riżorsi pubbliċi sabiex tiġi miġbura tali statistika.

Horizontal Axis Wind Turbine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-5 ta Diċembru 2007 sal-11 ta' Lulju 2008 iġġenerat 1800 unit ta' enerġija (kWh), jiġifieri medja ta' 8.5kWh f'jum. l-Enemalta tinsab sodisfatta ħafna bl-installazzjoni tal-micro wind turbine għaliex qed tiġbor u tqassam informazzjoni rejalistika lil kull min hu nteressat.
Leg 11 PQ #2014 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trabi b'difett konġenitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu b'difett konġenitali fl-aħħar sena jiġifieri bejn l-1 ta' Jannar 2007 u l-1 ta' Jannar 2008? Liema kienu d-difetti konġenitali l-aktar komuni f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn it-tfal kellhom bżonn trattament fir-Renju Unit?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Liberija Nazzjonali — Kotba Mislufin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu kotba mislufin mill-Librerija Nazzjonali sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija li sselfet imqar ktieb wieħed mill-Librerija Nazzjonali

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Librerija Nazzjonali (Biblijoteka tal-Belt) ma tipprovdix servizz ta’ self ta’ kotba iżda hija ċentru li jipprovdi l-aħjar faċilitajiet għall-istudju u r-riċerka.
Leg 11 PQ #2016 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkomodazzjonijiet Battala

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn djar jew postijiet t'akkomodazzjoni battala f'Malta u Għawdex? Liema huma l-għaxar irħula li fihom hemm l-aktar djar jew postijiet battala? Kemm intlaqgħu applikazzjonijiet għall-bini ta' units ġodda (jiġifieri postijiet ta' akkomodazzjoni ġodda) kull sena mill-MEPA għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kitarri elettriċi, drum kits u bass giutars

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati kitarri elettriċi, drum kits u bass giutars sena b'sena separatament fl-aħħar erba' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fuq il-kitarri elettriċi, drum kits u bass guitars ma tistax tingħata kif mitluba minħabba li l-kitarri ta’ kull tip huma miġbura taħt Nomenklatura Magħquda waqt li d-drum kits jaqgħu taħt il-kategorija ta’ percussion musical instruments bħal drums, xylophones, cymbals, castanets, maracas etc. Għaldaqstant din l-informazzjoni qiegħda tiġi murija fit-tabella mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra.

MFSA — Legal Section

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ihni mqassma l-Legal Section tal-Malta Financial Service Authority mil-lat organizzattiv? Kemm-il darba sar safar minn ħaddiema tal-Legal Section tal-Malta Financial Service Authority fl-aħħar sena u fejn? Kemm ġie jiswa' dan is-safar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju Legali tal-MFSA huwa mwaqqaf skond l-artikolu 12 ta’ Kap 330 tal-Liġijiet ta’ Malta u fil-preżent jikkonsisti f’direttur, senior manager, manager u administrative assistant. Skond ir-records tal-MFSA, bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u it-30 ta’ Ġunju 2008, membri tal-Uffiċċju bħala total intbgħatu fuq ħames żjarat ta’ xogħol sabiex jattendu għal meetings jew attivitajiet barra minn Malta. Id-destinazzjonijiet kienu kif ġej: 1. Madrid 2. Pariġi darbtejn; 3. Praga 4. Maastricht In-nefqa totali li ħalset l-MFSA għal dawn is-safriet ammontat għal EUR 5,231.66, li magħhom iridu jiżdiedu EUR 344.65 fir-rigward tas-safra li kienet ġiet ikkanċellata u posposta għal data sussegwenti. Is-safriet minn 1 sa 3 kienu kollha konnessi mal-parteċipazzjoni regolari ta’ dan tal-Uffiċċju f’ meetings li jsiru kull tliet xhur f’kapitali ewropej minn sub-group tas-CESR, li jgħaqqad ir-regolaturi tas- securities ta’ l-Unjoni Ewropea, liema sub-group jieħu ħsieb – fost ħwejjeġ oħra - ko-operazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn ir-regolaturi speċjalment fil-kamp tal- market abuse . In-numru 4 kienet żjara għal skop ta’ taħriġ.

Solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet t'akkomodazzjoni li tellgħu solar water heater? Liema tipi ta' solar water heaters huma l-aktar popolari maċ-ċittadini ta' pajjiżna? Kemm hemm familji ġodda li bbenefikaw mis-sussidju tal-gvern fuq solar water heaters? Din l-iskema se tkompli tissaħħaħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li skond ċifri maħruġa mill-Awtorità ta’ l-Istatistika dwar l-aħħar ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar li sar fl-2005, jirriżulta li kien hawn 5010 solar water heater installati. Ma nistax ngħid liema tipi ta' solar water heaters huma l-aktar popolari minħabba li din hija informazzjoni ta’ natura kummerċjali. Matul l-2007 applikaw 1664 persuna għas-sussidju tal-Gvern dwar solar water heaters u l-ammont imħallas kien ta’ € 382,143.48. Mill- 1 ta’ Jannar 2008 sa’ t-18 ta’ Awissu 2008 kien hemm 475 applikazzjoni u l-ammont ta’ sussidju imħallas kien ta’ € 109,077.57. Il-pjan tal-Gvern hu li jkompli jsaħħaħ din l-iskema, permezz ta’ fondi strutturali Ewropej, kif tħabbar fil-Budget għal din is-sena.

Azzjonisti ta' kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ammont globali ta' persuni naturali Maltin li huma azzjonisti ta' kumpannija/kumpanniji reġistrati taħt l-MFSA? Minn dawn, kemm hu l-ammont ta' persuni li għandhom bejn 18 u 35 sena separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2009 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Single Mothers

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaxar irħula li fihom hemm l-aktar single mothers?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżommu statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Bajja San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jindika x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex isebbaħ iż-żona ta' San Tumas f'Masraskala li bħalissa tinsab f'qagħda diżastruża? Xi pjan għandu l-gvern biex gradwalment idawwar il-bajja ta' San Tumas f'bajja ferm u ferm isbaħ, iktar nadifa u iktar attrajenti milli hi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2011 Sitting 34 2008-07-16 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każijiet ta' dehydration

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies b'dehydration kull sena fl-isptarijiet ġenerali ta' pajjiżna għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm minnhom kienu tarbi taħt is-sena? Kemm minnhom kienu anzjani 'l fuq minn 60 sena? Kemm minn dawn li daħlu l-isptar eventwalment mietu minħabba l-kundizzjoni tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Fit-tabella hawn taħt qegħda tingħata l-informazzjoni dwar in-numru ta’ każijiet li ddaħħlu fl-iSptarijiet San Luqa/Mater Dei matul il-perjodu indikat fejn il-pazjent kellu ‘dehydration’ (ICD-10 codes: E86 and P74.1), kif ukoll in-numru ta’ pazjenti li eventwalment mietu. Sena Numru ta’ Pazjenti Pazjenti - 1 sena Pazjenti + 60 sena Numru ta’ Pazjenti li eventwalment mietu 2004 129 1 93 10 2005 148 3 115 23 2006 164 11 95 15 2007 153 5 89 14 Ta' min wieħed jinnota li kull pazjent li jiddaħħal l-isptar b' dehydration , f'bosta każi jkun kaġun ta' problemi jew mard ieħor. Normalment il-pazjent ma jmutx minħabba d- dehydration , imma minħabba dik il-marda li tikkawżha. Wieħed jista jinkudi bħal infezzjoni fis-sider, kanċer, diarrhoea u ħafna mard ieħor.

Horizontal Axis Wind Turbine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex sodisfatt bil-Horizontal Axis Wind Turbine li ġie stallat bi prova mill-Enemalta f'Ramlet il-Qortin, limiti ta' l-Armier? Kemm ipproduċiet kilowatt hours ta' enerġija bħala medja minn meta ġiet stallata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ammont ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijijiet parlamentari 1560,1324, 1138, 833 u 607 u jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati : a) taxxi tad-dħul u b) VAT li l-Gvern għandu jdaħħal sal-lum mingħand persuni privati u soċjetajiet kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Shipyards — Audited Accounts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1521 u cioe' jqiegħed fuq il-medja tal-Kamra l-Audited Accounts tal-Malta Shipyards Ltd għas-snin 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ilma tax-Xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1585 u1447 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hu l-livell ta' nitrati fl-ilma tax-xorb li jasal fid-djar skond is-sors, jiġifieri jekk jasalx unikament mill-aquifers jew jekk jitħallatx mill-ilma tar-reverse osmosis plants, skond ir-reġjun ta' distribuzzjoni ta' ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Riġward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1748.